27.10.23

MINISTRU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA - LAQGĦAT FL-UE

11350. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?

 

11/09/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajtu għall-mistoqsijiet parlamentari 7206 u 7677, ninfurmah ukoll li dan ix-xahar attendejt għal-laqgħat formali tal-Kunsill tas-setturi li nkopri.

 

Seduta  159

24/10/2023

MINISTRU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI - LAQGĦAT FL-UE

11349. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?

 

11/09/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma l-Onor. Interpellant li l-laqgħat li attendejt u mistenni nattendi għalihom huma “Informal meeting of transport ministers – Barcelona" f' Settembru li għadda u “TTE Council of Ministers – Brussels" f'Diċembru li ġej.

 

Seduta  159

24/10/2023

MINISTRU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI - LAQGĦAT FL-UE

11348. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?

 

11/09/2023

 

ONOR. ANTON REFALO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat fi ħdan l-UE li attendejt għalihom sal-lum huma hekk kif ġej:

·               Settembru 2023 – Laqgħa informali għall-Ministri għall-Agrikoltura – Cordoba, Spanja

 

·               Settembru 2023 – Kunsill AgriFish – Brussell, il-Belġju

 

Dawn li ġejjin huma laqgħat li mistenni nkun qed nattendi għalihom sal-aħħar ta’ din is-sena: 

 

·               Novembru – Kunsill Agrifish – Brussell, il-Belġju

·               Diċembru – Kunsill AgriFish – Brussell, il-Belġju

 

Seduta  159

24/10/2023

IL-FGURA - TRIQ KOTTONER - TISWIJA

11347. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Kottoner, fil-Fgura, hix ser tiġi msewwija jew miġjuba lura għal waħda tajba?

 

11/09/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għandha xogħlijiet ippjanati fi Triq il-Kottoner, fil-Fgura, li mistennija jibdew aktar tard din is-sena. L-Aġenzija bdiet il-preparamenti tagħha billi saret il-koordinazzjoni mal-entitajiet ikkonċernati u saru wkoll laqgħat mal-Kunsill.

 

Seduta  159

24/10/2023

ISLA – ĦRUĠ TA’ ILMA FEJN IL-KAŻIN TAR-REGATTA

11346. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10683, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-problema tal-ilma li qed jiskula fil-parti tal-Ponta tal-Isla, fejn hemm il-Każin tar-Regatta, ġietx solvuta?

 

11/09/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninsab infurmata illi mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-problema mhix ġejja minn l-ebda infrastruttura tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-każ ġie riferut lill-Awtorità kkonċernata.

 

Seduta  159

24/10/2023

ĦAŻ-ŻABBAR/FGURA - TRIQ IL-KUNSILL TAL-EWROPA - XOGĦLIJIET

11345. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għal mistoqsijiet parlamentari preċedenti jista’ l-Ministru jgħid għala x-xogħlijiet fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, bejn Ħaż-Żabbar u l-Fgura, għadhom mhux lesti?

 

11/09/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet maġġuri fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, bejn Ħaż-Żabbar u l-Fgura, huma lesti. Jonqos biss li jitlestew xogħlijiet ta’ landscaping. Il-proġett mistenni jkun komplut fil-bidu ta’ Novembru.

 

Seduta  159

24/10/2023

26.10.23

FIN-NUQQASIJIET POLITIĊI

1. Id-dibattitu politiku li għaddejjin fih nifhmu iktar fejn m’għandniex inkunu. Dak li għandna għaddej u madwarna jfakkruna li hemm sistema aqwa li biha jistgħu jittieħdu d-deċiżjonijiet. Hemm politika tal-ġlied u tal-isfruttament. Hemm dik immexxija minn politiċi li moħħhom fil-gwadan tagħhom. Hemm dik li taqa’ għall-pressjonijiet ta’ forzi ekonomiċi li jkomplu jisfruttaw, mhux jibnu. Dak li għaddejna f’pajjiżna u sa ħafna għadna, juri biċ-ċar dak li m’għandux isir. Biex jitqassam il-ġid b’ġustizzja. Biex jitħarsu l-interessi tal-bnedmin fuq dawn il-gżejjer m’hemmx bżonn li wħud jiżbaljaw f’ħidmiethom. M’hemmx bżonn li tagħmel deċiżjonijiet li ma jagħmlux sens u wara tibqa’ ssostnihom.

Personali u politiku

2. Hemm f’dan il-bżonn ta’ politika li ġġib iktar għaqda għax qatt ma kellna l-pożizzjonijiet li qed naraw illum. Ċertament, iktar minn dan tista’ tiġi fis-seħħ politika li għandha metodi ġodda u kultura differenti li jħarsu t-tnejn lejn il-bniedem. Waħda li tħares iktar lejn l-ideat u kif wieħed jista’ joħroġ l-aħjar minnhom biex jitwettaq is-sewwa. Waħda li tħares lejn l-argumenti u mhux il-forom jew il-fattizzi esterni, jew agħar, għar-rabtiet personali tal-politiċi Għad għandna lil dawk li jaħsbu li huwa leġittimu li tmiss lill-bniedem direttament fil-familja tiegħu. Għad hemm min jaħseb li jista’ jkun effettiv politikament meta jipprova jweġġa’ lil ħaddieħor fil-punti li huma jaraw lill-oħrajn vulnerabbli fihom. Dak li seħħ din il-ġimgħa fl-Italja lil Georgia Meloni huwa proprju eżempju ta’ din il-linja reazzjonarja, imma nafu li mhuwiex l-uniku taħt il-kappa tax-xemx.

Dak li huwa ħażin

3. Mhux biss, imma x-xenarju fih iktar f’tiegħu. Għax huwa iktar ċar, f’dan kollu, li fl-aħħar tal-ġurnata l-fatti jgħoddu ferm iktar mid-diskors fl-arja. Il-politika għandha l-kliem u għandha l-fatti. Il-pajjiż jidhirlu li dawn għandhom jingħaqdu. Waħda tiġi mal-oħra, mhux il-kontra ta’ xulxin. Altru dak li tiddikjara u twiegħed, u fuq l-oħra dak li effettivament twettaq. Bilanċi u kunsiderazzjonijiet li jitolbu dejjem aktar minn dawk li jersqu ’l quddiem jiddikjaraw ħafna. Rajt, u ċert li intom rajtu aktar minni, politiċi varji li tkellmu, għajjru, żebilħu lil oħrajn, li taw lil ħafna x’jifhmu fuq dak li ser jagħmlu u waqgħu lura. Ċerti drabi, dawk li jgħajtu fuq dak li ser jagħmlu, jaqgħu lura. Ċerti drabi, dawk li jgħajtu l-iktar kontra l-korruzzjoni u l-illegalità ssib li ma jsarrfux lura l-arja tagħhom f’fatti konkreti. Nibqa’ xettiku u diffiċli biex nemmen lil dawk li jibdew jgħajtu ma’ kull kantuniera. Nibqa’, anzi, nittama li ser ikun hemm min verament indaddaf u jbiddel dak kollu li ġejna u li ninsabu fih illum.

Sentenzi


4. Pożizzjoni aktar attwali fir-rendikonti politiċi li joħorġu ’l bgħid mid-duħħan u l-paraventi li jitpinġew. Kif jista’ jifhem iktar il-pajjiż illum, l-għada ta’ sentenza mogħtija, issa mill-Qorti tal-Appell, li fiha ġie ikkonfermat mill-ġdid li dak li sar kien żbaljat għall-aħħar. Illum nittama li ser naraw l-aspett politiku u l-konsegwenzi tagħha. Imma hemm fiha aspett iktar fond. Dak li juri li l-affarijiet ma kinux qed isiru sewwa f’pajjiżna u anzi, kif qed naraw, hekk baqgħu. Il-Gvern jista’ jaħrab mill-problemi u l-effetti ta’ dan kollu bil-miżuri li ser iħabbar it-Tnejn li ġej, imma l-fatt jibqa’ li dan kollu ma kellu qatt iseħħ. Jista’ l-Gvern Laburista tallum jiddefendi ruħu billi jgħid li ma kellux responsabbiltà f’dak li sar minn ta’ qablu, imma l-fatt jibqa’ li dan seħħ taħt maġġoranza parlamentari li fiha l-Partit Laburista kellu, u għad għandu, maġġoranza. Hemm effetti, imma hemm iktar responsabbiltajiet politiċi li llum jew għada jridu jieħu l-proċess tagħhom. Dak li seħħ hemm ser jibqa’, quddiemna, u kif rajna, il-linja politika hija li ttawwal kemm tista’ dak li għada pitgħada trid taffronta.

