7.3.17

TALBIET GĦAL PAROLE


 
31657. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi  Kap. 516 tal-Liġijiet ta Malta, tul is-sena 2016? Kemm minnhom ġew milqugħa u kemm le? Kemm minnhom ġew revokati?

01/03/2017

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ninsab infurmat li kien hemm total ta’ 70 talba, 20 Liċenzja tal-Parole li ġew milqugħa, 48 li ma ġewx milqugħa u 2 li ġew revokati.

Seduta  491
07/03/2017

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...