29.11.23

LIĠIJIET VERAMENT ĠUSTI

1. Tul din il-ġimgħa smajt u qrajt numru ta’ punti li mexxewni naħseb iktar dwar dak li d-dinja għaddiet u dak li għaddejja minnu. Trid iżżomm quddiemek il-passat biex tiftakar dak li għaddew minnu oħrajn qablek, u fl-istess ħin tittama li ma tiżbaljax bħalhom. Iktar u iktar f’sekli ta’ eżistenza li anke jekk ma nkunux nafu neċessarjament bil-preċiż il-fatti kollha, xorta minn dak li nkiteb nieħdu l-lezzjonijiet. Nikkonsla f’żewġ punti. L-ewwel: kemm awturi varji jinsistu ma’ ta’ warajhom li għandhom jaqraw u jieħdu eżempju. It-tieni: fuq il-fatt li anke jekk ma nafx fejn ser inkun fil-futur, xorta għandi d-dmir li nifforma ruħi u naħdem mal-oħrajn sabiex ikollna dinja aħjar. Għax nistgħu namministraw f’dak li naħsbu li huwa sewwa, imma huwa iktar importanti li nservu b’liġijiet ġusti.

Imperatur

2. Fl-istorja nsibu mexxejja differenti. Diversi nafu d-difetti varji tagħhom; f’oħrajn, il-fissazzjonijiet li mexxewhom. B’xi mod ikkontribwew għall-formazzjoni tad-dinja. Daqqa fil-pożittiv u oħra kif ġarrabna, fin-negattiv. Daqqa fi żvilupp uman, drabi oħra le. Ħafna drabi, l-istorja tqiegħed uħud fuq pedestalli u oħrajn tniżżilhom minn fuqhom. Drabi, politiċi varji jikkritikaw u janalizzaw lil dawk li kienu qabilhom. Daqqa fuq l-abbiltajiet tat-tmexxija tagħhom, drabi fuq kemm fasslu u ġiebu fis-seħħ liġijiet ġusti jew inġusti. Bħall-awtur Ruman Plutarku (46-119 W.K.) li jqabbel politiċi Griegi ma’ dawk Rumani fi żmienhom. Inkella dawk tal-politiku u Prim Ministru Taljan Francesco Nitti (1868-1953) li fil-Meditazioni dell’esilio, miktuba waqt li kien fil-kampijiet tal-konċentrament fl-1943, li jaqbad tnejn minn żminijiet differenti. Bħal meta jqabbel lil ħajjet u ħidmet Ġulju Ċesri (100-44 Q.K.) ma’ dik ta’ Napuljun Bonaparti (1769-1821). Kif, fir-riċerka estensiva tigħu, ifaħħar ħafna lil tal-ewwel u jmaqdar kemm jiflaħ lit-tieni. Kitba li timmerita attenzjoni aktar illum, imma li ma tħarisx biżżejjed lejn il-fatt li wieħed mill-ikbar kontribuzzjonijiet ta’ Bonaparti kienet proprju l-liġi li għadna nużaw sallum.

Priedki

3. Missejt aktar direttament ma’ dan is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu. Dan waqt li smajt il-priedka, l-ewwel fil-Festa ta’ Santa Katerina ta’ Lixandra fiż-Żejtun, u t-tieni dik fil-Festa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid. Iż-żewġ predikaturi messew ma’ tqabbil tal-mexxejja fid-dinja. Fr Edgar Vella u Fr Marc Andrè Camilleri t-tnejn ressqu, għal min ried jisma’, punti ta’ riflessjoni. Ħafna drabi, diversi anqas ikunu qed jisimgħu s-sens u s-sustanza ta’ dak li jkun qiegħed jingħad. Ninnota li l-famuż mobile ikun qeigħed jiġbed iktar attenzjoni. Imma s-sabiħ kien li fakkruna, fi kliemhom, fil-kuntrasti bejn is-sewwa u dak li mhuwiex bejn il-liġijiet ġusti u dawk li mhumiex. Fuq naħa Santa Katerina (287-305 W.K.), li fl-għerf tagħha ddibattiet u kkonvinċiet lil diversi, filosfi inkużi, li sfaq maqtula, martri, għall-ideat Insara li ħaddnet u ħabbet mill-“Imperatur” Maxentius (283-312 W.K.) li ma kienx tal-istess opinjoni. Fuq l-oħra fi Kristu Re, fid-differenza bejn kif il-bniedem jipprova jibni waħdu l-Istat, fl-atroċitajiet li rajna fl-aħħar seklu bejn l-esperjenzi tal-estremiżmi tal-lemin u dawk tax-xellug. U kif, fuq kollox, hemm kliem il-Vanġelu, id-duttrina soċjali, li jistgħu jiggwidaw aħjar f’dak li l-bniedem ħaqqu, speċjalment biex isiru liġijiet tajba u ġusti.

Libanius

4. Dan kien iktar interessanti għalija li kont għadni kif għalaqt żewġ kotba li ħaduni fi żminijiet oħra. Fuq naħa l-ktieb ta’ J.H.W.G. Liebeschuetz (1927-2022), Antioch City and Imperial administration in the later Roman Empire (1972), kif ukoll dak ta’ G.W. Bowerstock (1936), Julian the Apostate (1978). It-tnejn imissu ma’ żmien partikolari: dak bejn it-331 u t-363 W.K. F’tal-ewwel hemm analiżi tajba ħafna minn dak li kiteb u ħalla Libanius (314-392 W.K.) fil-madwar 1,600 ittra u 64 diskorsi, apparti numru ta’ ‘progymnasmata’ (eżerċizzji fir-retorika). Bniedem mimli b’ideat varji u kapaċi jifhem iċ-ċirkostanzi li kien qiegħed jgħix f’din il-belt imperjali. Bniedem li baqa’ marbut ma’ dak li d-dinja Griega kienet temmen fiha qabel id-dħul tal-Kristjaneżmu. Kien dak li baqa’ ‘pagan’, konvint kif jixhed kliemu, fid-difiża ta’ tempju Pro Templis lill-allat Griegi li kien ser, u fil-fatt, ġie mwaqqa’. Imma f’dan jidher ċar il-kunflitt li kien hemm fl-ideat u l-iktar fil-mod ta’ kif għandek tmexxi u torganizza Stat. Fuq kollox, liema prinċipju etiku għandu jispira liġi.

Giuliano l
Apostata

5. Dan il-punt jikber aktar meta wieħed jikkunsidra ħajjet u ħidmet l-Imperatur Ġuljanu l-Apostata. Ħajja qsajra u daqshekk ieħor ir-renju: din is-sena stajna nfakkru l-1660 sena minn mewtu (26 ta’ Ġunju 363 W.K.). Imma l-bniedem ħalla warajh il-memorja tal-Imperatur Ruman li pprova jieħu l-arloġġ lura. Dan għax wara li l-Imperatur Kostantinu l-Kbir (306-337 W.K.), dak li għeleb fil-battalja lil Maxentius (li ordna l-qtil ta’ Santa Katerina) u li fis-sena 312 W.K. aċċetta biex iqiegħed l-Imperu Ruman taħt il-Kristjaneżmu, Ġuljanu, fir-renju tiegħu pprova jdaħħal lura l-kulti pre-Kristjani. Anki jekk ma rnexxilux effettivament, però xorta tajjeb li wieħed imiss ma’ dak li ħaseb.