X’ser ikollna

5. Fil-pimgħat li ġejjin ser ikollna iktar dibattiti u diskussjonijiet fuq suġġett li l-poplu jagħraf li huwa problema nazzjonali, imma li xeba’ jisma’ dwaru. Xeba’ għax tant ra li bired sija mill-politika t-tajba, kif ukoll mit-tama tiegħu li l-affarijiet ser jinbidlu. Ikun hemm bidla fil-linja politika nazzjonali billi dawk li żbaljaw iġorru r-responsabbiltajiet tagħhom. Pajjiżna huwa, iktar minn qatt qabel, imxennaq għall-politika nazzjonali tajba, ġejja minn liema partit ġejja. Iktar u iktar fid-dawl li qiegħed jara li s-sitwazzjoni titlob dan, però ma jarax li ser ikun hemm min jiftaħ kapitoli ġodda. Mhux importanti għand min imur il-mertu, imma iktar li dan iseħħ. Il-pajjiż qiegħed ifittex dawl ġdid u jippretendi miż-żewġ partiti li rrappreżentaw u interpretaw il-ħtiġijiet nazzjonali għal tant snin li jifhmu dan kollu.

Il-Ħadd u t-Tnejn

6. Fl-informazzjoni li ħareġ l-istħarriġ tal-Ħadd u fil-konoxxenza ta’ dak li ġie deċiż ilbieraħ hemm il-bieb miftuħ għall-ħidma politika futura tagħna. Waħda li titlob għażliet fl-għarfien li l-pajjiż qiegħed fin-neċessità li jibdel biex niġu lura għan-normal. Pajjiżna ngħid li għandu bżonn ħafna dożi ta’ normalità mhux superlattiv bla kap u bla kuda. Għandu bżonn iktar paċi u politika soċjali verament demokratika. Għandu bżonn iktar bnedmin li jaħdmu għall-proxxmu tagħhom biex verament nimxu ’l quddiem. Bħalissa nittama li nifhmu li niżlin ’l isfel. Dak li ġie iddikjarat ser jinxtered u jekk ma jkunx hemm reazzjoni effettiva għalih m’aħniex ser nitilgħu lura. Proprju f’dawn in-nuqqasijiet politiċi li qed inġarrbu għandna nifhmu aħjar dawk li huma dmirijietna.

ĦAL TARXIEN - JOANNA GARDENS - XOGĦLIJIET

11344. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10924, jista’ l-Ministru jgħid għaliex għadhom mhumiex lesti x-xogħlijiet f’Joanna Gardens f’Ħal Tarxien?

 

11/09/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li wara perjodu bix-xogħol wieqaf fil-ġnien, l-istess Kunsill fi żmien qasir irnexxielu jlesti diversi xogħlijiet kif ġej:

 

·               ix-xogħol infrastrutturali kollu;

·               installazzjoni ta’ dawl ġdid;

·               il-bandli ġew installati kollha ġodda;

·               qed titnaddaf il-ħamrija kollha;

·               ser jinżraw arbuxelli u siġar oħra minn Projects Green;

·               ser jiġu installati CCTVs minħabba sigurtà;

·               qed isir xogħol fuq il-gates kollha biex jissakkru aħjar;

·               il-ħaddiema tal-Komunità qed jaħdmu fuq l-irrinovar tal-bankijiet;

·               qed jiġi konkluż ix-xogħol fuq il-monument li sar minhabba li l-Kunsill talab li dan jerġa’ jsir ghaliex ma kienx sar skont is-sengħa u l-arti.

 

Finalment, infurmat ukoll mill-istess Kunsill Lokali li ser ikun qed iniedi l-ftuħ uffiċjali ta’ dan il-ġnien nhar is-Sibt 2 ta’ Diċembru 2023 permezz ta’ attività għall-komunità fi żmien il-Milied.

 

Seduta  158

23/10/2023

IL-KALKARA - TRIQ LI TAGĦTI MILL-BAJJA TAR-RINELLA GĦALL-FORTIZZA – XOGĦLIJIET

11309. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-triq li mill-Bajja tar-Rinella tagħti għall-Fortizza fil-Kalkara hiex ser tiġi rranġata billi tinsab abbandunata u qiegħda taqa’ biċċa biċċa?

 

05/09/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, it-triq indikata se tiġi rranġata.

 

Seduta  158

23/10/2023

IL-KALKARA - TRIQ LI TAGĦTI MILL-BAJJA TAR-RINELLA GĦALL-FORTIZZA – XOGĦLIJIET

11308. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-triq li mill-Bajja tar-Rinella tagħti għall-Fortizza fil-Kalkara hiex ser tiġi rranġata billi tinsab abbandunata u qiegħda taqa’ biċċa biċċa?

 

05/09/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  158

23/10/2023

IL-KALKARA - TRIQ LI TAGĦTI MILL-BAJJA TAR-RINELLA GĦALL-FORTIZZA – XOGĦLIJIET

11307. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-triq li mill-Bajja tar-Rinella tagħti għall-Fortizza fil-Kalkara hiex ser tiġi rranġata billi tinsab abbandunata u qiegħda taqa’ biċċa biċċa?

 

05/09/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  158

23/10/2023

IL-KALKARA – SMOKING ROOM F’BIGHI - XOGĦLIJIET

11306. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7947, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li s-sejħa pubblika relattiva ser toħroġ għax-xogħol ta’ riparazzjoni fl-ismoking room f’Bighi?

 

05/09/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li s-sejħa għall-offerti (tender) issa għalqet u dalwaqt jiġi fi tmiemu l-proċess ta’ evalwazzjoni li jwassal għall-award tal-kuntratt tax-xogħol.

 

Infurmat ukoll li jekk ma jkunx hemm appelli mid-deċiżjoni, ix-xogħlijiet mistennija jibdew lejn l-aħħar ta’ din is-sena.

 

Seduta  158

23/10/2023

IL-KALKARA - BIGHI - XOGĦLIJIET

11305. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7948, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li x-xogħol ta’ riparazzjoni f’Bighi fil-Kalkara jinbeda?

 

05/09/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru l-aħħar arrangamenti minn entitajiet varji sabiex ikun jista jibda x-xogħol fuq il-pedament ta’ taħt il-ħajt li ġġarraf.

 

Intant infurmat ukoll li matul din is-sena tkompla x-xogħol ta’ manutenzjoni u waterproofing fuq il-binjiet.

 

Seduta  158

23/10/2023

ŻMINIJIETNA HUMA IKKUMPLIKATI

1. Dak li għaddejjin minnu ma huwa xejn faċli. B’żewġ kunflitti daqshekk qawwija viċin ħafna tagħna, is-sitwazzjoni sejra biex tkompli tikkumplika ruħha. Il-qtil tal-bnedmin ma ġiebx soluzzjonijiet imma iktar taħwid. Il-vjolenza trawwem iktar vjolenza, iktar u iktar f’żewġ xenarji fejn hemm storja ta’ nkwiet, intolleranza u kunflitti. Huwa ovvju li jekk qabel kien hemm min kien komdu li ma jsolvix u jħalli l-affarijiet għaddejjin mingħajr soluzzjoni, illum qiegħed jixtieq li għamel użu aħjar minn ħinu. Id-diskorsi tallum kienu jkunu aħjar kieku saru lbieraħ. Punt li jimmerita iktar attenzjoni f’soċjetà li flok marret lejn ideat ta’ għaqda, marret għal aktar firda. Flok ħadet ħsieb twieġeb għat-tbatija ta’ oħrajn, injorathom. Flok marret għat-toroq taċ-ċentru u l-moderazzjoni marret lejn l-estremiżmu tal-lemin.

