27.4.22

FGURA – UFFIĊĊJU TAS-SIGURTÀ SOĊJALI.

  

 

23904. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni rrikorrew għand l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura tul is-sena 2021 u kemm kien hemm ħaddiema fl-istess?

 

03/01/2022

 

  ONOR. ROBERT ABELA:  L-Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura għadda taħt it-tmexxija ta’ servizz.gov f’Ġunju 2020. L-ammont ta’ persuni li rrikorrew ġewwa dan l-Uffiċċju fis-sena 2021 kien ta’ 4,721 filwaqt li n-numru ta’ ħaddiema jammonta għal 3.


Dawn is service hubs reġjonali huma one stop shops li minnhom jingħataw mal-1500 servizz governattiv taħt saqaf wieħed.

 

Seduta  531 

10/01/2022

 

MRI – MAGNA MA TAĦDIMX

  

 

 

23903. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23589, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jivverifika mill-ġdid billi jista’ jkun li din il-magna għad trid tiġi msewwija u jistax ukoll jikkonferma li pazjenti li għandhom pacemaker jistgħu jgħaddu mill-eżami tal-MRI taħt din il-magna partikolari?

 

03/01/2022

 

  ONOR. CHRIS FEARNE:  Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 23589, ninfurmah ukoll illi ma hemm l-ebda MRI Scanner 1.2 Tesla kif qed isemmi hu. 

Id-deċiżjoni jekk pazjenti li jkollhom pacemaker jiddaħlux fil-magna tal-MRI, tiddependi skont it-tip ta’ pacemaker li jkollhom u skont id-direzzjoni li tingħata mit-tim mediku tal-pazjent innifsu.

 

Seduta  531 

10/01/2022

 

RAĦAL IL-ĠDID – UFFIĊĊJU TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

  

 

23902. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni rrikorrew għand l-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal Ġdid tul is-sena 2021 u kemm kien hemm ħaddiema fl-istess?

 

03/01/2022

 

 

 

 

 

  ONOR. ROBERT ABELA:  L-Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal Ġdid għadda taħt it-tmexxija ta’ servizz.gov f’Ġunju 2020. L-ammont ta’ persuni li rrikorrew ġewwa dan l-Uffiċċju fis-sena 2021 kien ta’ 16,511 filwaqt li n-numru ta’ ħaddiema jammonta għal 4. 

 

Dawn is service hubs reġjonali huma one stop shops li minnhom jingħataw mal-1500 servizz governattiv taħt saqaf wieħed.

 

Seduta  531 

10/01/2022

 

COVID-19 – PENSJONI TAL-ĦADDIEMA

  

 

23901. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kif u ai termini ta’ liema dispożizzjoni legali ser tinħadem il-pensjoni tal-ħaddiema li f’dawn is-sentejn naqsitilhom il-paga tagħhom invista tal-pandemija?

 

03/01/2022

 

  ONOR. CLYDE CARUANA:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  531 

10/01/2022

COVID-19 – PENSJONI TAL-ĦADDIEMA

 

23900. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kif u ai termini ta’ liema dispożizzjoni legali ser tinħadem il-pensjoni tal-ħaddiema li f’dawn is-sentejn naqsitilhom il-paga tagħhom invista tal-pandemija?

 

03/01/2022

 

ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-pensjoni se tinħadem skont l-Avviż Legali Numru 57 tal-2021.

 

 

Seduta  531 

10/01/2022

RAĦAL ĠDID – PJAZZA ANTOINE DE PAULE - XOGĦOL

  

 

24630. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24200, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikati li semma u l-aħħar rapport li sar mhux ta’ April 2021 u meta ser jibda x-xogħol fil-Pjazza Antoine de Paule Raħal Ġdid?

 

08/02/2022

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’Malta li r-rapport tat-triq tal-pjazza ta’ Raħal il-Ġdid huwa ‘in progress’. Diġa inġabru kampjuni tat-triq u qegħdin jiġu analizzati. L-eżitu ta’ dan huwa li jitlesta rapport ieħor dwar jekk it-triq saritx skont l-ispeċifikazzjonijiet mitluba minħabba t-traffiku kbir li jgħaddi.  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 24200, li fiha lista ta’ xogħlijiet li jridu jsiru fil-pjazza. Bħalissa ġew ordnati bollards ġodda u sodi li kif jaslu jinbidlu ma dawk li hemm.

 

Seduta  547 

14/02/2022

 

GUDJA – TRIQ SANTA KATERINA U TRIQ ID-DEJQA – XOGĦOL

  

 

 

24629. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24199, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’progress sar fit-toroq Santa Katarina u d-Dejqa Gudja, dejjem jekk sar?

 

08/02/2022

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li x-xogħol baqa' għaddej b’mod kostanti tul l-aħħar ġimgħat u fadal l-aħħar parti ta` Triq Santa Katerina u Triq id-Dejqa.