Persekuzzjoni

6. Interessanti l-ħsieb konvint tiegħu li l-allat kienu ggwidawh sabiex ħakem, wara l-mewta naturali ta’ Kostantius (317-361 W.K.) mingħajr il-bżonn ta’ battalja li kien ippreparat għaliha. Ried iġib lura dan il-kult u kellu s-segwaċi miegħu. Però, għalkemm skont hu l-Insara kienu l-ateji u wkoll ma kienx wisq ferħan bihom, ma ppersegwitahomx. Fil-fatt, anzi kien skrupluż aktar minn oħrajn: ebda xorb, ebda divertiment, ebda llaxkar jew forma ta’ rikkezzi. L-awtur isejjaħlu “The Puritanical Pagan”. Dan aktar, anzi, għax kien insista li l-qassisin pagani jassiguraw li jwettqu opri ta’ karità li, skont hu, kienu r-raġuni prinċipali għala diversi saru Nsara. Kien iħares b’venerazzjoni lejn il-Grieg Alessandru l-Kbir (356-323 Q.K.) u l-Imperatur pagan Marku Awrelju (121-180 W.K.). Ipprova, fi tlett snin tiegħu, jibni mill-ġdid dak li kien diġà tilef kull saħħa, għax superat mir-raġuni. Issuperat minn ideat li l-prinċipji etiċi tagħhom saru f’liġijiet aqwa u iktar ġusti. Ma’ mewtu spiċċa kollox. L-awtur Bowerstock, anzi, jgħid hekk dwaru: “He demanded too much; he compromised unwisely and too little.”.

Liġijiet Superjuri

7. F’soċjetà Ewropea li għandha sekli ta’ eżistenza u ta’ esperjenzi varji, dik legali titlob aktar attenzjoni. Dan għax soċjetà timxi ’l quddiem għal numru ta’ raġunijiet, imma naħseb li aktar ma jkollna liġijiet tajba li huma ġusti, iktar tiffjorixxi. Meta taqra dak kollu li hu għaddej tifhem li fil-fatt kollox jitlaq fuq kemm il-bnedmin jaċċettaw bħala ġusti liġijiet li qed isiru f’pajjiżhom u fuq livell Ewropew. Meta jitlaq għal rasu u flok iħares u jiftakar fil-prinċipji etiċi Nsara li sawwruna jinjorahom, jew imur apposta kontra jikber id-dwejjaq f’qalb il-poplu. Tikber iktar ir-rabja li titwieled f’moħħ dawk li jħossu li qed jgħixu f’soċjetà inġusta. F’dawn is-snin rajna varjetà ta’ dawn il-liġijiet li, jum wara jum qed juru li mhumiex iservu sewwa. Proprju għalhekk tajjeb li wieħed iħares lejn l-istorja tal-bniedem u daqshekk iktar li jassigura li jġib fis-seħħ liġijiet li huma ġusti verament, u mhux fl-apparenza.

FIDUĊJUŻI, MHUX ILLUŻI

1. Ninsabu f’mument mimli sfidi għal dawk bħali li jridu jaħdmu u sabiex nibnu dinja aħjar milli aħna qegħdin ngħixu fiha. L-iktar fis-soċjetà li tidher li qegħda ddum biex tifhem, u wara taċċetta ċerti realtajiet li għandna. Li ma tarax illi dak li hu għaddej mhuwiex tajjeb u li m’għandux ikun ittollerat iktar. F’dawn is-snin morna lura fl-għarfien ta’ dak li huwa sewwa u dak li mhuwiex. Morna iktar ’il bgħid f’dak li jrid isir wara biex jirbaħ is-sewwa. Aktar ma’ dan, fit-tweġibiet għal dak li huwa żbaljat, xi ftit urew ruħhom bħala inadegwati. Bħala mhux ippreparati, u anzi, fl-użu ta’ metodi u strumenti mimlija arja u mhux fatti li ġiebu lilhom infushom irrelevanti fl-għajjat fil-pjazza mingħajr riżultati konkreti. Mhux biss, imma ftit għadhom qed jifhmu li dak li qabel kien jaħdem fin-normalità tiegħu biex jikkontrolla dak li huwa ħażin, illum, fiċ-ċirkostanzi preżenti, irid ferm iktar sforz milli kien jingħata qabel.

Dak li għandna

2. Diġà għandna ħafna kumplikazzjonijiet f’pajjiżna li għalihom il-Gvern iwieġeb f’kemm oħrajn jinsabu, skont hu, agħar minna. Diġà ninsabu f’sitwazzjoni fejn ma jidhirx li hemm rimedji effettivi għal dak li qed naraw ikompli jiżviluppa. Ninsabu f’mument fejn is-sitwazzjoni hija kritika u qed tersaq aktar lejn medjokritajiet profondi. Fejn parti sew mill-poplu qiegħed juri, l-ewwel, li jippretendi bidla fid-direzzjoni u fil-kwalità politika; u t-tieni, li qiegħed jindika li r-reazzjoni tiegħu hija fil-protesta ċara li ma jiħux sehem bil-vot tiegħu sakemm l-affarijiet jinbidlu. Fejn f’dan, għalija, fuq naħa tikber l-urġenza ta’ rimedji minn klassi politika li biha tista’ turi li hija kapaċi taħfen is-sitwazzjoni u fuq l-oħra li għad hemm fiduċja li nistgħu nibdlu. Nemmen li dan jista’ jsir, u għalkemm jista’ jkun li hemm min irid jaqtagħli qalbi fuq naħa billi jinsisti li jħalli kollox kif inhuwa, fuq l-oħra imma nibqa’ fiduċjuż li r-raġuni tirbaħ u s-sens komuni jipprevali.

Fix-xenarju internazzjonali

3. F’ħafna, il-Presidenza Amerikana ta’ Joe Biden fuq naħa, u dik Ċiniża ta’ Xi Jinping fuq in-naħa l-oħra għandhom piż qawwi fuqhom f’dak li hu għaddej. Piż ta’ responsabbiltà politika li f’dan il-mument storiku jridu tweġibiet aktar indirizzati għall-ġid komuni tad-dinja milli għall-interessi tal-pajjiżi rispettivi. Wieħed li kabbrilna t-tama fil-fatt biss li ltaqgħu u ddiskutew għal erba’ sigħat dak li hu għaddej. Wieħed li ġieb ħidma diplomatika attiva mid-dinja Għarbija li tkompli tissudana fil-fiduċja. Dan aktar fil-lingwaġġ politiku li għaddej minn oħrajn u fil-kunflitti li qed jiġbru wisq fejn hemm bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet tajba. Il-kunflitt bejn Iżrael u l-Ħamas jista’, b’dak li hu għaddej, isarraf f’sitwazzjoni fejn il-partijiet jieqfu permanentement, u mhux biss temporanjament, mill-ġlied ta’ bejniethom. Hemm bżonn kalma u dożi ta’ paċi li ftit jiem ilu ma kinux daqshekk possibbli. Nittamaw li dak li ser iseħħ u li qiegħed jitwettaq f’dawn il-jiem jiftaħ il-bibien lejn waqfien mill-ġlied biex id-dinja terġa’ tibda tieħu r-ruħ.

Fl-għatba viċin tagħna

4. Mhux biss, imma fl-istabilità politika li dawn iż-żewġ mexxejja jħaddnu fil-linji politiċi tagħhom hemm dak li għaddej bejn l-Ukrajna u l-Federazzjoni Russa. Fil-kunflitt li ma jridx jieqaf u li issa qiegħed f’pożizzjoni kritika. Fis-sitwazzjoni fejn ebda parti ma tista’ tirbaħ kif trid u fejn kollox huwa iktar wieqaf sejrin lejn xitwa kiefra oħra. F’dan hemm bżonn ta’ iktar impenn fil-ħidma diplomatika. Għandna, ċertament, żewġ xenarji xejn faċli u t-tnejn qegħdin jassorbu wisq mir-riżorsi u l-attenzjoni mondjali. Soluzzjoni għalihom isservi wkoll sabiex fit-tifrik li għandna nieħdu lezzjonijiet għall-futur. Nemmen li dan jista’ jsir u għandi fiduċja li nistgħu nilħqu dan il-punt iktar u iktar fil-prospett ta’ dak li jista’ jseħħ quddiemna fix-xhur li ġejjin.

