4.10.23

IŻ-ŻEJTUN - TRIQ ANTON BUTTIGIEG - TRAFFIKU

11106. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri jistgħu jiġu proposti mill-awtoritajiet sabiex it-traffiku li ta’ kuljum jgħaddi minn Triq Anton Buttigieg, fiż-Żejtun, jiġi b’xi mod ridott u razzjonalizzat?

 

18/07/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Anton Buttigieg hija amministrata mill-Kunsill Lokali u Transport Malta ma għandha l-ebda talbiet pendenti fir-rigward tat-traffiku li jgħaddi minn din it-triq.  Madanakollu, qed isir studju konġunt bejn Transport Malta u Infrastructure Malta biex jittaffa t-traffiku fi Triq il-Għadam, liema triq tagħti minn Triq Anton Buttigieg għaċ-ċentru taż- Żejtun.

In oltre, riċentement kien għaddej xogħol fi Triq Għar Dalam, f’ Birżebbuġa.  Din it-triq ingħalqet diversi drabi u dan seta’ ħalla impatt fuq it-traffiku fi Triq Anton Buttigieg.  Dan ix-xogħol illum tlesta u fadal biss xogħol fuq il-bankini li mhux suppost ikollu aktar impatt fuq it-traffiku.

 

Seduta  149

02/10/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...