Żmien ta’ bidla


2. F’dan hemm iktar sejħiet għall-bidla. Il-gwerer li għandna u li qed ikomplu jissudaw fl-istrateġiji varji li qed naraw għaddejjin qed inisslu tamiet differenti. Meta wieħed jara li pajjiżi li kienu fatturi ta’ stabilità fl-ordni mondjali li qed jaqbdu toroq oħra. Meta tara li flok iktar sforzi lejn medjazzjoni u soluzzjoni hemm min telaq ir-riedni. Meta tara li qisu hemm min qiegħed jiġi miġbud biex jgħin, direttament jew indirettament lejn iktar qtil u direzzjoni ’l hemm tkompli tikber sejħa differenti. Hija l-paċi li hija fl-ordni naturali tal-bniedem, u mhux il-ġlied. Minn dak li qegħdin issa naraw, anzi, hija don. L-istorja tad-dinja turi dan il-fatt kontinwament. Mill-gwerer, iċ-ċiviltà tmur lura. Il-bniedem imur lura, il-ħajja titlef mit-tajjeb li kapaċi tagħti. F’dan, il-bnedmin li fil-maġġor parti tagħhom mhumiex mogħmija minn din il-linja żbaljata qed jitolbu li nidħlu fi żmien ta’ bidla.

Żmien l-elezzjonijiet

3. F’dan huwa iktar ikkumplikat fl-għażliet li l-elettorati għandhom quddiemhom. Fid-diffikultà li wieħed jagħżel u jidentifika lil dawk li kapaċi jmexxu lejn il-bidla u dawk inqas. Hemm sejħa popolari għall-politiċi li kapaċi jieħdu fuq spallejhom ir-responsabbiltà li jaħsbu b’rashom u jmexxu lejn il-paċi u l-istabilità. Kapaċi jifhmu x’inhija l-ġustizzja li jridu jkunu l-vuċi tagħha. Politiċi b’esperjenza li kapaċi, f’dak li ġarrbu, joħorġu lilna lkoll mill-proċess distruttiv li ninsabu fih. Id-dinja mhux tavvanza qegħda bħalissa, imma tmur iktar lura. Qisna f’dawk il-mumenti fiċ-ċiviltajiet li Arnold J. Toynbee (1889-1975) kien kiteb tant tajjeb dwarhom meta qal li kollox jikkrolla meta flok tirbaħ il-forza tar-raġuni tirbaħ il-forza. F’dan iktar huwa mument ta’ riflessjoni quddiem l-appuntamenti li d-demokraziji varji qed iressqu għalina. Fl-għażliet li għaddejjin u li ġejjin.

Żmien ta’ indeċiżjoni

4. Minn dak li jidher, il-popli huma f’mumenti fejn mhumiex ċari biżżejjed fuq l-għażliet politiċi tagħhom. Fuq naħa alternattivi li mhumiex ikkunsidrati hekk minnhom, u forsi wkoll mhux wisq konvinċenti. Fuq l-oħra l-għarfien li m’hemmx bidliet veri li jistgħu jsiru minn dawk li qed jersqu ’l quddiem. F’demokraziji li huma iktar immejla lejn il-vuċijiet li joħorġu mill-ideat ekonomiċi u inqas f’dawk soċjali, dan verament huwa iktar viċin in-nuqqas ta’ stabilità. Dan huwa iktar evidenti mir-riżultati elettorali li kellna f’dawn l-aħħar xhur ta’ din is-sena f’numru ta’ pajjiżi li huma influwenti sew fil-ħajja tal-Unjoni Ewropea u mondjali. Riżultati li ma jagħtux vittorji daqshekk netti lil naħa jew oħra. Anzi li juru li, f’ħafna, il-votanti huma maqsuma bi kważi min-nofs f’forom varji ta’ staġnar elettorali.

Żmien iktar si preces veritate nitantur

5. Dan dejjem minn dak li jingħad u li jista’ jinqara minna. Dejjem jekk fl-analiżi tal-affarijiet qed inmissu mal-verità u mhux nibbażaw ruħna fuq dak li mhuwiex. Imma meta tara kif żviluppaw l-affarijiet fi Spanja, fil-Polonja u l-Lussemburgu forsi tista’ tieħu direzzjoni. Spanja ta’ żewġ partiti, wieħed Popolari mmexxi minn Alberto Nunez Feijo bi 33.1% u 137 siġġu, u l-ieħor Soċjalista ta’ Pedro Sanchez b’31.7% u 121 siġġu huma indikazzjoni ċara. Ħadd m’għandu maġġoranza ċara u għalhekk iktar u iktar fil-kumplikazzjonijiet li wieħed jasal fi koalizzjoni, dejjem jekk possibbli. Il-Polonja, fejn iż-żewġ protagonisti qasmu huma wkoll il-vot. Fuq naħa l-Partit tal-Ġustizzja u l-Liġi ta’ Jaroslaw Kaczynski li għandu 194 siġġu, imma li tilef numru sew ta’ voti, u fuq l-oħra l-koalizzjoni mmexxija minn Donald Tusk bil-Koalizzjoni Ċivika li tmexxi tlett partiti, li fihom tnejn żiedu l-voti u wieħed naqqas. L-istess fil-Lussemburgu, fejn il-partiti huma wkoll f’pożizzjonijiet xejn faċli, bil-Partit Demokristjan CSV (Chreschtlech Sozial Partei) tal-ħabib Luc Frieden u dak li kien qabel fil-Gvern, il-Partit Demokratiku mmexxi minn Xavier Bettel. Riżultati li jindikaw li l-popli huma maqsuma u li l-alternattivi politiċi mhumiex daqshekk identifikabbli għalihom.

Żmien ġenerali


6. F’dan huwa iktar ċar li ninsabu f’pożizzjoni iktar diffiċli, u f’ħafna, hija waħda ġenerali. In-nuqqas ta’ preparazzjoni politika għas-sitwazzjoni preżenti ta’ diversi mexxejja qegħda twassal għal dan. M’hemmx apprezzament veru tar-realtà u ta’ kif id-demokrazija għandha tkun tweġiba għaliha. Il-politika hija maqtugħa mill-bżonnijiet tal-popli li ma jridux jgħixu fl-instabilità imma fil-paċi. Dan jista’ jsir b’aktar ġustizzja u għarfien li hemm minjiera, fl-istorja umana, li tista’ tiġi utilizzata. Is-sitwazzjoni hija ikkumplikata proprju għax għal dak li hemm bżonn, il-poplu mhuwiex jara u jidentifika soluzzjoni. Anzi, vot li jintilef fit-toroq ta’ reazzjonijiet varji iktar milli proposti diretti ’l quddiem.

Żmien u opportunitajiet

7. Dan jgħodd iktar għalina li sejrin, f’dawn it-tlett snin li ġejjin, għal numru ta’ appuntamenti elettorali determinanti. Forsi nifhmu aktar li dak li ngħidu u dak li nipproponu jrid jitlaq minn linji soċjali aktar minn dawk ekonomiċi. Jitilqu aktar minn isfel għal fuq, milli bil-kontra. Irridu nersqu aktar lejn l-elettorat sħiħ li rridu nirrappreżentaw milli nibqgħu ’l bgħid fil-kastelli tagħna. Il-pajjiż għandu bżonn dan il-proċess għax dak li ġej ser iwassal għal iktar sofferenzi u iktar kumplikazzjonijiet. Ma nilludux ruħna li l-gwerer viċin tagħna, u fuq il-livelli li qed naraw, mhumiex ser ikollhom l-effetti negattivi tagħhom fuqna. Fil-paċi d-dinja tikber; fil-gwerra titkisser. Hemm l-opportunità li tinfetaħ paġna ġdida fl-istorja Ewropea u tagħna jekk nifhmu dan kollu u naġixxu bħala poplu u pajjiż sħiħ. Jekk din tgħaddi, mal-kumplikazzjonijiet li qed ngħixu ser jiżdiedu ferm iktar oħrajn, u ta’ portata akbar.

20.10.23

MIMLIJA B'GĦERF U GĦAQAL

1. Ftit ilu ħadt pjaċir naqra fuq dak li diversi Presidenti tal-Istati Uniti għamlu tul il-kampanji elettorali tagħhom u waqt li kienu qed iservu. Ħassejt konsolazzjoni u ispirazzjoni fil-fatt li stqarrew, fl-awtobijografiji tagħhom, li ħdejhom kienu jżommu ktieb reliġjuż. Jaqrawhom mhux biss biex isibu gwida fil-mumenti iebsa, aktar ukoll għall-konsolazzjoni, imma l-iktar għal direzzjoni. Jagħrfu dak li bnedmin oħra għaddew minnu f’din id-dinja u kif jistgħu jieħdu eżempju minnhom. Demokratiċi u Repubblikani varji jgħidu dan kollu mingħajr biża’, anzi fil-bżonn li jgħaddu lill-oħrajn sija fil-politika kif ukoll barra kemm dan kollu huwa eżerċizzju tajjeb.