 

Seduta  547 

14/02/2022

 

RAĦAL ĠDID – TRIQ GĦAJN DWIELI – MARKI FL-ART TAL-GARAGES U L-PARKEĠĠ TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ.

 

24628. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24228, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta ser isiru l-marki fl-art tat-Triq Għajn Dwieli Paola senjatament dawk tal-garages u l-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità?

 

08/02/2022

 

 ONOR. IAN BORG: Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.

 

L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.  

 

Wara li l-ħaddiema lestew it-tiswijiet tal-ġnub tat-triq indikata u għamlu manutenzjoni tal-wiċċ b’asfalt ġdid,  fil-jiem li ġejjin se jinżebgħu l-linji mill-ġdid. 

 

Apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li Infrastructure Malta wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat, waqt li bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop. 

 

Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

 

Seduta  547 

14/02/2022

FGURA – PERSUNI LI BBENEFIKAW MINN SUSSIDJU FUQ IL-KIRJIET TA’ WARA 1995

  

 

23515. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni mill-Fgura tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

24/11/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 83 persuna mil-lokalità tal-Fgura li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €225,311.

 

L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

 

Seduta  528 

06/12/2021

 

FGURA - PERSUNI LI BBENEFIKAW MIS-SUSSIDJU FUQ IL-KIRJIET TA’ QABEL L-1995

  

 

23514. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni mill-Fgura tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

 

24/11/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità tal-Fgura għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u ma kien hemm ħadd li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.

 

Seduta  528 

06/12/2021

 

RAĦAL ĠDID - PERSUNI LI BBENEFIKAW MIS-SUSSIDJU FUQ IL-KIRJIET TA’ WARA L-1995.

  

 

23513. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Raħal Ġdid tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

 

24/11/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 88 persuna mil-lokalità ta’ Raħal Ġdid li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €262,767.

 

L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

 

Seduta  528 

06/12/2021

RAĦAL ĠDID - PERSUNI LI BBENEFIKAW MIS-SUSSIDJU FUQ IL-KIRJIET TA’ QABEL L-1995

  

 


23512. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Raħal Ġdid tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

 

24/11/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità ta’ Raħal Ġdid għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u ma kien hemm ħadd li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.

 

Seduta  528 

06/12/2021

 

SANTA LUĊIJA – TRIQ IŻ-ŻAHAR – TISWIJIET

  

 

23511. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex għadhom ma sarux it-tiswijiet neċessarji ta’ natura straordinarja f’numru ta’ residenzi f’Triq iż-Żahar f’Santa Luċija Malta u jista’ jara li jiġu eżegwiti? 

 

24/11/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar, hemm rapport wieħed pendenti għall-tiswijiet mingħand inkwilina li toqgħod f’waħda mid-djar li jinsabu fi Triq iż-Żahar, Santa Luċija. 

Ninsab infurmat ukoll li ftit ġimgħat ilu kien sar appuntament mal-istess inkwilina biex issir spezzjoni minn Perit tal-Awtorità tad-Djar pero meta mar il-Perit ma sab lil ħadd fil-post u l-anqas kien hemm tweġiba meta pprova jikkuntattja lill-inkwilina. Il-każ qiegħed fuq il-lista pendenti ta’ talbiet għal tiswijiet biex terġa tiġi skedata spezzjoni oħra.

 

Seduta  528 

06/12/2021

SANTA LUĊIJA - PERSUNI LI BBENEFIKAW MIS-SUSSIDJU FUQ IL-KIRJIET TA’ WARA L-1995.

  

 

23510. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni minn Santa Luċija Malta tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

 

24/11/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm żewġ persuni mil-lokalità ta’ Santa Luċija li matul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995.  L-ispiża sal-lum kienet ta’ €7,514. 

 

L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

 

Seduta  528 

06/12/2021

25.4.22

Kemm Nixtieq.

 

1.    Wasalna fil-ħames ġimgħa mill-aħħar appuntament elettorali, jiem li nittama li m’humiex xi forma ta’ rwiegel.  Fihom għadna qed naraw kif aħna, u fejn aħna, biex nibdew nifhmu fejn irridu nimxu ‘l quddiem.  Għadna rridu nibdew nanalizzaw u nifhmu dak li seħħ, u għala verament seħħ.  Mhux punti li ngħidu mingħajr ma nemmnu fihom, imma li nfittxu l-verità, il-fatti, biex inkunu nistgħu niġu f’pożizzjoni li naqbdu triqitna lura.  Nixtieq li m’aħniex fejn aħna.  Nixtieq ħafna li qegħdin aħjar milli aħna.  Nixtieq li aħna fil-Gvern, u mhux fl-Oppożizzjoni għat-tielet leġislatura.