Next year’s great danger

5. F’dan, id-dinja hija fil-proċess li trid tara kif tmexxih lura lejn is-sewwa, il-paċi u l-ġustizzja, iktar u iktar fil-perikli li qed tmiss magħhom. Hekk, b’dawn il-kliem, jiftaħ l-editorjal prinċipali f’The Economist tal-ġimgħa li għalqet. Jindirizza l-periklu mill-iktar ċar għal diversi bħali li Presidenza oħra ta’ Donald Trump jarawha bħala waħda li taf iġġib inkwiet akbar. L-analiżi korretta tagħhom hija li l-bniedem huwa “unrestrained by reality and unanchored by values” (mhux ikkontrollat mir-realtà u anqas ankrat mal-valuri). Apparti mill-abbandun tiegħu tal-alleat naturali, l-Unjoni Ewropea, li nafu li hu determinat li jdgħajjifha u jpattilha lura. Hemm wieħed jara pożizzjoni verament iktar diffiċli.

Kliem ċarissimi għal min irid jisma’

6. Għal min irid jaħdem għas-sewwa, f’termini iebsa l-istess editorjal jikkonkludi hekk: “A second Trump term would be a watershed in a way the first was not. Victory would confirm his most destructive instincts about power. His plans would encounter less resistance. And because America would have voted him in while knowing the worst, its moral authority would decline.” L-awtorità morali, li hija indispensabbli fil-politika tintilef, u anki għal dawk li anke jekk ma jaqblux magħha jirrikonoxxuha, xorta jarawha bħala pass lura. Sitwazzjoni mimlija kumplikazzjonijiet, dejjem jekk tul is-sena li ġejja ma jinbidilx ix-xenarju internazzjonali. Waħda li fil-konkret, minkejja l-età tiegħu, tindika ċar li m’hemmx alternattiva għal Joe Biden. Nittamaw fil-bniedem u nħarsu lejn il-futur bil-fiduċja mingħajr illużjonijiet sabiex ma naggravawx.

Nemmnu fil-bniedem

7. F’dan huwa iktar u iktar importanti li nħarsu lejn il-bniedem b’fiduċja. Nibqa’ nemmen f’ħidmet it-tromba ta’ Ġeriko, li hija l-iktar effikaċi biex twaqqa’ l-ħitan. Għax għandna nifhmu li bil-kelma t-tajba wieħed jasal ferm iktar milli bl-użu tal-armamenti jew il-kunflitti inutili. Nifhmu li kull persuna, fis-sejħa tagħha lejn il-verità u lejn il-kisba tal-għerf tagħraf lilha nfisha. Tagħraf aktar dak li jista’ jinbidel u tibdel il-futur ta’ madwarha. Tagħraf li anke jekk id-dinja tidher dieħla f’iktar dlam, fl-aħħar hemm id-dawl. Pajjiżna jinsab f’dan il-proċess sħiħ. Irid jifhem li għandu dmir jipparteċipa u ma joqgħodx lura f’dak li l-vuċijiet jitolbuh. Il-vuċijiet li bihom jingħad dak li ħaddieħor ma jgħidx. Jiddikjara kemm huwa importanti għad-dinja li tidħol lura fi proċess ta’ djalogu, ta’ diskussjoni, li t-tnejn iwasslu lill-partijiet madwar mejda. Jesprimi biċ-ċar li aħna poplu li nibqgħu dejjem kif konna: dawk li għandhom fiduċja mingħajr ma huma illużi.

MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI - IMPLIMENTAZZJONI TA' DIRETTIVI TAL-UE

12954. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali matul is-sena 2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

 

01/11/2023

 

ONOR. ANTON REFALO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

 

Seduta  178

22/11/2023

IL-BELT VALLETTA – TRIQ SAN ĠWANN– TISWIJIET TAĊ-ĊANGATURA

12953. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 7954, 9172 u 11145, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li x-xogħlijiet ta’ tiswija fi Triq San Ġwann l-Belt Valletta, isiru billi bl-użu frekwenti qed isiru iktar urġenti?

 

01/11/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin diskussjonjiet biex isir l-aħjar intervent f’dawn l-akkwati.

 

Seduta  178

22/11/2023

IL-BELT VALLETTA – TRIQ SAN ĠWANN – TISWIJIET TAĊ-ĊANGATURA

12952. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 7954, 9172 u 11145 jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li x-xogħlijiet ta’ tiswija fi Triq San Ġwann, ġewwa l-Belt Valletta, isiru b’mod aktar urġenti?

 

31/10/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12953.

 

Seduta  178

22/11/2023

PERSUNI REĠISTRATI BĦALA NEET

12951. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11292, jista’ l-Ministru jgħid x’passi u miżuri qed jittieħdu sabiex it-3,471 persuna NEET jinġiebu lura biex jaħdmu jew jistudjaw?

 

31/10/2023

 

ONOR. CLYDE CARUANA:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern, permezz ta’ Jobsplus, ser ikompli joffri lill-persuni bejn l-età ta’ 15 sa 29 sena l-iskema Garanzija għaż-Żgħażagħ. Permezz ta’ din l-iskema, iż-żgħażagħ li la qegħdin f'impjieg u lanqas fl-edukazzjoni u żgħażagħ li huma f'riskju li jaqgħu fil-kategorija NEET huma pprovduti b'servizzi mfassla apposta biex jiggwidawhom biex ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom jew jidħlu f'impjieg bi qligħ. Biex tgħin fl-integrazzjoni tan-NEETs fis-suq tax-xogħol, Jobsplus toffri wkoll inċentivi finanzjarji lil min iħaddem permezz tal-Iskema tal-‘Access to Employment’ fejn min iħaddem jirċievi assistenza ta’ €110.93 (full-time) jew €55.47(part-time)  meta jimpjega kwalunkwe persuna bla xogħol ta’ bejn il-15 u l-24 sena li qabel ipparteċipat u lestiet l-iskema tal-Garanzija għaż-ŻgħaŻagħ u tkun ingaġġata għall-ewwel darba.

Jobsplus tamministra wkoll il-proġett INTERCEPT li huwa mmirat biex joħroġ il-potenzjal tan-NEETs bejn il-25 u d-29 fis-settur ekoloġiku. Il-proġett wettaq riċerka dwar in-NEETS u l-kumpaniji ħodor, fejn ġew identifikati l-ħtiġijiet u l-opportunitajiet f’dan il-qasam. Dan il-proġett jinkludi taħriġ u placement fuq il-post tax-xogħol fis-settur ekoloġiku.

Apparti dawn il programmi, Jobsplus toffri servizzi ta’ konsulenza dwar ix-xogħol sabiex tassisti liż-żgħażagħ li huma mħajra jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Jobsplus tikkollabora wkoll ma’ entitajiet edukattivi sabiex toffri gwida dwar is-suq tax-xogħol, il-ħiliet u l-opportunitajiet eżistenti.

Barra minn hekk, Jobsplus hija involuta f’numru ta’ inizjattivi ta’ riċerka, bl-għan li jkollha iżjed informazzjoni dwar iż-żgħażagħ u kif jistgħu jiġu megħjuna jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.


Seduta  178

22/11/2023


IŻ-ŻEJTUN - KAPPELLA TA’ SAN KLEMENT - XOGĦLIJIET TA’ RESTAWR

12950. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11290 jista’ l-Ministru jgħid kemm hija prevista li se tkun in-nefqa fuq ix-xogħlijiet li ser isiru fil-Kappella ta’ San Klement fiż-Żejtun?

 

31/10/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li n-nefqa prevista għax-xogħlijiet ta’ restawr fuq il-Kappella ta’ San Klement tammonta għal ċirca €68,000. Infurmat ukoll li din il-figura tkopri l-ispejjeż ta’ xiri tal-materjal u l-pagi tal-ħaddiema tad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni involuti fil-proġett.