Għala wieħed jikteb

2. Diversi drabi nistaqsi lili nnfisi għala nibqa’ nikteb, u f’dan ukoll nistaqsi għala oħrajn jibqgħu jew jieqfu jiktbu. Insib ideat u forma ta’ boxxla meta niftakar f’dak li George Orwell (1903-1950) kiteb dwar dan. Huwa jelenka erba’ raġunijiet. L-ewwel: l-egoiżmu pur, viċin in-narċissiżmu, fit-tama li tidher iktar bravu, jew li tiġi mfakkar wara li titlaq minn din il-ħajja, jew li tipprova xi punt. It-tieni: l-entużjażmu li jitwieled mill-pjaċir sempliċi li tirreġistra l-pjaċir tal-ħajja u li tikteb dwarha. It-tielet: l-impuls storiku fis-sejħa li tfittex ir-realtà u ssib il-fatti veri u tiktibhom biex jinsabu fil-futur f’dawk li jfittxu huma wkoll. Ir-raba’: għal skopijiet politiċi fl-akbar u fl-iktar firxa wiesgħa tal-kelma. Fejn tittama li b’dak li tkun qiegħed tikteb timbotta jew tgħin biex id-dinja timxi ’l quddiem għal ħajja aħjar għall-bnedmin. Huwa jgħid hekk: “Once again, no book is genuinely free from political bias.” (Għal darb’oħra, ebda ktieb m’huwa ġenwinament liberu minn xi linja politika.)

Fil-festa

3. Jgħaddu ħafna ġranet minn fuqna u hemm is-sabiħ u l-ikrah tagħhom. F’dan hemm ukoll dak li tqum issib il-jum dedikat għall-memorja ta’ qaddis jew ieħor. Bnedmin li tul ħajjithom taw lura lill-proxxmu ferm u ferm iktar. Persuni li f’mument minnhom, fl-eżistenza tagħhom fehmu li jistgħu jkunu aħjar u jistgħu jagħmlu dan billi jwettqu t-tajjeb. Sabu dak li nsejħu ‘vokazzjoni’. Sabu, fil-fatt, li jistgħu jitilqu ħafna affarijiet oħra warajhom u jimbarkaw fuq ħajja li hija mimlija b’aktar sens u sustanza. Ittrasformaw lilhom infushom biex saru strumenti aqwa, li fihom fehmu aktar l-abbiltajiet tagħhom u r-realtà vera li għexu fiha. Il-verità għandha diversi toroq li nistgħu nippruvaw naqbdu għaliha, imma dawn il-persuni varji li jispikkaw maż-żmien għandhom is-soluzzjonijiet tagħhom. Fost dawn insibni, diversi drabi, immiss ma’ Santa Tereża ta’ Avila. Bniedma li għandha ħafna x’tagħti lilna lkoll.

Issib il-ġdid

4. Fil-15 t’Ottubru niċċelebraw il-festa reliġjuża tagħha. Imma fil-verità, dak li wettqet u dak li kitbet jibqa’ miegħek għas-sena kollha. Mhux biss f’dak li ħareġ minn idejha, imma wkoll fid-diversi kotba li sena wara sena jinkitbu biex janalizzaw u jippruvaw jifhmu aktar dak li kitbet. Ħafna drabi, tul il-kampanji elettorali nassigura kitba tajba dwarha biex insib gwida, u fl-istess ħin konfort fil-mumenti xejn faċli fejn il-bniedem irid jikkumbatti ħafna. Jikkumbatti lilu nnifsu, imma daqshekk ieħor barra minnu. Kif jimxi, kif jitkellem u kif jikteb jingħataw importanza mill-oħrajn. F’dan, il-kittieba Tereża tgħin ħafna sabiex tkun ferm iktar attent milli tista’. Biss dan huwa aktar possibbli għax taqra x’taqra dwarha ssib dejjem il-ġdid u l-ġid.

Ħafna ma jifhmux

5. Kienet il-bniedma li ddeċidiet li tirriforma l-Karmelu. Tressqu lura għall-oriġini tiegħu u ġġibu iktar rilevanti. Marret kontra l-kurrenti kbar li s-soċjetà li kienet tgħix fiha kellha. Ma qagħditx lura, imma fl-età tal-maturità mhux biss ħasset li għandha missjoni li biha twettaq iktar ġid fid-dinja, imma li mbarkat aktar fiha. Dan huwa wkoll wieħed mit-temi li sibt fi ktieb li bdejt naqra li ġibidli l-attenzjoni: Teresa of Avila and the Politics of Sanctity tal-Amerikana Gillian T.W. Ahlgren (1964). Fost id-diversi sibt kapitolu fejn l-awtriċi tiddiskuti u tfittex għala Tereża ta’ Avila kienet tikteb, bit-titolu The right to Write: Authority and Rhetorical Strategy in Teresa’s Works. Fl-isfond tas-soċjetà maħkuma wkoll minn ħidmet l-Inkwiżizzjoni, din il-mara ddeċidiet li għandha tikteb għall-oħrajn.

Tistaqsi

6. Fuq dan, il-Professoressa Ahlgren tistaqsi: “How was a woman, deprived of a university education and any institutional title beyond prioress – a title she avoided as much as possible – to work round the limitations imposed upon her by the institutional church?” (Kif, mara bħalha, imċaħħda minn edukazzjoni universitarja u xi titolu istituzzjonali salv dak ta’ Madre Superjura – titlu li kienet taħrab kemm setgħet – li ddur madwar il-limitazzjonijiet imposti fuqha mill-knisja ta’ dak iż-żminijiet?). Imma f’dan kellha mira ċara ‘politika’ fl-iktar firxa wiesgħa tagħha: li twassal mhux biss messaġġ, imma wkoll manwali biex minnhom u bihom wieħed jimxi ’l quddiem. Wieħed jiskopri aktar aħjar is-sabiħ tal-ħajja u l-importanza tal-verità. L-għodda essenzjali sabiex wieħed ikun aktar rilevanti u determinanti f’dak li jwettaq għalih innifsu u għall-oħrajn.

Xorti

7. F’dawn il-jiem li fihom l-istatwa mill-isbaħ ta’ Tereża tibqa’ esposta fil-Kunvent tal-Patrijiet Karmelitani Skalzi wieħed jifhem aktar ix-xorti li għandhom dawk li jagħmlu ħajjithom fil-gwida tagħha. Kull ktieb u kull sentenza tagħha għandhom rilevanza għalina llum. Kull kelma kienet magħżula b’attenzjoni naturali. Ħierġa mill-qalb u l-moħħ, u mmirata bil-preċiż fejn ħasset li riedet tasal bihom. Għal min għadu ma messx magħha f’dan u jrid jiskopri aktar f’ħajtu tajjeb li ma joqgħodx lura minnha. Anki jekk ma tarakx wisq prattikanti, għandha wisq pariri tajba li huwa sewwa li wieħed jieħu.

Kienet fl-ordnijiet reliġjużi imma ma kinetx maqtugħa mill-ħajja. Ir-reliġjon ma kinetx loppju jew aljenazzjoni imma għarfien ferm aqwa tal-ħajja. Għal dawk li bħali qrawha u jibqgħu, għandhom jagħrfu li hija mimlija b’għerf u għaqal.

MA HEMMX TRIQ LURA

1. Dak li seħħ is-Sibt 7 ta’ Ottubru 2023 f’Iżrael ma jistax, b’xi mod, jintesa. Huma wisq koroh, atroċi u diżumani l-azzjonijiet li seħħew minn din l-organizzazzjoni li ssejjaħ lilha nfisha ‘Hamas’. Taħt ebda kappa ta’ ebda xemx, titla’ meta titla’ u tinżel meta tinżel, ma jista’ qatt jiġi ġustifikat tali aġir. M’hemmx kawża politika, soċjali, ekonomika jew kulturali li tista’, b’xi mod, tagħti xi ħajt ta’ kenn għal dak li dawn il-membri wettqu. Daħlu f’diversi djar u qatlu bnedmin innoċenti kiesaħ u biered. Daħlu u qatlu tfal. F’post minnhom, f’wieħed mill-kibbutz bl-isem ta’ Kfar Aza nstabu mitejn u erbgħa u tletin persuna maqtula, li minnhom erbgħin kienu tfal żgħar tat-twelid li wħud minnhom, terġa’, instabu b’rashom maqtugħa barra. F’post miftuħ fejn kien qiegħed jiġi organizzat festin għaż-żgħażagħ inqatlu mitejn u sittin persuna kiesaħ u biered. Ilkoll ta’ xejn. M’għamlux xi atti ta’ aggressjoni. Kienu għaddejjin bil-ħajja normali tagħhom u nqatlu. Innoċenza pura li sabet ruħha maħkuma u mikula minn annimali feroċi libsin ta’ bnedmin.

