30.5.18

Il-Maduma Tagħna




1.     Jekk qatt kien hemm bżonn xiehda jew evidenza, il-vot tal-membri tal-Oppożizzjoni fil-Parlament nhar l-Erbgħa li għaddew jitkellem waħdu.  Kien kontra liġi li l-Gvern qiegħed, kontra l-parir ta’ diversi, jwebbes rasu sew biex tgħaddi.  Tgħaddi kontra l-volontà popolari li l-Partit Nazzjonalista irrappreżenta tajjeb u kompatt.  Hemm proċess politiku li jibda kull partit meta ma jkollux ir-responsabbiltà tal-poter.  Wieħed li bih jerġa’ jġib f’daqqa l-biċċiet tiegħu.  Wieħed li jixprunah fit-triq tiegħu.  Imexxih biex, fl-għaqda, jerġa’ jkun rilevanti u kredibbli.



Robert Arrigo



2.     Sewwa, fuq dan, għamel il-Viċi Kap tal-Partit, Robert Arrigo.  Pass attwali u preċiż.  Fakkarna lura f’dak li aħna.  Beda u għaddej sew b’inizjattiva li biha nerġgħu nħajru fl-għarfien tal-identità storika u attwali tagħna li bnedmin fil-partit jakkwistaw il-Maduma.  Għax il-partit għandu storja, għandu kultura u esperjenza politika.  Huwa għaġna ta’ ideat u ħidma.  Identifikat fit-tnejn.  Mhux il-ħidma toħroġlu l-ideat, imma t-tnejn jimxu id f’id.  Fejn ma hemmx preġudizzji fuq min, u kif, jew minn liema klassi soċjali.  Imma aktar, li l-affarijiet isiru u dawn skont il-metodu t-tajjeb.



Bilanċ neċessarju



3.     Hemm fi ħdanna titħaddem doża tajba ta’ dak li huwa  magħruf li kien qal Deng Xiaoping (1904-1997), li kien it-tieni President tar-Repubblika Ċiniża wara Mao Zedong: “It doesn’t matter if a cat is black or white, so long as it catches mice.”  Flimkien ma’ dak li aktar reċenti, taqbel jew ma taqbilx mal-ideat varji tiegħu, il-kritiku letterarju Terry Eagleton (1943) qal.  Fil-ktieb tiegħu ‘After Theory’ jgħid: “What mattered, surely, were your politics, not how you pigeon-holed them.  Of course there has to be something specific to a particular body of ideas.  At the very least, there has to be something which counts as incompatible with it.”  Bilanċ neċessarju bejn il-ħsieb u l-azzjoni.



Partit taċ-ċentru



4.     Għalhekk aħna partit taċ-ċentru, moderat u demokratiku-kristjan.  Jaqbel jew ma jaqbilx magħna l-poplu, ċert li jippreferi jisma’ li għandna ideat u viżjoni għall-futur għax għandna dawn il-kwalitajiet naturali.  Nifhmu għax il-pożizzjoni politika tagħna, kif kienet għal ta’ qabilna, għadha vitali għalina llum.  Kif tneħħi dan tkun qiegħed tneħħi s-sustanza tagħna.  Jiġrilna bħal, kif qrajna din il-ġimgħa, dak il-melħ li jitlef l-imluħa.  Jispiċċa bla togħma.  Isir materjal li jista’ jintrebaħ lura billi jixteħet mill-ġdid fl-ilma baħar biex jerġa’ jibda ċ-ċiklu naturali.  Idub, u wara jinġabar.  Jitħalla jaħseb f’salini varji u mxerrda, imma f’daqqa, biex b’ħidmet ix-xemx tal-ħajja jerġa’ jinġabar u jieħu mluħtu f’idu.