 

Iva, nixtieq

 

2.    Iva, xtaqt u ħdimt kemm flaħt, u kemm kelli ħila sabiex fis-sewwa l-Partit ikollu riżultati elettorali aqwa milli kellu jew għandu llum.  Bnejt.  Ma kissirtx, u għaqqadt kemm stajt.  Xtaqt, għax għadni nemmen li dan il-Partit għandu, ċertament, dmir jaħdem biex ikun vuċi tal-poplu.  Imma iktar, li l-Partit għandu jkun strument għas-sewwa.  Strument għar-riformi politiċi, legali, soċjali u ekonomiċi f’dawn il-gżejjer.  Min waqqaf u ġieb f’daqqa l-bnedmin f’partit politiku żmien twil ilu kien jaf x’inhuwa jagħmel.  Bena pedament uniku li għandna dmir nipproteġu u nissudaw, mhux inżarmaw jew infarrku.

 

Għalhekk, iva, xtaqt u nibqa’ nixtieq li wieħed jifhem aħjar ir-realtà politika u jimxi ‘l quddiem minnha.

 

Hemm verità

 

3.    Hemm verità waħda u assoluta.  Ngħid dan mhux f’xi forma ta’ dikjarazzjoni “fundamentalista”, imma fir-realtà u fl-esperjenza li jum wara jum insibni nara.  Biss, il-proċess biex wieħed isib u jifhem il-fatti, u dak li hu, jitlob dixxerniment.  Jitlob li wieħed ikollu l-umiltà jisma’ u jagħti piż lil dak li jisma’ u jara.  Jitlob li jgħarbel u ma jżommx lura lilu nnifsu milli jifhem.  Għax, fil-verità, wieħed jista’ jimxi u jibni.  Jista’ ma jkissirx, imma jutilizza aħjar.  Jista’ ma jiżvijjax lilu nnifsu, ma jilludix ruħu, imma jimxi.  Hemm realtà li wieħed għandu jifhem, dejjem ċertament, jekk irid iwettaq dan.

 

Ngħid iktar dan

 

4.    Ngħid iktar dan għax nifhem kemm, tul dawn l-aħħar ħames snin, xtaqt li l-affarijiet saru aħjar.  Xtaqt li ma rajtx u ma għaddejtx minn dak li għaddejt.  Għalija kienet waħda mill-iktar leġislaturi sofferti li sa issa missejt magħhom.  Dak li kien deċiż m’għamilx wisq ġid lill-Partit.  Serva sabiex tlifna iktar fil-kunsens popolari.  Jekk wieħed iħares lejn ir-riżultat f’kull distrett hemm dak li xtaqt li ma jseħħx.  Hemm vuċijiet ta’ bnedmin li pprotestaw.  Hemm indikazzjoni ċara u evidenti li l-biċċiet tal-mużajk intilfu minn posthom.  U anki jekk kienu diġà qed jinqalgħu, ma twaħħlux lura, u minflok sabu ruħhom fil-kumpannija ta’ oħrajn.  Dan huwa ċar iktar għal kull min ħabbat ħafna bibien.  Il-proċess, flok kien wieħed ta’ għaqda ttrasforma ruħu, stranament, f’wieħed ta’ il-kontra.

 

Nitgħallmu

 

5.    Nixtieq f’dan, iktar minn qabel, fix-xewqa qawwija li l-lezzjonijiet jittieħdu.  Li ma nibżgħux naffrontaw il-fatti u l-verità.  Li s-sinjali li ħarġu tant ċari u ovvji narawhom u nbiddlu minnhom id-direzzjoni.  Forsi qed nitlob wisq li nħarsu wkoll lejn il-passat, l-istorja, u naraw dak li seħħ f’partiti oħra.  Hemm mekkaniżmi loġiċi elettorali li wieħed ma jistax jaħrab.  Hemm, iktar ovvju, li partit li ma jkunx sod fuq bażi komuni, ma jispirax kunsens. Hemm, iktar ċar, li elezzjonijiet jintrebħu u oħrajn jintilfu.  Għax huwa ċar li l-Partit Laburista naqqas fil-kunsens, mill-voti, u hemm tilef, imma dan, minkejja dak li xtaqt, lilna ma serviniex.  Għax għat-tieni darba jidher li kien hemm min ħareġ jivvota sabiex ma jkunx hemm bidla.  Għażel dak li hu ra u kkunsidra l-inqas ‘ħażin’ għalih, u mhux dak li huwa ‘ tajjeb’ fih innifsu.