 

Seduta  178

22/11/2023

BELT VALLETTA – TRIQ IN-NOFSINHAR - TISWIJIET FIĊ-ĊANGATURA

12949. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11148 jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet konċernati peress li s-sitwazzjoni fi Triq in-Nofsinhar, fil-Belt Valletta, mhijiex waħda feliċi?

 

31/10/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li l-istess Kunsill ikkomunika dwar din it-triq ma’ Infrastructure Malta.

 

Seduta  178

22/11/2023

KUMMISSJONI PERMANENTI KONTRA L-KORRUZZJONI – KAŻIJIET PENDENTI

12948. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11294 u jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni sal-aħħar tas-sena 2022?

 

31/10/2023

 

ONOR. JONATHAN ATTARDNinsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

 

Seduta  176

21/11/2023

TRIBUNAL TA’ REVIŻJONI AMMINISTRATTIVA – KAWŻI DEĊIŻI

12947. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi fit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva minn meta ġie fis-seħħ, maqsuma sena b’sena?

 

31/10/2023

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ninforma l-Onor. Interpellant li minn meta beda t-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva, ċjoè mill-15 ta’ Ġunju 2007 sal-aħħar t’Ottubru 2023 kien hemm 1,906 kawża li ġew terminati. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi iktar fid-dettall kif ġew terminati l-kawżi fit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva fil-perjodu msemmi.

 

Seduta  176

21/11/2023

ĊENTRU TAL-ARBITRAĠĠ – KAŻIJIET REĠISTRATI

12946. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati każijiet fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ minn meta ġie fis-seħħ, maqsuma sena b’sena?

 

31/10/2023

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar ta' Ottubru 2023.

 

Seduta  176

21/11/2023

24.11.23

TRIBUNAL TA’ REVIŻJONI AMMINISTRATTIVA – KAWŻI REĠISTRATI

12945. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kawżi fit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva minn meta ġie fis-seħħ, maqsuma sena b’sena?

 

31/10/2023

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm ġew reġistrati kawżi fit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva ġewwa l-Qrati ta’ Malta minn meta t-Tribunal ġie fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju, 2007 sal-31 ta’ Ottubru 2023.

 

Seduta  176

21/11/2023


                                    Papers Laid PQ12945 

                                                Tabella 

                                    Sena         Kawżi Introdotti 

                                    2007                     

                                    2008                     

                                    2009                     91 

                                    2010                     63 

                                    2011                     288 

                                    2012                     357 

                                    2013                     338 

                                    2014                     118 

                                    2015                     75 

                                    2016                     90 

                                    2017                     81 

                                    2018                     148 

                                    2019                     130 

                                    2020                     127 

                                    2021                     152 

                                    2022                     140 

                                    2023                     121 

                                    Total                     2319

ĦAŻ-ŻABBAR/FGURA - TRIQ IL-KUNSILL TAL-EWROPA - XOGĦLIJIET

12944. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11345 dwar xogħlijiet maġġuri fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, bejn Ħaż-Żabbar u l-Fgura, jista’ l-Ministru jgħid kemm hija prevista li se tkun l-ispiża tax-xogħlijiet komplessivament wara li finalment jiġu konklużi?

 

31/10/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet maġġuri li għaddejjin fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, bejn Ħaż-Żabbar u l-Fgura, huma stmati li ser jiswew 2.5 miljun ewro. Ix-xogħlijiet, li saru fuq medda ta’ tul ta’ 600 metru, inkudew il-bini mill-ġdid tat-triq bi tliet saffi t’asfalt. Sar disinn ġdid tat-triq, bankini iktar wesgħin u infrastruttura adegwata għaċ-ċiklisti u l-mixi. Sar disinn ġdid ta’ landscaping, inkluż b’sistema ta’ irrigazzjoni u bini ta’ ġibjun ġdid biex it-tisqija ssir b’mod sostenibbli. Ġiet installata sistema ta’ dawl ġdida u strutturi għas-saħħa u s-sigurta’ għas-sewwieqa (Vehicle Restraint Systems), strutturi ta’ ħitan ġodda, sistemi ġodda ta’ servizzi ta’ provvista ta’ ilma u tliet pelican crossings.

 

Seduta  176

21/11/2023

IL-FGURA - TRIQ KOTTONER - TISWIJA

12943. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11347 jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ttieħdu sabiex Triq Kottoner, fil-Fgura, tiġi aħjar milli hija?

 

31/10/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq il-Kottoner huma parti minn proġett iktar usa’. Din it-triq ser issir flimkien ma’ Triq San Tumas, bix-xogħlijiet mistennija jibdew fix-xhur li ġejjin.

 

Seduta  176

21/11/2023

BELT VALLETTA – TRIQ IN-NOFSINHAR - TISWIJIET FIĊ-ĊANGATURA

12942. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11148 dwar xogħol fuq iċ-ċangatura fi Triq in-Nofsinhar fil-Belt, Valletta, jista’ l-Ministru jgħid x’passi jistgħu jittieħdu sabiex tonqos il-ħsara li hemm f’din it-triq?

 

31/10/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin diskussjonjiet biex isir l-aħjar intervent f’dawn l-akkwati.

 

Seduta  174

20/11/2023

BELT VALLETTA – TRIQ IN-NOFSINHAR - TISWIJIET FIĊ-ĊANGATURA

12941. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11148 dwar xogħol fuq iċ-ċangatura fi Triq in-Nofsinhar fil-Belt, Valletta, jista’ l-Ministru jgħid x’passi jistgħu jittieħdu sabiex tonqos il-ħsara li hemm f’din it-triq?

 

31/10/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12942.

 

Seduta  174

20/11/2023

IL-KALKARA - TRIQ LI TAGĦTI MILL-BAJJA TAR-RINELLA GĦALL-FORTIZZA – XOGĦLIJIET

12940. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11309 dwar xogħlijiet biex it-triq li mill-Bajja tar-Rinella tagħti għall-Fortizza fil-Kalkara tiġi rranġata, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit pjan ta’ xogħol u stima billi t-triq hija prevista li tkompli taqa’ bil-maltemp li jiġi tul ix-xhur tax-xitwa?

 

31/10/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed jipprepara sejħa għall-offerti għat-tiswija u r-restawr tal-istruttura li fuqha hija mibnija t-triq.

Huwa pjanat li din is-sejħa tiġi ppubblikata fil-bidu tas-sena d-dieħla u x-xogħol jitwettaq iktar tard f’dik is-sena.

 

Seduta  174

20/11/2023

IL-KALKARA – SMOKING ROOM F’BIGHI - XOGĦLIJIET

12939. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11306, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress fit-tiswija tal-iSmoking Room f’Bighi?

 

31/10/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-proċess ta’ evalwazzjoni li jwassal għall-award tal-kuntratt tax-xogħol ġie iffinalizzat. Intant infurmat li r-rapport tal-evalwazzjoni bħalissa jinsab għand id-DCC għall-konsidrerazzjoni tagħhom.

 

Seduta  174

20/11/2023

IL-KALKARA - BIGHI - XOGĦLIJIET

12938. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 7948 u 11305 dwar xogħol f’Bighi, fil-Kalkara, jista’ l-Ministru jgħid meta attwalment se jibda dan ix-xogħol u jekk huwiex previst li jsir tul din is-sena u qabel is-sajf li ġej?

 

31/10/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Heritage Malta b’kollaborazzjoni ma Infrastructure Malta qed jaħdmu fuq pjan ħolistiku għaż-żona li ser ikun jinkludi l-bini ta' moll li ser iservi biex inaqqas l-erużjoni tal-blat u bħala passaġġ għat-tarf tal-peninsula, kif ukoll ser jinkludi li tinbena mill-ġdid is-selħa li hemm fil-blat u jintrabat il-blat li hu ta' riskju li jiġġaraf. Il-pjan ser jitwettaq f'fażijiet bl-ewwel fażi li jitneħħa l-materjal biex jitnaqqqas l-periklu għal ħaddiema mistenni jibda' fix-xhur li ġejjin. Bħalissa għaddejin studji ġeoloġiċi biex l-intervent isir bl-aktar mod għaqli possibli.