Proċess politiku



5.     Dan huwa, fir-realtà, il-proċess politiku li għaddej minnu l-Partit Nazzjonalista.  Din hija l-viżjoni ta’ tiġdid u ħarsien lejn il-futur li l-Kap tal-Partit, Adrian Delia, qiegħed jaqbad.  Fejn ma hemmx biża’ li wieħed jidentifika lilu nnifsu ċar f’għajnejn in-nies.  Dak li aħna m’għandniex, kif qal huwa stess, noqogħdu lura minnu.  Irridu nħaddnuh u  nħaddmuh b’intelliġenza fit-triq tan-nofs.  Għax, kif jgħid tajjeb dak Eagleton: “The alternative to dogmatism is not the assumption that anything goes.”  Għax aħna ispirati mill-valuri Nsara, ma jagħmilniex fundamentalisti jew b’għamad għal dak li għaddej fis-soċjetà.  Imma jservina ta’ fonti ta’ ideat biex innaqqsu u nsolvu verament u mhux apparentement mill-problemi li l-bnedmin qed imissu b’idejhom.



Kultura politika soda



6.     Il-politika titlob minna kultura soda ta’ ideat.  Titlob li nkunu preparati għas-servizz li rridu nagħtu bħala rappreżentanti tal-poplu.  Fuq kollox, li ma ninħakmux mill-politika innifisha.  Il-politika taf tkun strument għas-sewwa, però taf issir għodda għall-oppressjoni.  Kif taf tiġi użata minn min ikun preparat għaliha, taf taħkem lil dawk li ma jkunux.  Tal-ewwel iżommuha f’postha f’idejhom; tat-tieni jsiru skjavi tagħha.  Tal-ewwel ma jieħdux it-toroq żbaljati tad-diżonestà, tal-korruzzjoni u tal-iżbalji li l-klijenteliżmu jagħtu; tat-tieni jinħatfu u jibdew jaħsbu żbaljatament li dik hija l-politika.



Terrakotta umana



7.     It-triq fl-Oppożizzjoni hija twila, u ħafna drabi tieħu l-ħin tagħha, imma l-importanti jibqa’ li wieħed juża dan sewwa.  Għandna diversi eżempji mill-passat ta’ kif ħdimna u bnejna lura dak li ħafna kienu jaħsbu li ma jistax isir.  Hemm tradizzjonijiet tal-ħajja, għerf, li ħallewlna ta’ qabilna, li għandna nisiltu lezzjonijiet minnhom għall-attwalità tallum.  Tagħlim li sarraf fil-Maduma.  L-ewwel: fis-sustanza taċ-ċangatura tat-terrakotta umana.  It-tieni: fl-isbuħija tal-wiċċ lixx u disinjat ta’ barra.  Min bena l-arma tal-partit qabel kien jaf sewwa x’inhu jagħmel.  Proprju għalhekk illum, f’dan, qed inħeġġukom tingħaqdu mal-istorja, il-valuri u d-determinazzjoni li jeħistu fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, fil-Maduma tagħna.






25.5.18

ŻJARA ĠEWWA L-AWSTRALJA - NEFQA




5775. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5422 u ċjoè: B’referenza għar-rapport li deher fis-sitt paġna tal-ħarġa tal-gazzetta The Malta Independent on Sunday tal-22 ta’April 2018, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra min ħallas għall-vjaġġ, akkomodazzjoni u l-spejjeż relattivi ġewwa l-Awstralja kif ukoll minn min kienet komposta d-delegazzjoni u min ħallas għall-istess vjaġġ, akkomodazzjoni u l-ispejjeż relattivi għall-istess delegazzjoni? Jista’ jinforma kemm kienet l-ispiża komplessiva?



18/05/2018



  ONOR. CARMELO ABELA:  Nirreferi lill-Onorevoli interpellant ghall-mistoqsija numru 5422.



Seduta  116

23/05/2018

KUNSILL LOKALI TA’ RAĦAL ĠDID – TOROQ IMSEWWIJA JEW IRRANĠATI




5774. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b’xi mod mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid matul is-sena li għaddiet u f’din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?