 

Il-Poplu

 

6.    Iva, hemm min jipprova jċekken il-kapaċità fl-għarbiel tal-poplu.  Nixtieq ħafna li dan ma jsirx.  Nixtieq iktar li niġu, bħala Partit, lura fil-kuntatt mal-elettorat tagħna.  F’dawn is-snin li din l-esperjenza politika tatni, ħassejt li għandi nżomm dan il-kuntatt.  Mhux biss għal dawn l-artikli li nikteb, imma l-iktar għas-sewwa.  Proprju f’dan nixtieq u nemmen li hemm bżonn li l-Partit jibni lilu nnifsu mill-ġdid.  Iġib iktar bnedmin fil-kumitati sezzjonali.  Iġib iktar tesserati reġistrati u attivi.  Iġib bnedmin minn partijiet varji tas-soċjetà sabiex ikun hemm proċess ta’ djalogu veru.  Nifhmu aħjar dak li l-pajjiż irid, u mhux dak li aħna niddeċiedu li għandu bżonn.

 

Leġislatura

 

7.    Għal min forsi mhux jinduna, l-arloġġ ta’ din il-leġislatura diġà beda jdur.  Il-vantaġġ huwa li tidher li hija, f’dan, sfida fl-utilizzar tajjeb tal-ħames snin li għandna quddiemna.  Fix-xewqa li għandi li nifhmu li hemm il-bżonn li nibdew nibnu minn issa, u mhux nistennew appuntamenti elettorali oħra.  Possibbli li hija daqshekk diffiċli li nixtieq li flok nistennew daqqiet elettorali oħra, nimxu minn issa?  Għax il-Partit għandu diversi sfidi varji li nixtieq ħafna li ma kellux.  Imma hemm qegħdin, quddiemna.  Kemm, f’dan, nixtieq li ma ndumux wisq ma nagħrfuhom.

 

WIED IL-GĦAJN - PERSUNI LI BBENEFIKAW MIS-SUSSIDJU FUQ IL-KIRJIET TA’ WARA L-1995.

  

 

23521. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Wied il-Għajn tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

 

24/11/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 191 persuna mil-lokalità ta’ Wied il-Għajn li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €499,456.

 

L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

 

Seduta  529 

07/12/2021

 

WIED IL-GĦAJN - PERSUNI LI BBENEFIKAW MIS-SUSSIDJU FUQ IL-KIRJIET TA’ QABEL L-1995

  

 

23520. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Wied il-Għajn tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

 

24/11/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità ta’ Wied il-Għajn għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995. Ma kien hemm ħadd minn Wied il-Għajn li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.

 

Seduta  529 

07/12/2021.

GUDJA - PERSUNI LI BBENEFIKAW MIS-SUSSIDJU FUQ IL-KIRJIET TA’ WARA L-1995

  

 

23519. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni mill-Gudja tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

 

24/11/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 14-il persuna mil-lokalità tal-Gudja li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €35,515.

 

L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

 

Seduta  529 

07/12/2021

GUDJA - PERSUNI LI BBENEFIKAW MIS-SUSSIDJU FUQ IL-KIRJIET TA’ QABEL L-1995

  

 

23518. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni mill-Gudja tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

 

24/11/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità tal-Gudja għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u ma kien hemm ħadd li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.

 

Seduta  529 

07/12/2021

ĦAL TARXIEN - PERSUNI LI BBENEFIKAW MIS-SUSSIDJU FUQ IL-KIRJIET TA’ WARA L-1995

 

 

23517. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Ħal Tarxien tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

 

24/11/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 38 persuna mil-lokalità ta’ Ħal Tarxien li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €89,681.

L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

 

Seduta  529 

07/12/2021.

ĦAL TARXIEN - PERSUNI LI BBENEFIKAW MIS-SUSSIDJU FUQ IL-KIRJIET TA’ QABEL L-1995

23516. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Ħal Tarxien tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

 

24/11/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità ta’ Ħal Tarxien għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u ma kien hemm ħadd li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.

 

Seduta  529 

07/12/2021

19.4.22

GUDJA – TRIQ L-AWREKARJA – DAWL MITFI

  

 

23591. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex Triq l-Awrekarja fil-Gudja u t-toroq tal-madwar jinsabu fuq bażi regolari bid-dawl tat-triq mitfi u dan għal ġimgħat twal? Jista’ jieħu passi sabiex issir it-tiswija neċessarja mingħajr dewmien?

 

01/12/2021

 

 ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li l-ħsarat fit-toroq imsemmija jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Enemalta. Il-Kunsill Lokali għadda mill-ewwel r-rapport tiegħu u jirriżulta li l-ħsara ssewwiet.

 

Seduta  530 

14/12/2021

 

GUDJA – TRIQ L-AWREKARJA – DAWL MITFI

  

 


23590. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli: Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra u tara għaliex Triq l-Awrekarja fil-Gudja u t-toroq tal-madwar, qegħdin fuq bażi regolari bid-dawl pubbliku fit-triq mitfi għall-ġimgħat twal? Tista’ tara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex ssir it-tiswija neċessarja malajr?

 

01/12/2021

 

 ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru t-tiswijiet meħtiega mill-Enemalta.

