29.11.18

Il-ġid mhux qed jasal għand il-poplu.




1.    Għadna kif lestejna d-dibattitu parlamentari dwar il-Budget.  Proċess li fih rajna l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista jagħmel il-kritika valida tiegħu, f’ħafna mumenti diretta imma pożittiva.  Waħda li tħares fit-tul.  Rajt ukoll li ħafna fil-poplu qed isegwu dak li qed ngħidu direttament minn fuq l-istazzjon tal-Parlament.  Fehmu li hemm il-propaganda tal-Gvern, imma fuq in-naħa l-oħra r-realtà tal-fatti, dak li jisimgħu u dak li jħossu.  It-tnejn huma kontra ta’ xulxin.  Diversi jqumu jgħixu l-ħajja tagħhom, mentri fuq in-naħa l-oħra l-Gvern li jrid jgħidilhom li għandhom, minflok, jgħixu l-ħolma tiegħu.  Laqtet fil-moħħ ta’ diversi dak li l-Kap tal-Partit qal ftit wara: “In-nies qed joħolqu l-ġid u t-tkabbir ekonomiku, iżda l-Gvern m’għamilx budget biex iqassam dan il-ġid u jilħaq lil kulħadd.  Minflok, mis-suċċess li qed joħolqu n-nies, qed igawdu biss ftit persuni.”

Proċess ta’ aljenazzjoni

2.    Huwa minnu li tul dawn l-aħħar jiem il-medja, mhux neċessarjament il-poplu, kienu aljenati bil-kwistjoni tas-“17 Black”.  Kien hemm min intilef f’dan is-suġġett importanti għar-rettitudni morali.  Diversi reġgħu marru lura fil-pożizzjoni li jaħsbu li, b’din biss, il-Gvern ser ikollu jibdel, jitlob lil min iwarrab u jammetti li għamel dak li ma kellux.  Rajna dan diġà jseħħ tul il-ġimgħat ta’ qabel u wara l-aħħar elezzjoni ġenerali.  Il-marka ngħatat.  L-impressjoni f’moħħ il-poplu diġà ġiet issiġillata.  Bħall-istorja tal-lupu, din daħlet f’dik il-kaxxa.  Il-Gvern jafu dan, u għalhekk mhuwiex qiegħed iħokk rasu wisq dwarha.  Għalih din hija biss storja twila oħra li trid tiġi solvuta biss f’xi mument, mhux qasir, b’ġudizzju legali ġewwa l-Qorti.

Vuċi dominanti

3.    Anzi, bis-saħħa li huwa għandu fil-medja, bil-kontroll u għarfien li l-vuċi tiegħu ser tinstema’ iktar, il-Gvern huwa aktar komdu.  Jaf li billi diġà tkellimna bħala Oppożizzjoni f’leġislatura oħra, u ġejna nidhru li għandna tort f’moħħ il-votant, hemm ħafna xettiċiżmu.  Dan ma jfissirx li l-argument m’għandux isir mill-Oppożizzjoni, u li jintalab dibattitu parlamentari.  Imma huwa żball li nqegħdu kollox jiddependi minn dan, kif l-istorja għallmitna qabel.  Il-verità hija li tul il-ġimgħat ta’ qabel l-Oppożizzjoni, immexxija mill-Kap tagħha Dr Adrian Delia, kienet qed tolqot fil-laħam il-ħaj.  Kienet qed twettaq dan permezz tal-kwistjonijiet soċjali li qed jolqtu u jinteressaw lill-poplu.  Il-kwistjonijiet tal-kirjiet dejjem iktar qawwija, tad-diversi bnedmin minn popli oħra li qed jiġu hawn mingħajr viżjoni tal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali, iż-żieda mhux adegwata fil-pagi, l-għoli qawwi tal-ħajja: huma dawn il-fatti li l-poplu qed iħoss u jitkellem dwarhom.

Konvenjenza politika

4.    Huwa konvenjenti ħafna għalhekk, f’dan il-punt partikolari għall-Gvern, li flok nitkellmu fuq il-kwistjonijiet soċjali jmur għal dawk morali.  Jaf, mill-esperjenzi ta’ pajjiżi oħra u tagħna li fuq tal-ewwel jonqsulek il-voti ferm iktar milli fuq tat-tieni.  Punt li jibqa’ jiċċaqlaq meta l-Partit Nazzjonalista jispjega kif il-fatt li l-pensjonanti, li huma l-iktar persuni vulnerabbli, qed jaffaċċjaw għoli tal-ħajja ta’ 4.4% biż-żidiet fil-prezzijiet tal-ikel u jingħataw żieda fil-pensjoni li mhux biżżejjed biex il-pensjonanti jlaħħqu maż-żidiet kontinwi fil-prezzijiet tal-ikel.  Kif ukoll li l-aħħar statistika turi żieda ta’ 1.6% fl-inflazzjoni, li tfisser li aktar pensjonanti u familji bi dħul baxx qed jaffaċċjaw żieda fl-għoli tal-ħajja, fejn żieda ta’ €2.33 fil-ġimgħa żgur li mhix biżżejjed biex in-nies ilaħħqu mal-ħajja.