 

Seduta  174

20/11/2023

LANDSCAPE CONVENTION – DĦUL FIS-SEĦĦ

12937. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7425 tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Landscape Convention hijiex se tidħol fis-seħħ tul din is-sena?

 

31/10/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed jaħdem fuq il-proċess ta’ ratifikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni, li wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu.

 

Seduta  174

20/11/2023

UFFIĊĊJU TAL-OMBUDSMAN – IMPLIMENTAZZJONI TA’ RAKKOMANDAZZJONI

12930. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: B’referenza għar-rapport tal-Uffiċċju tal-Ombudsman bin-numru CEDUC-23-3507, jista’ l-Ministru jgħid meta r-rakkomandazzjoni f’dan ir-rapport se tiġi implimentata?

 

31/10/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom għaddejin diskussjonijiet interni dwar dal-każ.

 

Seduta 171

14/11/2023

UFFIĊĊJU TAL-OMBUDSMAN – IMPLIMENTAZZJONI TA’ RAKKOMANDAZZJONI

12929. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: B’referenza għar-rapport tal-Uffiċċju tal-Ombudsman bin-numru CEDUC-22-2982, jista’ l-Ministru jgħid meta r-rakkomandazzjoni f’dan ir-rapport se tiġi implimentata?

 

31/10/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjoni mhux se tkun implimentata għar-raġunijiet li l-Ministeru diġa għadda lill-Kummissarju għall-Edukazzjoni.

 

Seduta 171

14/11/2023

QRATI – EMENDI FIL-LIĠI B’RABTA MAS-SALARJU TAL-ĦADDIEM

12928. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Fid-dawl tas-sentenzi li ngħataw mill-qrati ta’ pajjiżna li s-salarju tal-ħaddiem, ladarba jiġi depożitat f’kont bankarju, ma jibqax aktar protett u allura kollox isir sekwestrabbli, jista’ l-Ministru jara li jsiru l-emendi legali neċessarji sabiex dan jinbidel?

 

31/10/2023

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  171

14/11/2023

ĦAL TARXIEN - TRIQ KARLU MARATTA - XOGĦLIJIET

12449. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru ġewwa Triq Karlu Maratta, Ħal Tarxien u senjatament jekk huwiex minnu li hemm xi tappieri li huma ssiġillati kompletament?

 

17/10/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12446.

 

Seduta  171

14/11/2023

ĦAL TARXIEN - TRIQ KARLU MARATTA - XOGĦLIJIET

12448. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru ġewwa Triq Karlu Maratta, Ħal Tarxien u senjatament jekk huwiex minnu li hemm xi tappieri li huma ssiġillati kompletament?

 

17/10/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  171

14/11/2023

ĦAL TARXIEN - TRIQ KARLU MARATTA - XOGĦLIJIET

12447. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru ġewwa Triq Karlu Maratta, Ħal Tarxien u senjatament jekk huwiex minnu li hemm xi tappieri li huma ssiġillati kompletament?

 

17/10/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  171

14/11/2023

ĦAL TARXIEN - TRIQ KARLU MARATTA - XOGĦLIJIET

12446. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet qed isiru ġewwa Triq Karlu Maratta, Ħal Tarxien u senjatament jekk huwiex minnu li hemm xi tappieri li huma ssiġillati kompletament?

 

17/10/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninsab infurmata li mhux minnu li hemm xi tappieri ssiġillati. L-imsemmija xogħlijiet tnedew minn Infrastructure Malta u primarjament jikkonsistu fi tqegħid ta’ asfalt ġdid.  Minn evalwazzjoni li saret, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sabet li kien hemm bżonn isir tibdil ta’ soqfa tal-konkrit tal-manholes kif ukoll tibdil ta’ tappieri u għaldaqsant dawn ġew installati mill-ġdid.  Wara li dan ix-xogħol ġie finalizzat, saru numru ta’ spezzjonijiet sabiex jiġi żġurat li x-xogħlijiet saru skont id-dettalji tekniċi li timxi fuqhom il-Korporazzjoni u li m’hemmx debris li jista’ jikkaġuna ħsara lis-sistema tad-drenaġġ.

 

Seduta  169

13/11/2023

TARXIEN – TRIQ KELINU CACHIA

12445. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Kelinu Cachia, Tarxien, hijiex sejra ssir kif ipproġettata jew le u x’intoppi hemm għal dan il-għan?

 

17/10/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta 169

13/11/2023

TARXIEN – TRIQ KELINU CACHIA

12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Kelinu Cachia, Tarxien, hijiex sejra ssir kif ipproġettata jew le u x’intoppi hemm għal dan il-għan?

 

17/10/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Kelinu Cachia ser issir skont il-linja u l-livelli kif skemata mill-Awtorita’ tal-Ippjanar. Għaddejjin it-tħejjijiet biex jiskattaw ix-xogħlijiet, li jinkludu kif ser isir aċċess għas-sit, issettjar ta’ livelli u linja.

 

Seduta 169

13/11/2023

TARXIEN – TRIQ KELINU CACHIA

12443. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Kelinu Cachia, Tarxien, hijiex sejra ssir kif ipproġettata jew le u x’intoppi hemm għal dan il-għan?

 

17/10/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  169

13/11/2023

RAĦAL ĠDID – PJAZZA QUDDIEM IL-KNISJA TA’ GĦAJN DWIELI - XOGĦLIJIET

12442. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsabu x-xogħlijiet fuq il-pjazza ta’ quddiem il-Knisja tal-Kapuċċini ta’ Għajn Dwieli u x’għad fadal isir?

 

17/10/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa inqala’ l-ħajt l-antik kollu u nbena wieħed ġdid fuq in-naħa tax-xellug tal-knisja.  Barra minn hekk, inbniet rampa għall-persuni bi bżonnijiet speċjali u nħadmu l-balavostri kollha.Ix-xogħol li għad jonqos jikkonsisti fil-bini tal-ħajt fuq in-naħa tal-lemin tal-knisja, it-tqegħid tas-sottobank, tal-balavostri u tas-soprabank.

 

Seduta 169

13/11/2023

XATT TAX-XGĦAJRA – XOGĦLIJIET

12441. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsabu x-xogħlijiet fuq il-ħadid tax-Xatt tax-Xgħajra u x’għad fadal isir?

 

17/10/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ninsab infurmat li sal-lum twaħħal fil-post 33 metru ta’ railing tal-ħadid li nħadem mill-ġdid, kif ukoll 87 metru ta’ railing li ġie msewwi, ggalvanizzat u ngħata l-powder coating. Bħalissa qiegħed isir xogħol fuq medda oħra ta’ 48 metru ta’ railing li qiegħed jissewwa.

 

Seduta 169

13/11/2023

 

  ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ninsab infurmat li sal-lum twaħħal fil-post 33 metru ta’ railing tal-ħadid li nħadem mill-ġdid, kif ukoll 87 metru ta’ railing li ġie msewwi, ggalvanizzat u ngħata l-powder coating. Bħalissa qiegħed isir xogħol fuq medda oħra ta’ 48 metru ta’ railing li qiegħed jissewwa.

 

Seduta  169

13/11/2023

IL-GUDJA - KONTRAVENZJONIJIET TAT-TRAFFIKU

11571. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku li saru fil-lokalità tal-Gudja mill-2020 sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?

 

28/09/2023

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11561.

 

Seduta  164

06/11/2023

IL-KALKARA - BAJJA TAR-RINELLA - XOGĦLIJIET

11570. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9421, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol effettiv sar fil-Bajja ta’ Rinella fil-Kalkara?