 

Seduta  530 

14/12/2021

 

MRI – MAGNA MHIX TAĦDEM.

  

 

23589. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra jekk huwiex minnu li l-magna fl-użu tal-MRI indikata bħala 1.2 Tesla mhijiex taħdem u mhijiex tiġi msewwija b’detriment għall-pazjenti li għandhom pacemaker?

 

01/12/2021

 

 ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Isptar Mater Dei hemm tlett (3) MRI scanners, li bħalissa kollha qegħdin jaħdmu kif suppost. 

 

Seduta  530 

14/12/2021

 

Żjarat Papali u l-Politika.

 

1.      Mexjin lejn l-aħħar passi ta’ leġislatura, u magħha staġun politiku mqalleb u nieqes, ċertament, mill-paċi u l-istabilità.  Hawn arja li hija wisq ikkargata, u dan, fix-xejn.  Il-kawżi determinant ta’ dawn l-effetti għaddew, u jinsabu fil-passat.  Biss, jinqabdu għadhom, minn jum għall-ieħor, fi proċess la ċirkolari jew linejari, imma kaotiku.  Jinħarġu r-riżentimenti antiki, u fuqhom jiġu ġustifikati, jew forsi aħjar, ibbażati azzjonijiet mhux tajba llum.  Il-pajjiż, il-poplu jrid, fil-maġġor parti tiegħu, jara għeluq ta’ ħafna kapitoli.  Irid iħares ‘il quddiem verament. 

 

Il-Papa ġej

 

2.      Quddiem dan, fl-aġenda nazzjonali għandna issa l-viżta ferm iktar ċerta tal-Papa Franġisku.  Fid-diskussjonijiet barra fit-triq, diversi qed ikejlu jekk l-elezzjoni ġenerali hix sejra tissejjaħ qabel jew wara li jasal magħna.  Hemm argumenti varji.  Uħud ta’ politika passata, u oħrajn le.  Sakemm jgħaddu t-termini, dan ser jibqa’ għaddej.  Tagħmel, però, iktar sens sħiħ li l-ewwel jiġi, u wara wieħed jimxi.  Tagħmel hekk għax dawk li jaqblu għax jaraw li huwa ta’ prestiġju li jiġi milqugħ mill-Prim Ministru attwali.  Hemm, għal dawk li moħħhom fil-politika minn filgħodu sa filgħaxija, li jaraw x’vantaġġ elettorali jistgħu jieħdu.  U nafu, li fil-passat, kien hemm min ritratt mal-Papa ta’ dak iż-żmien ma tantx dejqu.

 

Ir-Raba’ Viżta

 

3.      Ser tkun ir-raba’ viżta papali.  L-iktar waħda li rat tibdil, fil-jiem u fil-programm.  Ser tkun mimlija b’attività u diskorsi mimlijin sens u sustanza.  Ser ikun hemm l-attenzjoni tal-maġġor parti tal-poplu, kif ukoll ta’ diversi Stati Ewropej oħra.  Imma l-aspett estern m’għandux itellef minn opportunità ta’ diskussjoni u sfidi interni.  Dan jgħodd għall-persuni li hawn f’dawn il-gżejjer.  Jgħodd ukoll għas-soċjetà feruta tagħna.  Din il-komunità li hija mimlija b’ilmenti, iperkritika u diskors żejjed.  Din li verament għandha bżonn proċess ta’ rikonċiljazzjoni.  Wieħed li fih iħares lejn dak kollu li għadu jifred u jkisser, u jipprova jifhem il-partijiet u l-pożizzjonijiet.

 

Mhux użu politiku

 

4.      Jista’ jkun li hemm min qiegħed iħares lejn din il-viżta bħala opportunità biex jieħu r-ritratti.  Wieħed li forsi jista’ juża mal-elettorat tiegħu.  Fi proċess fejn wieħed jara x’jista’ ‘jiggwadanja’ għalih innifsu.  Imma hawn, wieħed ikun qabad linja lura lejn forom strambi ta’ impożizzjonijiet.  Fejn il-wiċċ b’ieħor u l-ipokresija jafu jieħdu s-saħħa fuq l-awtentiċità, is-sinċerità u l-verità.  Fejn, fir-realtà, nirreġistraw opportunità mitlufa kompletament.  Mitlufa għax għad hawn wisq ġlied intern u estern.  Għad hawn wisq min jaħseb li l-politika hija Makjavelljana biss.  Fejn wieħed iħares lejn x’ser jieħu issa, u mhux lejn il-futur sħiħ ta’ pajjiż.  

