28.3.17

RAĦAL IL-ĠDID - PERSUNI LI UŻAW IS-SERVIZZI TAL-UFFIĊĊJU TAS-SIGURTÀ SOĊJALI



32193. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li użaw is-servizzi tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali f’Raħal il-Ġdid tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid x’tip ta’ servizzi ngħataw? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni jaħdmu hemm?

21/03/2017

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li wżaw is-servizzi tal-Uffiċċju Distrettwali ta’ Raħal il-Ġdid tul is-sena 2016 kien ta’ 38,367.  Is-servizzi li jingħataw minn kull distrett jinkludu,  informazzjoni fuq il-benefiċċji kollha mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kif ukoll mili ta’ applikazzjonijiet.
F’dan id-distrett jaħdmu 3 skrivani u district manager. 

Seduta  499
27/03/2017

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...