18/05/2018



  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid li matul il-perjodu msemmi ġiet irranġata Triq il-Melita.



Seduta  116

23/05/2018


RAĦAL ĠDID – TRIQ ŻABBAR - TISWIJIET






5773. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bidu ta’ Triq Żabbar, f’Raħal Ġdid li marret lura sew, hiex se ssir mill-ġdid tul din is-sena?



18/05/2018



  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid li rigward il-bidu ta’ Triq Żabbar, f’Raħal Ġdid qed isiru negozjati biex isir ix-xogħol din is-sena.



Seduta  116

23/05/2018


RAPPORTI FUQ GAZZETTA FRANĊIŻA




5772. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5419, jista’ l-Prim Ministru jikkonsidra l-pożizzjoni tal-Gvern u minflok jiddeċiedi li jwieġeb għall-kontenut li kien hemm fil-ħarġa tal-20 ta’ April 2018 fil-gazzetta Franċiża ‘Le Monde’?



18/05/2018



  ONOR. JOSEPH MUSCAT:  Ninforma lill-Onor Interpellant li ma għandi xejn x’nżid mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 5419.



Seduta  116

23/05/2018


PERSUNI LI QED JABBUŻAW MINN AKKOMODAZZJONI SOĊJALI




5771. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3795, jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu persuni li ġew identifikati li qed jabbużaw minn akkomodazzjoni soċjali mis-sena 2014 sad-data tal-lum?



18/05/2018





ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, mis-sena 2015 sal-21 ta’ Mejju 2018, l-Awtorita` tad-Djar sabet 26 persuna li ġew identifikati li qed jabbużaw minn akkomodazzjoni soċjali.



Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi statistika qabel is-sena 2015 ma kinitx tinżamm.



Seduta 116

23/05/2018

AWTORITÀ TAD-DJAR – XIRI TA’ RESIDENZI TAL-AWTORITÀ




5770. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jindika kemm inxtraw residenzi tal-Awtorità tad-Djar fis-snin 2016 u 2017 u minnhom kemm inxtraw minn persuni bi bżonnijiet speċjali u minn single mothers?



18/05/2018



ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bejn l-2016 u l-2017, inxtraw 176 –il residenza tal-Awtorita` tad-Djar jew tal-Gvern mill-inkwilini, b’4 minn dawn il-176 jinxtraw minn single mothers.



L-Awtorita` tad-Djar m’għandhiex records fir-rigward ta’ persuni bi bżonnijet speċjali li bbenefikaw minn din l-iskema, hekk kif din l-informazzjoni hija rrelevanti għax-xiri tal-proprjeta’ taħt din l-istess skema.



Seduta 116

23/05/2018

24.5.18

KUNSILL LOKALI TA’ SANTA LUĊIJA – TOROQ IMSEWWIJA JEW IRRANĠATI




5778. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jindika liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b’xi mod mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija matul is-sena li għaddiet u f’din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?



18/05/2018



  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fil-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija wettaq xogħol ta’ resurfacing fuq parti minn Triq Pensieri fl-istess lokalità.



Seduta  117

24/05/2018


KUNSILL LOKALI TA’ ĦAL TARXIEN – TOROQ IMSEWWIJA JEW IRRANĠATI




5776. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jindika liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b’xi mod mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien matul is-sena li għaddiet u f’din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? 



18/05/2018



  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda hawn taħt:



Lista mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien tat-toroq li ġew imsewwija jew irranġati b’xi mod minnu matul is-sena 2017 u 2018. (Resurfacing)
Isem tat-Triq
Triq Annetto
Triq Santa Marija (parti)
Triq Santa Marija (parti)
Triq Dejma (parti)





Seduta  117

24/05/2018

AWTORITÀ TAD-DJAR – ALLOKAZZJONIJIET TA’ APPARTAMENTI PROPRJETÀ TAL-GVERN




5769. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid x’sistema u proċedura qiegħda tiġi pprattikata sabiex jiġu allokati appartamenti proprjetà tal-Gvern lill-applikanti li qegħdin fil-lista ta’ stennija mal-Awtorità tad-Djar?