Massakru tal-Innoċenti


2. F’dan diversi ftakru meta, elfejn sena ilu, Erodi kien bagħat lis-suldati tiegħu joqtlu tfal li kienu għadhom kemm twieldu. Qtil ta’ ulied innoċenti, massakrati ta’ xejn u għal xejn, ma jmurx jitlef ir-renju jew ix-xettru, li fil-fatt tilef. Hekk seħħ mill-ġdid b’aktar u aktar vjolenza u fit-triq li l-banalità assoluta tal-ħażen tieħdok fiha. Min qatel ħaqqu kundanna mill-iktar gravi li jiġi proċessat u sentenzjat. Aġir li waqt li tarah u tifhmu tara li m’hemmx kliem biex tiddeskrivih tant kemm huwa żbaljat. Aġir li kif kiteb tant tajjeb David Grossman (1954), il-kittieb famuż Iżraeljan fil-gazzetta Taljana La Repubblica tal-Ħamis: “Non so se chiamarli ‘belve’, ma di certo non hanno sembianze umane.” (Ma nafx jekk insejħilhomx bhejjem, imma ċertament m’għandhomx mill-bnedmin.) Bnedmin fuq barra bla forma ta’ kuxjenza u wisq inqas kapaċi jagħrfu dak li huwa sewwa minn dak li mhuwiex. Wisq u wisq inqas dak li m’għandu qatt u qatt isir.

Ebda raġuni

3. Ma kien hemm verament ebda raġuni li tista’ tiġġustifika dan l-aġir. Minnu hemm biss effetti negattivi. Fuq naħa l-kawża Palestinjana ħadet daqqa ta’ ħarta kbira. Kif iddeskriva tant tajjeb editorjal, fost oħrajn f’ġurnali oħra, miktub tajjeb ħafna fil-Malta Today bit-titlu “A Disservice to the Palestinian Cause”. Ma ġġibx soluzzjonijiet politiċi billi twettaq aġir simili. Kif kompla dak l-editorjal bilanċjat u attent, fost oħrajn: “Hamas operatives may describe themselves as freedom fighters but their actions on Saturday exposed them for the terrorists they are. What we witnessed on Saturday was the outcome of Hamas’s warped ideology that Israel should be wiped out. It also confirms the militant group’s lack of willingness to ever seek a negotiated political solution to the decades-old conflict.” Hekk huwa, ċertament. Organizzazzjoni terrorista li ma magħha ma tistax, b’xi mod, tasal. Waħda li magħha rridu nkunu attenti li ma nħalltux poplu sħiħ. Altru l-poplu Palestinjan, u altru l-Hamas. Hemm oħrajn, il-Fatah, li għandhom ikunu l-interlokuturi tagħhom.

Żieda

4. Dan l-aġir mhuwiex ser iġib, bih innifsu, xi forma ta’ soluzzjoni. Ma tneħħix gvern dejjem sejjer lejn il-lemin estrem immexxi minn Benjamin Netanyahu, li għandu r-responsabbiltajiet politiċi u militari tiegħu, b’dan il-mod. Minflok ser tassigura li żżid fil-mibgħeda li diġà teżisti. Ser minflok tiġġustifika li min kellu fl-aġenda l-ħsieb li jrid jattakka u jeqred kull forma ta’ soluzzjoni futura. L-intensità tal-odju hija issa kbira wisq u jridu jgħaddu snin verament twal sabiex, b’xi mod, jaslu lura biex il-partijiet jiġu madwar mejda. Bħalissa l-qerda ta’ xulxin qed tiġi prospettata. Għax kif diġà qed naraw, b’dak li seħħ, żbaljatament qed jiġu iġġustifikati attakki mill-iktar qawwija u kiefra fuq Gaza. Fejn fl-aħħar tal-ġranet li għaddew iktar persuni innoċenti, din id-darba Palestinjani, qegħdin u ser ikomplu jinqatlu. Id-dinja ser tkompli tara massakri oħra mressqa ’l quddiem minn aġenda politika li ilha s-snin fi triq żbaljata. Massakri ma jiġux iġġustifikati b’aktar massakri. Iktar u iktar meta Iżrael, fit-triq li qabdet u fir-rabja li issa laħqet l-ogħla livelli, sejra lejn iktar u iktar estremiżmi. Kif josserva tajjeb Grossman: “Israele dopo la guerra sarà molto più di destra, militante e anche razzista. La guerra che le è stata imposta imprime nella sua coscienza gli stereotipi e i pregiudizi più estremi e odiosi che definiscono la fisionomia dell’identità israeliana.” Din hija l-biża’ tagħna llum f’dan il-proċess li jidher għalina irriversibbli.

Responsabbiltà

5. Iktar u iktar illum fid-dawl tal-fatt li Benjamin Netanyahu għandu r-responsabbiltajiet tiegħu fuq żewġ livelli. L-ewwel: fuq dak militari, ta’ sigurtà. Il-pajjiż kien qiegħed jingħadlu li minkejja dak li kien qiegħed jiġri fix-xenarju intern fl-attakk lill-istituzzjonijiet demokratiċi, xorta kellhom ikollhom moħħhom mistrieħ għax il-Gvern kien jgħid lill-poplu li ħadd m’huwa iktar b’saħħtu jew sofistikat jew espert militari minnhom. Minkejja dan il-kliem fl-arja il-forzi tas-sigurtà fallew għax xorta kien hemm dan l-attakk. Infiltraw u ħadu b’sorpriża lil dawk li kienu daqshekk ippreparati u għal dan ħallsu l-prezz l-innoċenti. Hemm min, għada pitgħada jrid iwieġeb għal dan in-nuqqas. Il-pajjiż qiegħed jingħaqad u qiegħed jirreżisti għax hekk hija n-neċessità nazzjonali, imma jħossu tradut. Tradut għax it-terroriżmu daħal fil-qalba tal-poplu Lhudi.

Mhux biss

6. Responsabbli fuq livell politiku. Dan fid-dawl tat-tmexxija korrotta li ġibdet iktar ’l isfel lil pajjiż daqshekk liberu u moderat. Biex jaħrab il-kundanni tat-tribunali qed tiġi sagrifikata sistema sħiħa. Tnaqqret id-demokrazija, u magħha l-istituzzjonijiet ġudizzjarji, l-eżerċitu u s-sistema edukattiva. Flok pajjiż paċifiku, pluralista, li jirrispetta l-fidi reliġjuża ta’ kull persuna, fil-libertà demokratika sar wieħed il-kontra u mhux wisq tolleranti, jiġbed lejn l-estremiżmu tal-lemin. Flok fittex soluzzjonijiet li seta’ jsib mal-Fatah u l-Palestinjani, li huma bnedmin ukoll, fittex biex jingħalqu l-bibien tad-djalogu.

Inqabdet direzzjoni

7. Issa m’hemmx mod ta’ kif tieħu lura l-affarijiet. It-triq inqabdet, u fejn ser tispiċċa ma nafux. Iktar u iktar meta, kif nafu u rajna f’dawn il-mumenti, ir-raġuni tibda titlef mill-forza tagħha u l-forza ssir ir-raġuni. Iktar u iktar f’dak li ser naraw, fejn iż-żerriegħa tal-mibgħeda ser tikber. Il-partita, ċertament, m’għalqitx hawn. Fuq naħa għandek miljuni miġbura f’Gaza li mhumiex ilkoll Hamas jew membri terroristiċi. Fuq l-oħra, il-pajjiżi l-oħrajn tal-madwar li jistgħu jidħlu fil-ġlieda in parti jew fis-sħiħ. Jinfetħu xenarji ta’ kunflitt lijkun aktar u iktar devastanti għar-reġjun u għalina lkoll.