 

Lura flimkien

 

5.      F’din il-viżta hemm sejħa li mhux qed nara li qed nisimgħu.  Waħda li fundamentalment tħares li ġġibna iktar flimkien u mhux ‘il bgħid minn xulxin.  Dan huwa l-Papa Franġisku li ġie elett fl-2013.  Dak li segwejna f’dawn il-leġislaturi.  Dak li jirrappreżenta messaġġi varji għad-dinja u għalina.  Dak li jaqbeż u jaħdem bil-fatti, konkretement għall-immigranti irregolari.  Fejn il-preżenza tiegħu ser tkun okkażjoni wkoll biex niddiskutu s-suġġett u naraw x’messaġġi sqejna lill-poplu tagħna.  Naraw kif impustajna l-argument.  Naraw jekk konniex parti minn ideat żbaljati.  Imma Jorge Bergoglio tkellem favur l-ambjent fl-enċiklika Laudato Sì u favur il-bniedem f’dik Fratelli Tutti.

 

Preparazzjoni aħjar

 

6.      F’dan, il-paġna tagħna hija mimlija bil-vantaġġ li għandna nieħdu biex nifhmu aħjar min ġej.  Nittama li ma nħallux għall-aħħarnett sabiex nibdew naraw dokumentarji, diskussjonijiet u spjegazzjonijiet dwaru.  Nittama li mhux ser jitqiegħed f’xi kantuniera, qisu xi mexxej ta’ pajjiż ieħor li waqaf biex jarana.  Hemm lok, ċertament, sabiex nifhmu aħjar l-ideat tiegħu, nifhmu biex naħsbu f’demokrazija bħal tagħna li tħares kontinwament li tmur lura lejn is-sewwa.  Waħda li tgħaddi kemm tgħaddi minn għawġ u fatturi ta’ diviżjoni, trid tmur lura lejn rikonċiljazzjoni.  U għandna wisq minnhom dawn il-fatturi.  Fil-partiti politiċi bejniethom u fl-intern tagħhom.  Fil-bliet u fl-irħula tagħna bl-għaqdiet varji.  Fil-figuri nazzjonali kontroversjali.  Fejn ma hemmx għarfien ta’ l-ideat ta’ xulxin, imma impożizzjoni ta’ naħa fuq oħra.

 

Pożizzjonijiet wieqfa

 

7.      Impostazzjonijiet imwielda minn trunċieri li jgħaddu s-snin u jħallu jew jerġgħu jġibu lill-bnedmin lura fejn kienu qabel.  Fejn jinkwadra ruħu dak li l-enċiklika Fratelli Tutti tgħid: “Oggi in molti Paesi si utilizza il meccanismo politico di esasperare, esacerbare e polarizzare.  Con varie modalità si nega ad altri il diritto di esistere e di pensare, e a tale scopo si ricorre alla strategia di ridicolizzarli, di insinuare sospetti su di loro, di accerchiarli.”  Pożizzjonijiet li narawhom għaddejjin fi ħdanna.  Kurrenti li wasal il-mument li nifhmu li, l-ewwel, li qegħdin hemm ngħixu f’dan; u t-tieni, li nistgħu noħroġu minnu billi nifhmu aħjar.

 

Ideat u kultura

 

8.      Nifhmu aħjar lil xulxin.  L-ideat tagħna u l-kultura li tispira ruħha kontinwament mill-prinċipji etiċi  Nsara u mid-duttrina soċjali tagħna.  Proċess abbandunat, anzi avversat, b’kultura kompletament differenti għalih.  U hemm konsegwenzi, għax kif jaħseb tajjeb il-Papa: “Ignorare la cultura di un popolo fa sì che molti leader politici non siano in grado di promuovere un Progetto efficace che possa essere liberamente assunto e sostenuto nel tempo.”  Proprju għalhekk li għandna nifhmu li din il-viżta għandha fiha iktar milli qegħdin naraw.  Minn dawn il-ġranet għandha għalina bieb miftuħ biex il-pajjiż tagħna jieħu lura saħħtu.  Jerġa’ jkun wieħed li jħares li jiddefendi lil min huwa batut.

 

Solidarjetà

 

9.      Għax hemm bżonn nifhmu u nkunu lura f’daqqa.  Imma, iktar minn hekk, irridu nħarsu li nibnu mill-ġdid soċjetà li tħares lejn il-ġustizzja soċjali li tassigura s-solidarjetà bejn il-membri u l-klassijiet soċjali tagħha.  Għad għandna wisq bnedmin feruti, li meta tismagħhom tifhem.  Bnedmin li forsi jirrikorru għall-mezzi soċjali biex jiddikjaraw dak li qiegħed, u li għadu jweġġagħhom.  Proprju għalhekk li l-viżta tal-Papa Franġisku għandha sservi ta’ stimulant, ta’ mbuttatura biex inkunu soċjetà aħjar milli aħna llum.  Din hija l-isfida li għandna.  Waħda li hija iktar impenjattiva, imma li tħalli ferm iktar ġid.  Tibdilna biex nibnu aħjar fir-rispett u d-dinjità umana.  Waħda Papali f’kull sens, li għandha tmiss u tolqot direttament il-politika tagħna.