 

28/09/2023

 

ONOR. CLAYTON BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ta’ kuljum u kontinwament isir tindif fil-Bajja tar-Rinella min-naħa tad-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni. Għal diversi drabi matul is-sajf tneħħa wkoll ammont ta’ ġebel li tfaċċa fil-bajja.  Ħaddiema tat-TZRA żebgħu is-sottobank u r-railing tal-promenade.

 

Seduta  164

06/11/2023

RAĦAL ĠDID - TRIQ KURVETTI - XOGĦOL TA’ ASFALTAR

11569. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5963, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew isiru x-xogħlijiet fi Triq il-Kurvetti Paola?

 

28/09/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  164

06/11/2023

RAĦAL ĠDID - TRIQ KURVETTI - XOGĦOL TA’ ASFALTAR

11568. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsiiet parlamentari preċedenti 5962, 8482 u 8704, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew isiru x-xogħlijiet fi Triq il-Kurvetti Paola?

 

28/09/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fi Triq il-Kurvetti, Paola mistenni jibda s-sena d-dieħla.

 

Seduta  164

06/11/2023

SANTA LUĊIJA - DĦUL EFFETTIV MINN KONTRAVENZJONIJIET TAT-TRAFFIKU

11567. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku li saru mill-2020 sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 fil-lokalità ta’ Santa Luċija?

 

28/09/2023

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11561.

 

Seduta  164

06/11/2023

RAĦAL ĠDID – TRIQ KURVETTI – XOGĦOL TA’ ASFALTAR

11566. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew isiru x-xogħlijiet fi Triq il-Kurvetti Paola?

 

28/09/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  164

06/11/2023

MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IZ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI – LAQGĦAT FL-UE

11356. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?

 

11/09/2023


ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tieni sitt xhur ta’ din is-sena attendejt laqgħa waħda fi ħdan l-Unjoni Ewropea, u mistenni li sa l-aħħar ta’ din is-sena nattendi żewġ laqgħat oħra.

 

Seduta  160

25/10/2023

MINISTRU GĦAL GĦAWDEX – LAQGĦAT FL-UE

11355. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?

 

11/09/2023

 

ONOR. CLINT CAMILLERI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ottubru, attendejt għal laqgħa fil-Belġju bl-isem EU Regions Week, including the conference ‘After the European Parliament’s resolution on island regions: what’s next?'. Aktarx ser nattendi wkoll General Assembly and 50th anniversary of the CPMR Franza, però għadni ma kkonfermajthiex. M'iniex infurmat s’issa li se jkun hemm aktar laqghat fi ħdan l-Unjoni Ewropea sa Diċembru, però tifhem li jista’ jkun li niġu mistiedna għal xi laqgħat aktar 'il quddiem skont iċ-ċirkustanzi.

 

Seduta  160

25/10/2023

MINISTRU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR - LAQGĦAT FL-UE

11354. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur: Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?

 

11/09/2023

 

ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur attendejt għal-laqgħa informali tal-Ministri tal-Konsumatur fl-24 ta’ Lulju 2023 f’Bilboa fi Spanja.

Sa Diċembru li ġej, m'hemmx attendenzi għal laqgħat fi ħdan l-UE pjanati, sakemm ma tintalabx attendenza ad hoc.

 

Seduta  160

25/10/2023

MINISTRU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL - LAQGĦAT FL-UE

11353. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?

 

11/09/2023

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija kif qed ikun elenkat hawn taħt:

13 ta’ Lulju EPSCO li nżammet Madrid;

9 ta’ Ottubru EPSCO li nżammet Lussemburgu.

 

Seduta  160

25/10/2023

MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ - LAQGĦAT FL-UE

11352. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?

 

11/09/2023

 

ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ attendejt għal laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mistenni nattendi għal laqgħat oħra  kif imsemmja hawn taħt:

 Fit-18 ta’ Settembru 2023  iltqajt mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mar-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurta’ ġewwa New York, l-Istati Uniti.

Fit-2 ta’ Ottubru 2023, iltqajt mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mar-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin u l-politika tas-Sigurta’ ġewwa Kyiv, l-Ukrajna.

Fid-9 u l-10 ta’ Ottubru 2023, ipparteċipajt fis-sebgħa u għoxrin Kunsill Konġunt bejn il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf u l-Unjoni Ewropea, li seħħ f’Muskat, fl-Oman.

Fil-11 ta’ Ottubru 2023, kelli laqgħa onlajn li sejjaħ ir-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin u l-politika tas-Sigurta’,wara l-iżviluppi li seħħew f’Iżrael u r-reġjun.

Fid-19 ta’ Ottubru 2023, żort Vienna, l-Awstrija fejn iltqajt ma’ l-E.T. Alexander Schallenberg, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Awstrija. 

Fit-23 ta’ Ottubru 2023,  iltqajt mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Membri Stati tal-Unjoni Ewropeja, kif ukoll mar-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà ġewwa il-Lussemburgu.

Fl-24 ta’ Ottubru 2023, attendejt għal-Laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin Ġenerali.

Fit-13 ta’ Novembru 2023, mistenni niltaqa’ mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mar-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà ġewwa Brussell.

Fil-15 ta’ Novembru u fit-12 ta’ Diċembru ta’ din is-sena mistenni li nattendi wkoll għal-Laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin Ġenerali.

Fl-20 ta’ Novembru 2023, mistenni nipparteċipa fil-laqgħa ministerjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana, li se sseħħ fi Brussell.

Fil-21 ta’ Novembru 2023, mistenni nkun mistieden sabiex nipparteċipa fil-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea dwar l-Iżvilupp.

Fis-27 ta’ Novembru 2023, mistenni nkun mistieden ukoll sabiex nipparteċipa fil-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea dwar il-Kummerċ.

Fis-27 ta’ Novembru 2023,  mistenni nipparteċipa fil-laqgħa ministerjali bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar, li ser isseħħ f’Barċellona.

Fil-11 ta’ Diċembru 2023,  mistenni niltaqa’ mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mar-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà ġewwa Brussell.

 

Seduta  160

25/10/2023

MINISTRU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI - LAQGĦAT FL-UE

11351. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?

 

11/09/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi attendejt għall-EYCS Council li sar bejn il-15 u s-16 ta’ Mejju 2023. Intant, l-EYCS Council li jmiss hu skedat li jsir bejn it-23 u l-24 ta’ Novembru 2023.

 

Infurmat ukoll li bejn il-25 u s-26 ta’ Settembru, l-Presidenza Spanjola organizzat Kunsill informali f’Càceres ġewwa Spanja, li għalih attendiet is-Segretarju Permanenti fi ħdan dan il-Ministeru.

 

Seduta  160

25/10/2023

23.11.23

MID-DINJA SPANJOLA

1. Huwa tajjeb li sakemm il-ħin jippermetti, u fuq in-naħa l-oħra sakemm l-informazzjoni tkun korretta u tħaddan il-verità, li wieħed isegwi. Jara dak li jkun għaddej madwarna f’dinja li l-fruntieri tagħha qed jersqu dejjem iktar viċin xulxin. Dawk l-eventi li fil-fatt, illum il-ġurnata qed jiftħulna għajnejna i hemm effetti li mmissu magħhom ilkoll. Dak li jseħħ fil-ħajja politika, soċjali u kulturali ta’ poplu jimxi u jmiss, b’xi mod, lil dawk mhux biss ta’ madwar, imma wkoll lil dawk iktar ’il bgħid bħal tagħna. Ħafna drabi nidħlu fil-qxur tagħna u nimmaġinaw li xejn ma jmissna ħlief dak li jiġri fit-triq jew l-iktar il-belt jew ir-raħal li ngħixu fihom. Hemm effetti li tajjeb li nifhmu u nkunu miftuħa għalihom. Naċċettaw li ser jolqtuna b’xi m od. Fit-tajjeb mod, f’dak inqas f’linja oħra.