Dmirna

8. Il-vjolenza ma tiqafx waħedha. Jekk ma titrażżanx tikber u tkattar aktar id-distruzzjoni, li ma tmurx fuq naħa waħda biss. Hemm min jaħseb li jkun b’saħħtu li jsir dgħajjef, u hemm il-kontra. Xejn m’huwa ċert u skuntat mill-bidu. F’dan però aħna nistgħu, almenu fuq livell parlamentari, niddiskutu dak li seħħ u fejn sejrin. Nikkundannaw fiż-żgur l-atroċitajiet li seħħew u nuru solidarjetà mal-vittmi u l-ostaġġi, mingħajr illużjonijiet jew diskors mimli xemgħa, imma anzi fir-realiżmu tal-preżent. Dan għax għandna nagħrfu lkoll li hemm biss ċertezza waħda: dik li turi li ma hemmx triq lura.

MARSAXLOKK – QTUGĦ FIL-PROVVISTA TAD-DAWL

11146. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża:

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’Marsaxlokk jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

 

27/07/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.

 

Seduta  154

11/10/2023

IL-BELT VALLETTA – TRIQ SAN ĠWANN – TISWIJIET TAĊ-ĊANGATURA

11145. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 7954 u 9172, jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq San Ġwann fil-Belt, fil-parti bejn Triq ir-Repubblika u Strada Stretta hiex se tiġi rranġata malajr kemm jista’ jkun?

 

27/07/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11141.

 

Seduta  154

11/10/2023

ĦAL GĦAXAQ – QTUGĦ FIL-PROVVISTA TAD-DAWL

11144. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’Ħal Għaxaq jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

 

27/07/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.

 

Seduta  154

11/10/2023

IL-FGURA – QTUGĦ FIL-PROVVISTA TAD-DAWL

11143. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl fil-Fgura jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

 

27/07/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.

 

Seduta  154

11/10/2023

ĦAL TARXIEN – QTUGĦ FIL-PROVVISTA TAD-DAWL

11142. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’Ħal Tarxien jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

 

27/07/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.

 

Seduta  154

11/10/2023

IL-BELT VALLETTA – TRIQ SAN ĠWANN – TISWIJIET TAĊ-ĊANGATURA

11141. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 7954 u 9172, jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq San Ġwann fil-Belt, fil-parti bejn Triq ir-Repubblika u Strada Stretta hiex se tiġi rranġata malajr kemm jista’ jkun?

 

27/07/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt il-każ lill-entitajiet kkonċernati biex issir evalwazzjoni ta' x'hemm bżonn isir u jiġi ppreparat intervent neċessarju.

 

Seduta  154

11/10/2023

19.10.23

SPTAR MOUNT CARMEL – IMPJEGATI

11304. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2022 u sa Ġunju 2023?

 

05/09/2023

 

ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2022 kien hemm 746 u  fl-aħħar ta’ Ġunju 2023 kien hemm 735 persuni jaħdmu fl-Isptar Mount Carmel.

 

Seduta  157

18/10/2023

SPTAR MOUNT CARMEL – PERSUNI AMMESSI U RIKOVERATI

11303. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew ammessi persuni fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2022 u sa Ġunju 2023? Jista’ għid ukoll kemm kien hemm persuni rikoverati sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?

 

05/09/2023

 

ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illipersuni ammessi fl-Isptar Mount Carmelfiż-żmien mitlub minnu kienu 3,714. Waqt li persuni rikoverati fl-aħħar ta’ Ġunju 2023 kienu 260.

 

Seduta  157

18/10/2023

UNIVERSITÀ – SALA SIR TEMI ZAMMIT – SISTEMA TAL-ARJA KKUNDIZZJONATA

11302. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid, issa li ser tibda sena akkademika oħra, meta ser issir mill-ġdid is-sistema tal-arja kkundizzjonata ġewwa s-sala Sir Temi Zammit fl-Università?

 

05/09/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan hu parti mill-proġett ta’ refurbishment li jsir mill-Universita ta’ Malta nnifisha.

 

Seduta  157

18/10/2023

ĦAL GĦAXAQ - SKOLA PRIMARJA - XOGĦLIJIET

11301. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq u meta mistenni li dawn ikunu lesti?

 

05/09/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija sar ix-xogħol neċessarju kemm ta’ tisbiħ u kif ukoll ta’ estensjoni biex bħala skola apparti li tkun iżjed akkoljenti kemm għal edukaturi u kif ukoll għat-tfal, tkun tista’ tilqa’ wkoll iżjed tfal. L-iskola laqgħat l-istudenti tagħha b’mod normali.

 

Seduta  157

18/10/2023

AWTORITÀ TAD-DJAR - TWAĦĦIL TA’ LIFTS F’APPARTAMENTI F’RAĦAL ĠDID, ĦAL TARXIEN, SANTA LUĊIJA, IL-GUDJA U L-FGURA

11300. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaħħlu lifts f’appartamenti mill-Awtorità tad-Djar f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura matul is-sena 2022 u sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?

 

05/09/2023

 

ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar installat 5 lifts ġodda fi blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-lokalitajiet imsemmija fil-perjodu indikat.

 

Seduta  157

18/10/2023

AWTORITÀ TAD-DJAR - TWAĦĦIL TA’ LIFTS F’APPARTAMENTI F’WIED IL-GĦAJN, IŻ-ŻEJTUN, MARSAXLOKK U ĦAL GĦAXAQ

11299. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaħħlu lifts f’appartamenti mill-Awtorità tad-Djar f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun, Marsaxlokk u Ħal Għaxaq, matul is-sena 2022 u sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?

 

05/09/2023

 

ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar installat 3 lifts ġodda fi blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-lokalitajiet imsemmija fil-perjodu indikat.

 

Seduta  157

18/10/2023

ORDNIJIET TA’ REKWIŻIZZJONI PENDENTI – RAĦAL ĠDID, ĦAL TARXIEN, SANTA LUĊIJA, GUDJA U FGURA

11298. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ordnijiet ta’ rekwiżizzjoni pendenti f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura sal-aħħar tas-sena 2022?

 

05/09/2023

 

ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Diċembru 2022 l-Awtorità tad-Djar kellha 14-ilOrdni ta’ Rekwiżizzjoni li kienu għandhom fis-seħħ fil-lokalijiet imsemmija.

 

Seduta  156

17/10/2023

ORDNIJIET TA’ REKWIŻIZZJONI PENDENTI – WIED IL-GĦAJN, ŻEJTUN, MARSAXLOKK U ĦAL GĦAXAQ

11297. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ordnijiet ta’ rekwiżizzjoni pendenti f’Wied il-Għajn, fiż-Żejtun, f’Marsaxlokk u Ħal Għaxaq sal-aħħar tas-sena 2022?

 

05/09/2023

 

ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Diċembru 2022 l-Awtoritàtad-Djar kellha 6 Ordnijiet ta’ Rekwiżizzjoni li kienu għadhom fis-seħħ fil-lokalijiet imsemmija.

 

Seduta  156

17/10/2023

ORDNIJIET TA’ REKWIŻIZZJONI PENDENTI

11296. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ordnijiet ta’ rekwiżizzjoni pendenti sal-aħħar tas-sena 2022?

 

05/09/2023

 

ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar tas-sena 2022 l-Awtorità tad-Djar kellha 147 Ordni ta’ Rekwiżizzjoni li kienu għadhom fis-seħħ.

 

Seduta  156

17/10/2023

IL-GUDJA - ĠNIEN ĠILORMU CASSAR – XOGĦLIJIET

11295. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Tista’ l-Ministru tgħid x’inizjattivi ser jittieħdu sabiex Ġnien Ġilormu Cassar, fil-Gudja jiġi mogħti dehra aħjar?

 

05/09/2023


ONOR. MIRIAM DALLI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  156

17/10/2023

KUMMISSJONI PERMANENTI KONTRA L-KORRUZZJONI – KAŻIJIET PENDENTI

11294. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni sal-aħħar tas-sena 2022?

 

05/09/2023

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

 

Seduta  156

17/10/2023

VETTURI SKRAPPJATI

11293. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew skrappjati sal-aħħar tas-snin 2021 u 2022?

 

05/09/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2021 ġew skrappjati 10,437 vettuta, filwaqt li fis-sena 2022 ġew skrappjati 9,825 vettura.

 

Seduta  156

17/10/2023

PERSUNI REĠISTRATI BĦALA NEET

11292. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training) sal-aħħar tas-sena 2022?

 

05/09/2023

 

ONOR. CLYDE CARUANA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li huma meqjusa bħala NEET matul is-sena 2022 kien ta’ 3,471.