Il-valur ta’ dak li aħna u għandna.

 

1.   Ħafna drabi ma nistmawx biżżejjed dak li għandna.  Dak li għaddewlna ta’ qabilna.  Dak li ngawdu, naħsbu li ħadd ma ħadem għalih qabilna, u huwa dritt tagħna.  Kuljum ngħixu f’vantaġġi li għandna dmir li nippreservaw u nħarsu.  Valuri li rridu nsiru lura konxji tagħhom biex napprezzawhom.  Is-soċjetà, fid-dimensjonijiet soċjali u ekonomiċi tagħna, huma li huma għax batew ta’ qabilna.  Għaddew mit-tbatija li li kienu  kkunsidrati inqas minn oħrajn.  Għaddew mill-kalvarju ta’ kunflitt mondjali li ġieb miegħu miżerja u distruzzjoni.

 

Il-valur tal-libertà

 

2.   Wara dak kollu, il-bnedmin li llum għandna nfakkru u nkomplu nagħtuhom ġieħ bnew soċjetà demokratika.  Bnew Stat indipendenti b’Kostituzzjoni tagħna.  Bnew Stat Soċjali mimli b’attenzjoni għal dawk li kienu l-iktar l-isfel fis-soċjetà tagħna.  Ħadmu sabiex bil-linja partikolari tagħhom, u bl-ideoloġiji politiċi tagħhom, jilleġislaw u jiggvernaw.  Però, f’dan kollu kienu dejjem mexxejja politiċi li jafu li qed jaħdmu fi ħdan id-demokrazija.  Uħud kienu jagħtu valur ferm iktar.  Uħud kienu lesti li jilagħbu ma’ ideat li jfakkruna fid-dittatorjati.  Il-Kult tal-Personalità, l-aġir iebes mal-oħrajn, it-tnaqqis tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali.

 

Il-Partiti politiċi

 

3.   F’dan però, bit-tajjeb u dak inqas tagħhom, ilkoll għarfu li qegħdin fejn qegħdin mhux għax tajbin ħafna huma, imma għax huma f’partit politiku.  Kellhom, u għadna naraw ħafna li l-inċens iħobbu jużawh ma’ min għandu r-responsabbiltà tal-poter.  U dan għall-gwadan jew biex jindiehsu magħhom. F’mument jew ieħor, il-poter jaħkem fuqhom.  Jintilfu jimmaġinaw li warajhom ser jispiċċa kollox, jew li bħalhom ma kienx hemm u ma jistax ikun hemm.  Biss, ikun xi jkun fil-ħajja politika tagħhom, ikollhom jagħrfu li huma parti minn partit.  Li huma jirrappreżentaw bnedmin iffurmati u magħquda f’partit politiku.  Meta l-mexxejja politiċi jinqatgħu minn din ir-realtà jidħlu, u jdaħħlu lill-oħrajn, fil-ħajt.

 

Id-demokrazija hija valur

 

4.   Dik hija l-istorja li tirrepeti ruħha kontinwament.  Meta l-poter jitla’ ‘l fuq wisq li jgħammex, iseħħu t-traġedji.  Dak li qed naraw, u li rajna tul l-aħħar mitt sena ta’ storja, huma xhieda għalina.  Dak li seħħ fil-Ġermanja ta’ Hitler u l-Italja ta’ Mussolini jfakkruna f’dak li qiegħed iseħħ fil-Federazzjoni Russa.  Huwa ċar kristall li l-aggressjoni li Vladimir Putin iddeċieda li jibda għandha ħafna tixbiħ ma’ ak li seħħ bi traġedji kbar.  Ma hemm ebda raġuni taħt il-kappa tax-xemx li, b’xi mod, tiġġustifika dan l-aġir żbaljat.  Avvanzajna ferm iktar fid-dinja, u r-relazzjonjiet bejn l-istati sovrani li għandhom il-liġijiet tagħhom għandhom jiġu rispettati.  M’hemmx kliem sabiex wieħed jikkundana dawn l-azzjonijiet.  Il-konsegwenzi huma għal-lum u għal għada.  Qed tinżera’ żerriegħa tas-sikrana, li għandha s-snin biex titneħħa.

 

Velenuż

 

5.   L-arja hija tossika għall-aħħar.  L-effetti ta’ dan kollu ser ikunu qawwija.  Meta pajjiżi jinqatgħu minn xulxin ma jkunx hemm progress, imma rigress.  Meta d-demokraziji jmorru lura, magħhom tmur lura wkoll il-ħajja soċjali u l-ekonomija.  L-attakki bir-risposta ta’ sanzjonijiet li qed jinħarġu, li ċertament iridu jsiru, ser ikollhom effetti varji.  L-iktar ukoll, żieda ferm ikbar milli qed naħsbu fl-għoli tal-ħajja għal ħafna.  Ir-reazzjonijiet fid-dinja libera u demokratika lejn id-dittatorjati bħal dawn huma neċessità.  Hemm valuri li ma nistgħux inċedu, għax magħhom inkunu qegħdin narmu l-ħajja tagħna.  L-Ukrajna qed tiġi attakkata u distrutta inutilment.  Dak li qegħda tbati hi qed inħossuh aħna wkoll.