18/05/2018

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar qiegħda tuża l-istess policies preċedenti, sabiex jiġu allokati postijiet għall-akkommodazzjoni soċjali. Madankollu, kull każ għandu jingħata l-attenzjoni meħtieġa skont iċ-ċirkustanzi u l-prijorità tiegħu.



Seduta  115

22/05/2018


AWTORITÀ TAD-DJAR – TWAĦĦIL TA’ LIFTS FI DJAR PRIVATI


5768. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaħħlu lifts fi djar privati bl-għajnuna tal-Awtorità tad-Djar għall-persuni anzjani u bi bżonnijiet speċjali f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jindika kemm kien l-ammont komplessiv li ntefaq?



18/05/2018



  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar matul dawn l-aħħar ħames snin, approvat u ffinanzjat l-istallar ta’ 154 lift jew stairlift ġewwa proprjeta` privata, b’nefqa ta’ €648,604.27.



Seduta  115

22/05/2018


WIED IL-GĦAJN – BINI TA’ GĦASSA TAL-PULIZIJA






5767. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex se tinbena Għassa tal-Pulizija ġdida f’Wied il-Għajn u jekk iva sarx studju u sarx proċess ta’ konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili sabiex jiġi identifikat l-aħjar sit?



18/05/2018



  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser tinbena għassa tal-Pulizija f’Wied il-Għajn. Kienu saru evalwazzjonijiet ta’ siti differenti, intagħżel l-aħjar sit u sar il-proċess meħtieġ mal-Awtorità tal-Ippjanar.



Seduta  115

22/05/2018


ŻJARA ĠEWWA L-AWSTRALJA - NEFQA






5766. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5421 u ċjoè: B’referenza għar-rapport li deher fis-sitt paġna tal-ħarġa tal-gazzetta The Malta Independent on Sunday tat-22 ta’ April 2018, jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra min ħallas għall-vjaġġ, akkomodazzjoni u l-ispejjeż relattivi ġewwa l-Awstralja kif ukoll minn min kienet komposta d-delegazzjoni u min ħallas għall-istess vjaġġ, akkomodazzjoni u għall-ispejjeż relattivi għall-istess delegazzjoni? Jista’ jinforma kemm kienet l-ispiża komplessiva?



18/05/2018



  ONOR. JOSEPH MUSCAT:  Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 5421.



Seduta  115

22/05/2018


WIED IL-GĦAJN – BINI TA’ GĦASSA TA’ PULIZIJA QUDDIEM L-ISKOLA




5765. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk kemm-il darba, preċiż quddiem l-Iskola San Tumas More f’Wied il-Għajn hijiex se tinbena Għassa tal-Pulizija li se tgħatti kompletament l-iskola?



18/05/2018



  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmat li skont id-dokument approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar, PA07389/17/31A, is-sit ta’ l-għassa huwa biswit parti biss mis-sit kollu tal-iskola. Ma jirriżultax li l-iskola se tiġi kompletament mgħottija.



Seduta  115

22/05/2018

WIED IL-GĦAJN – SKOLA SAN TUMAS MORE – PARKEĠĠI GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ




5764. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-parkeġġi li hemm allokatifl-Iskola San Tumas More f’Wied il-Għajn, inkluż dawk għall-persuni bi bżonnijiet speċjali, humiex se jittieħdu u jitneħħew kompletament?



18/05/2018



  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmat li fil-preżent m’hemm l-ebda parkeġġ fl-iskola San Tumas More f’Wied il-Għajn.



Seduta  115

22/05/2018

22.5.18

Wara l-Kunsill.