 

Il-miżuri li wettaq dan il-Gvern juru biċ-ċar li ħallew riżultat tajjeb hekk kif bi programmi bħal Youth Guarantee għenu biex in-numru ta’ NEET naqas b’mod konsiderevoli meta mqabbel mal-2012 fejn kien hemm 5,926 żagħżugħ li mhumiex f’edukazzjoni jew impjieg.

 

Din l-istima tirreferi għal dawk il-persuni NEET li għandhom bejn il-15 u l-24 sena u tiġi maħduma mil-Labour Force Survey.

 

Seduta  155

16/10/2023

PERSUNI REĠISTRATI BĦALA NEET

11291. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training) sal-aħħar tas-sena 2022?

 

05/09/2023

 

ONOR. ROBERT ABELA:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  155

16/10/2023

IŻ-ŻEJTUN - KAPPELLA TA’ SAN KLEMENT - XOGĦLIJIET TA’ RESTAWR

11290. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qegħdin isiru xi xogħlijiet ta’ restawr fil-Kappella ta’ San Klement fiż-Żejtun, u meta huma mistennija li jkunu lesti?

 

05/09/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li bħalissa għaddej xogħol ta’ restawr tal-Kappella ta’ San Klement fiż-Żejtun, liema xogħol jikkonsisti mir-restawr tal-faċċati esterni u l-bejt.

 

Infurmat ukoll li dan il-proġett ġie magħżul taħt l-Iskema tar-Restawr tal-Kunsilli Lokali u qed isir kompletament minn ħaddiema tad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.

 

Finalment, infurmat li hu previst li ix-xogħol jintemm sal-aħħar ta’ Jannar 2024.

 

Seduta  155

16/10/2023

IŻ-ŻEJTUN – QTUGĦ FIL-PROVVISTA TAD-DAWL

11149. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl fiż-Żejtun jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

 

27/07/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.

 

Seduta  155

16/10/2023

BELT VALLETTA – TRIQ IN-NOFSINNHAR - TISWIJIET FIĊ-ĊANGATURA

11148. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9917 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li Triq in-Nofsinhar fil-Belt, minn Triq ir-Repubblika sa Triq Merkanti, tiġi rranġata billi ċċangatura qed tinqala’?

 

27/07/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li kwalsiasi lment fir-rigward tat-triq imsemmija jiġi riferut mill-Kunsill Lokali lill-entitajiet kkonċernati.

 

Seduta  155

16/10/2023

WIED IL-GĦAJN – QTUGĦ FIL-PROVVISTA TAD-DAWL

11147. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’Wied il-Għajn jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

 

27/07/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.

 

Seduta  155

16/10/2023

11.10.23

KWISTJONI TA' ĦAJJA AĦJAR

1. Għadni kif lestejt ktieb mimli b’sens u sustanza. Suġġerit minn ħabib li jaf aktar minni, xtrajt u qrajt To Fight Against This Age: On Fascism and Humanism ta’ Rob Riemen. Wieħed li jmiss fil-fond dak li l-Ewropa u ċ-Ċiviltà sħiħa tagħna għaddejja minnu. Fil-bżonn li wieħed jissoda iktar id-demokrazija kontra l-Faxxiżmu u l-forom varji tiegħu taħt it-titoli ġenerali tal-populiżmu. Fil-bżonn li wieħed jagħżel li jibbaża l-linja ta’ soċjetà fuq iktar kultura, iktar verità u iktar ġustizzja. Li tħares li tipproteġi d-demokrazija minn formazzjoni aqwa milli għandna llum. F’Unjoni Ewropea li trid tifhem li laħqet vantaġġi ekonomiċi u organizzattivi qawwija, imma dan seħħ proprju għax għandha valuri uniċi li mhix tagħtihom l-importanza li ħaqqhom.

Maqsum

2. Il-ktieb huwa maqsum f’żewġ partijiet. L-ewwel kitba ddur mas-suġġett ‘The Eternal Return of Fascism’; it-tieni ma’ ‘The Return of Europa’. It-tnejn ma niddejjaq xejn naqrahom mill-ġdid għax f’kull sentenza huma mimlija b’punti ta’ riflessjoni, aktar u aktar fil-mument u ż-żmien li qegħdin ngħixu fihom illum. Mhux ser nipprova nressaq dak li ngħad, għax naħseb li jitlob iktar riflessjoni. Però, ser nindirizza punt partikolari: dak li huwa marbut mal-bżonn li nipproteġu d-demokrazija u l-valuri Ewropej, li jagħmlu minna soċjetà differenti. Bażi u pedamenti li jmorru lura fiż-żmien. Li jiġbru ħafna f’daqqa. Għandna d-demokrazija li għandna proprju għax għandna valuri uniċi li fil-fatt huma riżultat tal-prinċipji etiċi nsara.

Kif nistgħu nħarsu aħjar

3. Biex timxi ’l quddiem l-Unjoni Ewropea m’għandhiex, f’dan id-dawl, tiċħad lilha nfisha. Jekk tħares biss li tibni għall-futur fuq il-bażi unika ta’ dak li jaqbel ekonomikament għal kull stat membru tkun qed tinsa dak li huwa verament parti essenzjali minnha. Il-kontinent Ewropew għandu fatturi ta’ ċiviltà li huma, ilkoll f’daqqa, komuni. Meta tmur ftit lura fl-istorja ssib li l-lingwa franka ta’ dak iż-żmien, il-Latin, għen sabiex jibni ideat li setgħu faċilment jintgħarfu, u fl-istess ħin, ikunu żviluppati f’kull rokna. Tmur fejn tmur issib li fid-diversi kapitali u ċentri kulturali, fiż-żmien ilkoll ikkontribwew biex bnew dak li nistgħu nidentifikaw għalina fil-valuri li ċ-ċiviltà Ewropea għadditilna.

Il-Klassiċi

4. Fiż-żmien li fih qed ngħixu, fejn id-demokrazija hija taħt theddida, wieħed irid jieqaf u jirrifletti. Iħares lejn x’inhuwa l-aħjar biex stat ikollu fih sistema demokratika li taħdem u li jkollu politiċi li jirrispettawha. Nistgħu nintilfu f’iktar liġijiet li, kif sejrin, ser isiru huma xkiel għad-demokrazija iktar vera u libera. Nistgħu, anzi, kif qed nara, niffissaw fil-ħsieb li għandek tneħħi l-poteri tal-Istat minn idejn il-parlamentari u tgħaddihom lil ħaddieħor. Tista’ timxi f’dik id-direzzjoni, imma fil-fatt tkun qiegħed biss tneħħi r-responsabbiltà li wieħed għandu jkollu bħala konfort tiegħu. Jekk politiku ħa deċiżjoni żbaljata, volontarjament jew involontarjament, se jkun qiegħed hemm biex iwieġeb, u fl-istess ħin irid juri, fit-trasparenza, kif wasal għaliha. Meta tneħħi l-poter demokratiku minn idejn il-politiċi, dan qed ikun qed jgħaddi f’idejn li mhumiex fil-pubbliku li jaslu jissudaw ħbiberiji li m’hemmx kontrolli fuqhom, salv simpatiji u antipatiji.

Italo Calvino

5. F’dan ix-xahar, li fil-ħmistax tiegħu ser infakkru l-mitt sena minn meta twieled dan l-awtur Taljan li diversi, bħali, qraw jew studjaw, għandna mmorru lura għal kitbietu. Kitba li ma tantx hija magħrufa, imma li fil-fatt hija għodda sabiħa, speċjalment għal min irid jiftaħ il-fruntieri tal-għerf u l-qari. Il-ktieb Perché Leggere i Classici jaqbad ħamsa u tletin ktieb u awturi varji. Jiddiskutihom, imma fl-istess ħin jimponi wkoll forma ta’ opinjoni fuq liema għandhom ikunu li wieħed għandu jaqra biex jibni kultura. Hemm kitbiet ta’ awturi oħra, bħal dawk ta’ Primo Levi jew ta’ J.M. Coetzee, li jmissuna huma wkoll. Imma dan għandu l-vantaġġ li jmiss iktar ma’ ideat u mal-bżonn li wieħed imur lura lejn il-pedamenti. Dawk li kitbiet fil-lingwa Griega u dik Latina jagħtuna.