Dak li qed iseħħ

2. F’dan huwa sewwa li naraw kif u lejn liema direzzjonijiet qed jimmiraw li jaslu popli oħra. F’dawn l-aħħar jiem nistgħu nħarsu aħjar lejn dak li d-dinja Spanjola qed tibgħat. Nifhem li aħna esposti għal dak li qiegħed jiġri fid-dinja li konna iktar parti minnha, il-Commonwealth. U issa wkoll qed nifhmu ftit iktar l-influwenza li hemm fil-ħajja tal-isfera ta’ dik Franċiża. Biss ninsabu maqtugħa ma’ dak li hemm f’dawk li Spanja u l-Portugall għadhom jeżerċitaw ħafna drabi proprju minħabba l-użu tal-istess lingwa wara snin ta’ kolonjaliżmu. Dak li jiġri f’dawk iż-żoni ta’ ideat jitlob attenzjoni diretta. Mhux biss bl-użu intelliġenti tal-Ambaxxati tagħna f’Madrid u Lisbona, imma wkoll aktar illum fil-Brażil, li għandhom jagħtuna iktar informazzjoni diretta u tajba.

Fi Spanja

3. F’dan, ċertament wieħed għandu jaħseb u jirrifletti fuq kif ġie ffurmat il-Gvern f’Madrid tul il-ġimgħa li għaddiet. Kif Pedro Sanchez għall-Partit Soċjalista (PSOE) ġie kkonfermat Prim Ministru wara elezzjoni ġenerali li fiha, għalkemm mhux b’tant saħħa, fil-fatt huwa ma baqax fuq quddiem kif kien. Fir-realtà, il-Partit Popolari mmexxi minn Alberto Núñez Feijóo afferma ruħu imma m’għandux il-maġġoranza tad-deputati. Sanchez irnexxilu għax wasal fi ftehim mal-partit li fil-programm politiku għandu l-indipendenza Katalana minn Spanja. Ilkoll niftakru li ftit snin ilu ttieħdu passi legali kriminali kontra dak li kien qabel il-kap, Carles Puigdemont, bl-akkuża ta’ tradiment tal-Istat. Mill-2017 dan jinsab maħrub fil-Belġju, fejn tawh rifuġju politiku. Ftehmu f’din l-allenza bil-patt li dawk li aġixxew kontra l-Istat Spanjol jingħataw maħfra legali.

Liġi

4. F’dan infetaħ bieb perikoluż ħafna. Wieħed li l-Partit Soċjalista ser, għada pitgħada, jħallas prezz politiku għalih, speċjalment fl-immaġini tiegħu. Il-poter rebaħ fuq kull kunsiderazzjoni ta’ prinċipju. Reġa’ ġie lura fil-moda kitbet Niccolò Macchiavelli (1469-1527) li, bil-Principe stabbilixxa li l-fini jiġġustifika kull mezz politiku. Ġieb ukoll mewġa li ser tnaqqas mill-ġieħ demokratiku u tas-saltna tad-dritt f’dak il-pajjiż. Preċedent ikrah ħafna, sija għalihom kif ukoll għal dawk li huma parti mis-sistema fl-Unjoni Ewropea. Il-liġi li ġiet ippreżentata li biha jinħafru d-delitti li seħħew ma tantx ser tinżel tajjeb. Diġà hemm protesti qawwija fit-toroq u fi ħdan il-Parlament Ewropew ser ikollna wkoll dibattitu interessanti iktar dwar dan. Wieħed li diversi fi Spanja ser jarawh bħala umiljanti għall-prestiġju li jgħożż. Kif sewwa ddikjara Alberto Núñez Feijóo meta qasam il-Kamra biex jieħu b’idejn il-Prim Ministru kkonfermat li dan huwa żball politiku kbir li għalih Sanchez huwa responsabbli.

Influwenzi

5. Dak li sar u dak li twieled ser ikun kaġun ta’ nkwiet politiku soċjali u ekonomiku għal dan il-pajjiż kbir. Wieħed li ser ikollu effetti fuqna wkoll, li għandna ħafna iktar irbit magħhom milli naħsbu. Biss, f’dan, ix-xenarju ser isir iktar ikkargat hekk kif tul dwn is-sigħat ġie kkonfermat li l-Arġentina, pajjiż li f’ħafna huwa Spanjol, ser jara bidliet oħra. Il-fatt li fir-riżultat tal-Ħadd li għadda l-President il-ġdid huwa Javier Milei f’kuntest politiku xejn faċli. Huwa ġie deskritt bħala politiku b’ideat fuq il-lemin estrem, imma f’dan iktar wieħed b’ideat kompletament differenti. Għeleb lil Sergio Massa, li kellu warajh il-Partit Peronista. Dak li twaqqaf minn Juan Domingo Peron (1895-1974) f’taħlit ta’ ideat, imma viċin dawk l-iktar l-isfel. Bidla li sallum tidher mill-iktar differenti u li tista’ tindika wkoll reazzjoni ta’ poplu li jrid l-affarijiet isiru differentement minn kif saru qabel.

Ideat

6. F’dan hemm proċess li ser jinfluwenza mhux biss lil dak il-pajjiż imma wkoll lill-Amerika Latina. Qiegħed jiddikjara ideat bombastiċi li mhumiex faċli li twettaq. Fuq naħa t-tneħħija tal-Bank Ċentrali, tnaqqis drastiku tal-infiq inkluż, skont hu, t-tneħħija tal-Ministeru tal-Kultura, Edukazzjoni u d-Diversità. Kif ukoll l-użu tad-Dollaru Amerikan biex tiġi stabbilita l-ekonomija u tonqos l-inflazzjoni qawwija li għandhom bħalissa. Ma’ dan il-pożizzjoni kompletament kontra l-abort. Irid idaħħal l-ekonomija fl-isports, senjatament fil-kamp kalċistiku fis-sens li l-klabbs li sa issa ma kinux jistgħu jibdew jitmexxew bi profitti ekonomiċi. Ideat ‘ġodda’ ‘varji’ mhux neċessarjament tajbin u li jitilqu mill-iżvantaġġ li maġġoranza parlamentari m’għandux. Imma fuq kollox ser jolqtu direttament f’dak li għaddej iktar u iktar fid-dawl tal-Elezzjonijiet Presidenzjali fl-Istati Uniti tal-Amerika. Is-suċċess ta’ Javier Milei jaf jagħti palata lil Donald Trump.

Issa naraw


7. F’dan kollu nibqgħu nirrikonoxxu li ideat u suċċessi politiċi f’pajjiżi oħra jinfluwenzaw dawk ta’ oħrajn. Tagħna nkluż. Jew direttament inkella, kif jidher aktar fix-xenarju, indirettament. Fix-xhur li ġejjin ser naraw u nisimgħu b’aktar minn dak li Pedro Sanchez u Javier Milei ser jgħidu u jipproponu. Ser neżaminaw x’ser ikun l-effett tal-liġijiet u d-deċiżjonijiet tagħhom. Pożizzjonijiet li għandna d-dmir li nsegwu u nippruvaw nifhmu. Dan għax id-dinja Spanjola għandha ħafna iktar influwenza milli naħsbu u tajjeb li nagħtuha l-importanza li ħaqqha.

 

IL-GERWIEL GIDDIEB

1. F’soċjetà li taħdem biex tkun demokratika hemm bilanċ importanti bejn il-verità u l-informazzjoni. Hemm min iqabbel lit-tnejn u jaħseb jew iqiegħed kollox fuq l-istess xkaffa. Jipprova jurihom bħala ugwali mentri, kif nafu, mhumiex. Jistgħu jidħku bina, verament, imma mhumiex tal-istess piż. Għax il-verità hija unika, u teżisti. Biss nafu li dan mhux faċli għax qed ngħixu f’soċjetà ġdida. Waħda mimlija b’vuċijiet varji, diversi wkoll frott iċ-ċaċċaruni, dawk li jridu jitkellmu l-ħin kollu u l-eżistenza tagħhom hija mimlija ħsejjes. Dawk li jridu jipperswaduna fil-kontra ta’ dik li hija r-realtà. Membri wkoll fost dawk li jridu jgħidulna li qed ngħixu fl-istabilità u fi Stat ġust.