 

Strateġija

 

6.   Il-linja strateġika tal-Federazzjoni Russa hija minnha nfisha, f’dan, żbaljata.  Jekk fil-passat kien hemm imperu u dominazzjoni Sovjetika u llum ma hemmx, daqshekk, ma tistax tieħu l-arloġġ lura.  Jekk kien hemm min ħassu li ġie mċekken meta dawn iż-żewġ mumenti spiċċaw, ma ġġibhomx lura hekk.  Għax il-potenza jew le ta’ pajjiż, meta titkejjel bis-saħħa militari tagħha twassal għal dawn l-inġustizzji.  Meta wieħed jafda fl-azzarini minflok fin-negozjar, iħassar dak li jibni.  B’dak li seħħ, ftit huma dawk li ser jilludu ruħhom u jafdaw.  Fl-Unjoni Ewropea, ċertament ferm iktar minn ħaddieħor.  Mhux biss, imma dak li qiegħed jiżviluppa ser iġib lill-Membri Stati iktar viċin ta’ xulxin.  Ħadd fid-dinja libera u demokratika ma jista’ jippermetti lilu nnifsu li jkun il-bgħid mill-għaqda interna.

 

Jitwebblu

 

7.   Hemm iktar, f’dan ukoll, il-bżonn ta’ risposta, għax ħaddieħor jista’ jwebbel rasu.  Jieħu l-eżempju ħażin sabiex jaġixxi bl-istess mod u manjiera.  Nafu b’ħafna kwistjonijiet fejn pajjiżi ikbar minn oħra jivvindikaw drittijiet, jew pożizzjonijiet varji li b’dan jirrikorru huma wkoll għall-vjolenza tal-gwerra.  Hemm mexxejja li jaħsbu li huma xi forma ta’ dixxendenti tal-Imperaturi Rumani.  Li jaħsbu li ser jibqgħu jgħixu għal dejjem, u l-iktar importanti huwa li jħallu isem fil-memorja tad-dinja.  Iħallu marka f’dak li huwa temporanju u m’huwiex għall-eternità.  Bil-ħsara, bl-aġir żbaljat, kif nafu lkoll ma jikber xejn.  Anzi, jkun hemm biss imrar.

 

Xewwaq

 

8.   Id-demokrazija, għalina mhix sempliċement l-aħjar sistema, imma hija valur.  Waħda li għandna nsaħħu u nsostnu kontinwament.  M’għandniex, bħala persuni fil-politika, naġixxu biex inkabbru ideat li jmorru dijamentrikament il-kontra.  Kull mexxej politiku fl-Ewropa u fid-Dinja għandu jagħraf li hu parti minn sistema demokratika.  Huwa rappreżentant tal-poplu li warajh għandu partit politiku.  M’għandux ikollna iktar sitwazzjonijiet fejn naqgħu sabiex nippermettu li nsiru oġġetti ta’ qima, idoli foloz.  Wieħed jivvota għall-partit immexxi minn mexxej, mhux sempliċement għalih.  Ħadd m’għandu jinsa li, hu fejn hu, għax l-elettorat kif ivvutalu jista’ ma jerġax jagħtih il-kunsens.

 

Partiti politiċi

 

9.   Pajjiżna jrid jagħraf joqgħod attent minn dak li qiegħed iseħħ.  Aħna wkoll ser nintmixxu iktar ‘il quddiem.  Hemm bżonn dożi qawwija ta’ għaqal politiku.  Hemm bżonn li ma nkomplux narmu l-kultura politika, u l-esperjenza li tiġi maż-żmien fuq kull persuna.  Il-ħeġġa, l-entużjażmu huma elementi fi ħdan kull min iservi.  Però, dawn iridu wkoll attenzjoni lejn dak li għaddej u jaħsbu, iktar minn darba, kif ser jitkellmu jew jirreaġixxu.  Issa sejrin lejn elezzjoni ġenerali, u sas-26 ta’ Marzu ser inkunu moħħna fiha.  Però, wara, hemm xenarju xejn sabiħ.  Min ser jiġi fdat bil-piż tar-responsabbiltà għandu jagħraf li s-soċjetà ser tgħaddi minn sfidi xejn faċli.  Proprju għalhekk li rridu naħdmu biex nipproteġu l-Valur ta’ dak li aħna u dak li għandna.

 

 

 

 

   

 

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...