Mhux kontradizzjoni

6. Għalkemm l-awtur stess kien mess mal-fatt li għall-opinjoni pubblika, li dak iż-żmien kienet mimlija bi bnedmin ta’ kultura klassika, dan ma kienx argument tant modern, fl-abbandun ta’ dik il-linja llum qegħdin inbatu mill-fatt li ħallejna warajna għerf li issa għandna l-bżonn tiegħu. Fi ħdan ġenerazzjonijiet fejn dawn iż-żewġ lingwi klassiċi kienu studjati u diversi studenti ffurmati fihom, kien hemm min ħass li qed ikun hemm l-esaġerazzjonijiet. Imma f’dik il-linja wasalna fil-pożizzjoni fejn ma bqajniex ngħallmuhom fl-iskejjel sekondarji tagħna. Għal diversi kien hemm, u għad hemm il-ħsieb li dawn mhumiex utli għal raġunijiet ekonomiċi. L-industrija m’għandhiex bżonn lil dawk li jafu dawn il-lingwi, imma għandha l-bżonn ta’ bnedmin imħarrġin fl-aspetti teknoloġiċi. Imma r-realtà llum hija li b’dik id-deċiżjoni bdilna u wasalna fil-venda fejn aħna qegħdin illum.

Demokrazija kontrollata

7. F’dan huwa ċar li mill-kitbiet ta’ Omeru għaddejna snin fejn, kif jingħad fit-tieni kapitlu minn Calvino, ‘Le Odissee nell’Odissea’. Ulisse, li madwaru ddur il-kitba, m’għadux ifakkarna fil-bżonn li kull bniedem jitbaskat fid-diffikultajiet u l-provi tal-ħajja. Il-persuna m’għadhiex iktar ċentrali, determinanti, dik li trid tagħżel bejn il-verità u l-gidba, imma ssir biss parti minn soċjetà li fiha kollox huwa programmat minn qabel, biex jitwettaq biss dak li diġà ġie pre-stabbilit għaliha. Dak l-ispirtu uman li jirreżisti l-elementi biex jafferma lilu nnifsu, illum qiegħed imut. U miegħu, meta tqiegħed dan fil-perspettiva moderna, tifhem li anke l-kultura Ewropea qed tiġi mwarrba u mxekkla.

Wasal iż-żmien

8. Fil-kriżi kulturali li ninsabu fiha, fin-nuqqas ta’ għarfien ta’ dak li aħna u fil-bżonn li nsiru dak li m’aħniex, qed ninsew wisq warajna. Qed niġu fil-pożizzjoni fejn din il-ġenerazzjoni mhijiex iktar kapaċi taqra u tanalizza dak li ħallew warajhom diversi bnedmin intelliġenti. Kitbiet li ffurmawna u ssudaw dak li aħna verament. Wasal iż-żmien fejn wieħed għandu jdaħħal lura l-istudju tal-Latin u tal-Grieg. Wasal iż-żmien li wieħed jinsisti li l-bnedmin f’din is-soċjetà jmorru lura biex jaqraw il-kitbiet li jsawwruna. F’din il-linja jkollna persuni u politiċi aqwa. Ikollna aktar bnedmin li, fl-aħħar tal-ġurnata jsarrfu biex jiddefendu d-demokrazija u li b’ħidmiethom jagħtu ħajja aħjar milli għandna.

IL-BELT – KNISJA TA’ SANTA BARBARA - RESTAWR

11140. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jara jekk hux possibbli li l-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt tiġi kkurata speċjalment f’dan iż-żmien billi hija traskurata esternament?

 

27/07/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum dan il-Ministeru ma ntalabx jagħmel intervent mis-sidien ta’ din il-knisja.

 

Seduta  153

10/10/2023

SANTA LUĊIJA – QTUGĦ FIL-PROVVISTA TAD-DAWL

11139. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’Santa Luċija jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

 

27/07/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.

 

Seduta  153

10/10/2023

MARSAXLOKK – KNISJA TA’ SAN PIETRU - RESTAWR

11138. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan sabiex il-Knisja ta’ San Pietru f’Marsaxlokk hiex se tiġi restawrata u kkurata?

 

27/07/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali flimkien mad-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni kull sena joħroġ skema li permezz tagħha l-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu japplikaw biex jipproponu proġetti ta’ restawr fuq bini/monumenti storiċi li jinsabu fil-lokalità tagħhom. Il-proġetti magħżula taħt din l-iskema imbagħad jitwettqu direttament mid-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni matul ix-xhur ta’ wara l-għażla.

 

Intant infurmat li din il-kappella mhijex inkluża fil-lista ta’ proġetti magħżula s’issa, iżda mhux eskluż li tkun magħżula fil-futur, fl-eventwalità li tinfetaħ skema oħra u din tissodisfa l-kriterji ta' l-istess skema.

 

Seduta  153

10/10/2023

IL-GUDJA – QTUGĦ FIL-PROVVISTA TAD-DAWL

11137. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl fil-Gudja jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

 

27/07/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.

 

Seduta  153

10/10/2023

MTA – STABBILIMENTI LIĊENZJATI F’WIED IL-GĦAJN

11136. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10936 u jgħid kemm kien hemm stabbilimenti liċenzjati f’Wied il-Għajn mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) biex joperaw bħala ristorant u kemm għalqu jew kellhom l-liċenzja tagħhom irtirata sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?

 

27/07/2023

 

ONOR. CLAYTON BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 kien hemm 37 liċenzja ta’ ristoranti u 29 liċenzja ta’ snack bar attivi f’Wied il-Għajn. Stabbiliment wieħed ikkanċella l-liċenzja matul din is-sena.

 

Seduta  153

10/10/2023

RAĦAL ĠDID – QTUGĦ FIL-PROVVISTA TAD-DAWL

11135. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’Raħal Ġdid jew parti minnu, tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

 

27/07/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11250, fejn ġew elenkati l-ħsarat kollha li żviluppaw fin-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku u li seħħew f’ċirkostanzi straordinarji kaġun tat-temperaturi estremi li esperjenzaw diversi pajjiżi fit-tieni nofs ta’ Lulju.

Fir-rigward tal-kumplament tas-sena, ninsab infurmata li l-qtugħ fil-provvista kien skont ma jiġri f’ċirkostanzi normali, jew minħabba ħsarat lokalizzati li jinqalgħu minn żmien għal żmien b’mod naturali, jew inkella s-sospensjonijiet tas-servizz kienu ppjanati biex issir manutenzjoni li tkun meħtieġa perjodikament u li jitħabbru minn qabel. F’kull każ, l-Enemalta tagħmel l-almu kollu biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli.

Biex isir l-eżerċizzju li diġà ntalab li jsir fil-każ ta’ 30 lokalità differenti dan jirrikjedi ħafna ħin u riżorsi.

 

Seduta  153

10/10/2023

WIED IL-GĦAJN – PJAN GĦAT-TURIŻMU

11134. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4462 u 9420, jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsabu l-pjani għat-turiżmu f’Wied il-Għajn?

 

27/07/2023

 

ONOR. CLAYTON BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tinsab f’kuntatt dirett mal-istakeholders relevanti sabiex jaraw eżatt x’inhuma l-prijoritajiet tal-lokalità.

 

Seduta  152

09/10/2023

IŻ-ŻEJTUN – POSTIJIET TA’ PARKEĠĠ

11124. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu biex jiżdiedu jew almenu ma jonqsux il-postijiet ta’ parkeġġ fiż-Żejtun u dan kif seħħ reċentement fil-proġett tas-Suq?

 

18/07/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta ma kellha l-ebda talba għal tneħħija ta’ parkeġġi f’Misraħ l-Indipendenza (Misraħ tas-Suq). Ninforma wkoll li Transport Malta m’għandha l-ebda talba speċifika għat-tneħħija ta’ parkeġġi f’din il-lokalità?

 

Seduta  152

09/10/2023

RESPITE FACILITIES GĦALL-FAMILJI BI TFAL B’DIŻABILITÀ

11123. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm respite facilities għall-familji bi tfal b’diżabilità fin-naħa t’isfel ta’ Malta, billi fil-preżent dawn jinsabu fin-naħa ta’ fuq biss ta’ Malta?

 

18/07/2023

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lil Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  152

09/10/2023

IŻ-ŻEJTUN – RAPPORTI FUQ IL-MOBILE APP 'CLEAN AND UPKEEP'

11122. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti marbutin u reġistrati taħt il-“Clean and Upkeep” mobile app u jekk dawn humiex jingħataw widen u senjatament kemm qed idumu fiż-Żejtun?

 

18/07/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  152

09/10/2023

 

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...