Informazzjoni mhux dejjem veritiera

2. Għax l-informazzjoni fiha minn kollox. Fiha ġewwa ħdanha anki dak li mhuwiex veru. Issir taf u anzi għandek mezzi ta’ komunikazzjoni li jinfurmawk bil-gideb li jingħad. Dak kollu li mhuwiex minnu li jingħad dwar dak li għaddej. Dak kollu li jinqala’ minn żnied ħaddieħor dwar il-proxxmu biex fuq naħa ssirlu l-ħsara, u fuq l-oħra jirbaħ xi forma tinten ta’ popolarità. Ma’ dan kollu hemm ukoll dawk li jridu jaħbu s-sewwa, il-fatti u jispiċċaw iħarrfu fuq naħa jew jibdlu fuq l-oħra dak li huwa verament. Imma l-isfida llum hija proprju li kollox jinsab ħiereġ mill-istess vitien. M’hemmx, fuq naħa l-gideb u fuq in-naħa l-oħra l-verità. Hemm biss triq waħda tal-informazzjoni. Taħlit li huwa dejjem ikbar proprju għax il-livelli tad-dixxerniment naqsu. Bħal ma kien inevitabbli li jseħħ dan għax dak li qabel kien ikkunsidrat fonti ta’ fatti llum m’għadux, imma baqa’ hekk ikkunsidrat mill-poplu.

Infetaħ bieb perikoluż

3. F’dan, iktar minn qatt qabel infetaħ beraħ il-bieb ta’ barra, mhux tal-ġenb, biex iseħħ dan il-proċess b’mod uffiċjali. Dan huwa l-periklu ċar u manifest tas-soċjetà tagħna. Għax hija tista’ tikber u tieħu deċiżjonijiet tajba jekk tkun qed tibbaża ruħha fuq il-verità, mhux il-kontra. Iktar u iktar għax f’dan, flok nidentifikaw il-problemi ta’ ġustizzja soċjali li għandna, qed naħbuhom u naħarbu minnhom. Mhux biss, imma hija gravi proprju għax hemm min jaħseb li bin-nuqqas ta’ verità jista’ javvanza, jew almenu, jibqa’ wieqaf fejn huwa. Anzi, fil-bumbardament kontinwu ta’ kemm għadna suppost “Soċjetà Ġusta” (li lkoll nafu li mhix, u fil-verità trid ħafna iktar ħidma biex tasal biex tkun hekk) huwa ovvju li l-Gvern issa qiegħed huwa stess isir parti integrali mill-magna ta’ dak li mhuwiex minnu. Tradiment profond tad-dmir tiegħu li jgħid lill-poplu dik li hija l-verità.

Mhux biss

4. Mhux biss dan, imma hemm ukoll il-periklu ulterjuri li huwa dak li qiegħed iħajjar persuni li jikkritikaw lill-Gvern, sija mill-Oppożizzjoni kif ukoll li le, li jimbarkaw fuq din it-triq. Il-falz jiġi kumbattut b’iktar falz. F’dak li qiegħed jidher li qiegħed isir forma ta’ konvenjenza. Fejn f’dan, iktar nies qed jiġu protetti u l-istatus quo jibqa’ f’postu. Dawk li huma minn fuq jibqgħu hemm u dawk li jridu javvanzaw jibqgħu miżmuma ’l isfel. L-alleanzi ta’ konvenjenzi varji, ċertament mhux politiċi, wassluna f’dan. L-affluwenza ekonomika ta’ wħud li qed jiddominaw, jew fil-miftuħ jew minn taħt, wassluna f’dan. Issagrifikajna d-demokrazija soċjali tagħna għal dik ekonomika. Fejn il-manuvri tal-Gvern huma indirizzati biex jiggarantixxu dan l-istat tal-affarijiet. Jidhru li qed jaqsmu u jagħtu, mentri fil-fatt qed iżommu fis-sod il-pożizzjonijiet ta’ dawk li verament għandhom saħħa politika ekonomika.

Nibqgħu nisimgħu

5. F’dan, dejjem jekk ma niċċaqilqux, ser nibgħu nisimgħu dak li nafu li mhuwiex minnu. Nisimgħu kemm kollox sejjer tajjeb, meta mhuwiex. Nisimgħu fuq kemm l-ekonomija ser tikber, imma ma jgħidulniex kemm l-inflazzjoni ser tibqa’, u magħha, l-għoli tal-ħajja. Nisimgħu kemm kulħadd qiegħed jaħdem, imma mhux kemm mhumiex jaqilgħu, jew kemm hemm minn dawk li huma moħbija fin-NEET. Nisimgħu b’infiq fl-edukazzjoni, imma mhux fuq ir-riżultati li qed tagħti. Nisimgħu fuq kemm hemm benefiċċji soċjali, imma mhux kemm dawn huma verament effettivi għall-bżonnijiet ta’ dak li jkun. Nisimgħu kemm qed nimxu fil-kamp tar-riforma fuq il-kannabis, imma mhux fuq kemm pajjiżna huwa mimli, fl-irkejjen tiegħu, b’aktar droga minn qatt qabel. Nisimgħu kemm għandna pjan tajjeb fit-trasport, imma nqattgħu l-ġimgħa mwaħħlin fit-traffiku. Nisimgħu ħafna minn dan kollu, imma x’inhuwa veru minnu, dik ħaġ’oħra.

Alleati

6. F’dan, jidher ċar u ovvju li jekk wieħed ma jiċċaqlaqx fil-kritika u fl-organizzazzjoni neċessarja biex jibdel dak li qiegħed jikkristallizza ruħu jum wara jum, kollox ser jibqa’ l-istess. Forsi ftit iridu jindunaw kemm f’dan kollu sejrin, għallinqas skont is-surveys kontinwi li qed joħorġu, għall-istess pożizzjoni tallum, jew aħjar, tal-bieraħ. Aktar minn dak li għandna u mhux minn dak li għandu jkollu l-poplu. Forsi ftit aktar f’dan li jista’ jkun (għalkemm ma nemminx) li ninsab waħdi fid-deżert intern politiku li ninsisti sabiex idur ir-riħ. Forsi ftit aktar fil-bżonnijiet u miżuri li nara li jridu jsiru sabiex jingħadu l-fatti u naffrontawhom. Dawk li ċertament m’għandniex naħarbu minnhom, għall-ġid tal-poplu kollu. Jekk qabel kienet kwistjoni ta’ partit, illum din saret kwistjoni nazzjonali.

Passi pożittivi

7. F’dan, jekk ma niċċaqilqux, dawk li jlabilbu, il-gerwiela, iċ-ċaċċaruni ser jibqgħu jirrenjaw. Jibqgħu ma jħarsux il-verità u anzi jibqgħu jżidu ma’ dak li huwa fil-kamp kbir tal-gideb. Punt li wieħed għandu jieħu ħsieb jagħmel, għax soċjetà li m’għandhiex id-demokrazija f’idejha tispiċċa tafda lil min m’għandhiex. Tispiċċa fejn ma tridx tkun. Soċjetà li tippermetti dan kollu tkompli għaddejja tkun fit-triq li biha qed tkompli żżid fil-lista tal-inġustizzji soċjali li qed ngħixu fihom kontinwament. Fil-preżent pajjiżna mhuwiex ġust, però jista’ jsir. Għalhekk, pajjiżna għandu bżonn iktar verità, fatti u informazzjoni korretta. Dak huwa d-dmir tagħna li naħdmu għalih. Inbiddlu sabiex jispiċċa dan ir-renju fejn jikber u joktor il-gerwiel giddieb.

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...