 
1.      Dan l-aħħar Kunsill Ġenerali mmarka mument partikolari fit-triq li l-partit tagħna diġà qabad.  Ittieħdu deċiżjonijiet importanti.  Il-bżonn li wieħed jifhem aħjar dak li aħna u dawk li nirrappreżentaw ma setax isir aqwa mill-mod li bih sar.  Kull partit politiku jrid iżomm kuntatt mal-opinjonijiet ta’ dawk li jiffurmawh.  Jisma’ u jħeġġeġ lil min huwa fih jitkellem.  F’kull jum, il-Kap tal-Parit, Dr Adrian Delia, ħa ħsieb li jmur fil-każini, jiftaħ, jiddiskuti, jiddibatti, jiddjaloga mad-diversi li ġew u pparteċipaw attivament.

Suċċess

2.      Kif tista’ tmexxi partit, magħmul minn bnedmin li ġejjin minn setturi u klassijiet varji, jekk ma tismax?  Imma dan tista’ twettqu jekk jiġu l-membri, il-partitarji u jieħdu sehem.  F’dawn il-jiem li għaddew, dawn il-proċess demokratiku ħa l-ħajja.  Kien suċċess u fetaħ il-bieb sabiex appuntamenti futuri jsiru fuq l-istess mudell.  Għax nafu li l-partit għandu l-passat u l-preżent tiegħu f’idejh, imma l-futur tagħna jista’ jaħdmu tajjeb ma’ min irid jara pajjiż immexxi differentement.  Il-klima politika li nbniet f’dawn ix-xhur sabiex dan beda jseħħ minn issa.  Hemm eżempji passati li nistgħu nqisu mill-ġdid, imma dak li qiegħed iseħħ issa huwa ġdid u differenti.

Konsolidar

3.      Dawn il-laqgħat verament iservu mhux biss biex wieħed jesprimi opinjoni, imma wkoll biex jagħraf li hemm punti li jiġbru fuqhom il-qbil.  Persuni li jidħlu jaħsbu li għandhom ideat differenti u inkonċiljabili minn ma’ ta’ oħrajn isibu li huma iktar viċin milli jaħsbu lejn xulxin.  Dawk li jitilqu, jew jaħsbu li telgħu min-naħa jsibu ruħhom iktar qrib.  Ġudizzji u preġudizzji jintilfu fil-verità tal-opinjonijiet espressi.  F’dan ma hemmx dubju li dan il-Kunsill Ġenerali rnexxielu jżid fl-issudat tal-istrutturi interni.  Kif ukoll fl-għarfien evidenti li ma hemmx alternattiva oħra għall-partit fil-Gvern ħlief il-Partit Nazzjonalista.

Riħ fuq u lejn il-bidla

5.      L-effett Adrian Delia beda jasal f’iktar irkejjen tas-soċjetà tagħna.  Il-bniedem ġieb miegħu, sa mill-bidu, żiffa soda, tqanqila ħelwa tar-riħ politiku li llum qegħdin narawha tirranka u tikber.  Għax jista’ jkun li kien ġej minn barra l-klassi politika, biss illum huwa parti sħiħa minnha.  Bħal ma jista’ jkun li ma kellux l-esperjenza li ħafna setgħu ppretendew, imma issa qiegħed bid-determinazzjoni tiegħu jirbaħha.  Jista jkun ukoll li kien hemm min għadu ma fehmux, jew min ġie mimli kontra tiegħu, imma kif jixhdu l-fatti, dan qiegħed jinbidel.  Ma kellux eżordju fit-tajjar.  Mess l-iebes mill-ewwel.  Imma dan għalina huwa konfort kbir.

Jitbaskat

6.      L-istorja tal-ħajja u ta’ kull ċiviltà għandha fiha l-prova li mexxej ikun denju iktar li jirrappreżenta ‘l-poplu jekk ikun ġarrab direttament hu.  Min ibati biex jitla’ ‘l fuq jibni fih pedamenti sodi.  Japprezza iktar il-ħajja, il-bniedem, il-valuri tiegħu, dak kollu li jagħmlu.  Jifhem iktar il-valuri tal-ħniena u tal-ġustizzja.  F’dawn ix-xhur rajnih jirnexxi pass pass ‘il fuq.  Bid-diffikultajiet u l-kumplikazzjonijiet kollha, anki kontra l-kurrent li ra ma’ wiċċu, ma hemmx dubju li qiegħed jissoda iktar il-partit u t-tmexxija tiegħu.  Il-problemi li qiegħed imiss u jaffronta hemm min jista’ jarahom żejda, imma fil-fatt huma bank ta’ prova.  Qiegħed jiġi mbaskat mill-ħajja għal dak li ġej.

Abbiltà politika

7.      Wieħed jifhem li hemm proċess li jrid jgħaddi minnu kull partit, tagħna wkoll meta jkun għadda minn erba’ telfiet elettorali infila.  Wieħed li huwa marbut u bażat fuq dak ta’ għarfien, ta’ aċċettazzjoni, ta’ ammissjoni tal-fatti f’moħħ min, bħali, ikkumbatta fl-arena politika f’dawn l-appuntamenti.  L-abbiltà tal-politiku t-tajjeb naħseb li għandha tkun dik li jassorbi r-realtà politika u jmexxi ruħu ‘l quddiem.  Biss, dan ma jseħħx bl-istess veloċità f’kull persuna.  Għax il-politika tgħallem lijekk ma ġejtx magħżul biex tkun fil-poter, l-elettorat ikun ifforma l-opinjoni li xi ħaġa żbaljata tkun wettaqt.  Hemm, għalhekk, lezzjonijiet li rridu nieħdu.  Dejjem jekk m’aħniex ma’ dawk li jippreferu jibqgħu għal dejjem fl-Oppożizzjoni.

It-triq it-tajba

8.         Dan l-appuntament, maħdum f’viżjoni diretta lejn il-futur bl-esperjenza politika tas-Segretarju Ġenerali Clyde Puli, ġieb għalhekk il-pożizzjoni ċara quddiem min qiegħed fil-partit.  Dak li konna, dak li aħna u dak li rridu nħarsu lejh tqiegħed għad-diskussjoni.  Tqiegħed hekk għax irridu nkunu lura partit li jiġbor iktar kunsens elettorali.  Li nkunu lura parti minn strument politiku li jibni programm politiku mibni fis-sewwa, fl-onestà, fl-irġulija.  Nibnu biex inwettqu l-ġid u  nwettqu dak li l-poplu Malti, fil-maġġoranza tiegħu, jrid.  F’dan, għalhekk, dan il-Kunsill Ġenerali mmarka pass ieħor ‘il quddiem lejn it-tibdil li hemm bżonn ikompli jsir tul din it-triq it-tajba li qbadna.       

17.5.18

The PN appeals for the continuation of constructive talks between Israel and Palestine


The Nationalist Party joins the international community and deeply regrets the escalation of violence in Gaza which costed considerable loss of life. We appeal to all parties to act responsibly and exercise caution such that the present situation does not escalate further.

Freedom of expression and peaceful demonstrations must be respected, and we call on Israel to adopt a cautious response to all actions that can be perceived as a threat. Use of force must be proportionate and both parties should refrain from putting the lives of civilians, particularly those of minors, in any danger.

We believe that this continued unrest will be to the detriment of the prospects of the two-state solution and constructive peace talks between Israel and Palestine, which Malta supports. We also believe the status of Jerusalem as a capital city must be mutually agreed upon through meaningful peace negotiations between Israel and Palestine.

The Nationalist Party calls on the international community to assist with new initiatives such that peaceful coexistence be set for the future of these peoples. A peace much longed for and deserved.

Carm Mifsud Bonnici
Opposition Spokesperson for Foreign Affairs

16.05.2018

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...