Iktar konvenjenza

5.    Bħal ma huwa inkonvenjenti li jintesew il-kwistjoni taż-żidiet li rajna tul is-sena kollha, fosthom dik ta’ 4% fid-diesel, żieda ta’ 3% fil-prezz tal-gass u b’mod speċjali dik fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.  Sewwa nsista, u għadu jinsisti l-Kap tal-Partit: li l-mudell ekonomiku tal-Gvern, li jkabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni u mhux bil-produzzjoni, qed iħalli impatt negattiv fuq bosta setturi, fosthom fuq il-kirjiet, il-propjetà, l-infrastruttura, it-trasport u l-ambjent.  U niżled tajjeb il-wegħda tiegħu li Gvern Nazzjonalista jiggarantixxi li kulħadd ikollu saqaf fuq rasu u għajxien deċenti.  Hawn faqar ġdid.  Hawn diversi li qed jiġu żgumbrati mill-mekkaniżmu tas-‘suq isuq’ tal-prezzijiet dejjem iktar qawwija fil-kirjiet.  Kritika li fuq kollox tolqot direttament il-fatt li dan il-Gvern, li suppost li huwa soċjalista, mhux soċjalista xejn u m’għandux il-kuxjenza soċjali li nippretendu li għandu jkollu.

Il-prijoritajiet

6.    Huma l-liġijiet tal-poplu li kienu, huma u jibqgħu l-prijorità.  Nafu b’dan għax fl-aħħar elezzjoni ġenerali l-partit, minkejja li kien qiegħed jipprepara manifest elettorali tajjeb li ndirizza numru ta’ problemi soċjali li għandna iktar illum, ma wassalhomx barra.  Irridu nifhmu li hemm sferi ta’ influwenza li nistgħu nilħqu.  Meta ma nitkellmux dwar il-punti li jolqtu n-nies inkunu biss qed nitkellmu għal klassi waħda fis-soċjetà.  Għal dawk li ebda Gvern ma jmisshom.  Għal dawk li huma kkunsidrati parti mill-“borgeżija” moderna.  Il-vuċi tagħna tispiċċa li tiġi meħuda fil-kuntest ta’ waħda ndirizzata u identifikata bħala ‘elitista’.

Il-Brexit ġejja morra

7.    Dan kollu fl-isfond ta’ deċiżjoni politika mir-Renju Unit li ser tkun ta’ ħsara għalina.  Il-Gvern qiegħed, għal dawn l-aħħar xhur, ipinġi l-ħin kollu dak li m’għadux jista’ jitwemmen: l-ewwel, ta’ kemm huwa preparat għal kollox.  It-tieni, ta’ kemm ser nieħdu benefiċċji ekonomiċi mit-telfiet t’oħrajn.  Għall-kritika tal-Oppożizzjoni, għas-sejħiet tagħha għal dibattiti jidher li l-biżgħat tagħha ser iseħħu.  Il-Gvern tar-Renju Unit, immexxi sallum minn Teresa May, qiegħed ilaqqat daqqiet kbar.  Niddubita kemm ser jibqa’ fil-poter.  Anzi, id-direzzjoni hija lejn elezzjonijiet ġenerali li ma nafux fejn ser jeħduhom.  Imma nafu ċertament li s-settur ekonomiku ser jiġi milqut.  Meta nafu li huwa kkalkulat li tnax fil-mija (12%) tal-kummerċ barrani tagħna jsir ma’ dak il-poplu, skambju ta’ viċin is-sitt miljun ewro.  Ħadd ma jista’ jgħid li m’aħniex ser nintlaqtu bħala poplu sħiħ.  Ħadd, anqas, meta niġu għall-punt, ma huwa ser ikun jista’ jikkonvinċi li konna, jew aħna, preparati.

Il-Partit qiegħed fit-triq it-tajba

8.    Huwa għalhekk politikament konvenjenti, f’dan il-mument partikolari għall-Gvern tal-ġurnata, li l-ewwel, id-diskussjoni ma tibqax fuq fejn jista’ jitlef il-voti; it-tieni, li naħirbu diskussjoni serja fuq l-effetti negattivi li ser inbatu minħabba l-Brexit; it-tielet, li jipprova jerġa’ jqiegħed lill-Oppożizzjoni fil-pożizzjoni elettorali li kienet qegħda tidher li hija qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali; ir-raba’, li jipprova jipperswadi li xejn ma nbidel, fil-prijorità, fil-metodu u fis-sustanza politika tagħna bil-bidla interna fit-tmexxija li saret.  Issa, però, nafu li d-dibattitu parlamentari urġenti seħħ.  Issa, imma, nafu li f’dan id-dibattitu: l-ewwel, il-Prim Ministru ħarbu u ma ġiex għalih; it-tieni, li anqas ħadd ma pprova jagħti spjegazzjoni loġika, jew jiċħad b’intelliġenza dak li ġie rappurtat.  Nagħrfu sa fejn nistgħu naslu fil-preżent politikament.  Biss, dan mhux ser iżommna milli nkomplu nikkritikaw sija fuq dan l-aspett ir-rettitudni morali politika, imma iktar minn hekk, fuq dak li qed jolqot direttament u negattivament lill-poplu fil-ħajja personali tiegħu.  Dan għax nafu li l-ġid mhux qed jasal għal il-poplu, imma determinati li ħidmitna ssarraf sabiex jitqassam ugwalment.







14.11.18

RAĦAL IL-ĠDID – ĠNIEN DOM MINTOFF – XOGĦOL


  
7703. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol sar tul din is-sena fi Ġnien Dom Mintoff ġewwa Raħal il-Ġdid?

05/11/2018

  ONOR. KONRAD MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul din is-sena saru numru sostanzjali ta’ xogħlijiet fi Ġnien Duminku Mintoff. 
·              Saru passaġġi skont id-disinn il-ġdid b’sub-base li jinkludi fih is-servizzi kollha neċessarji ta’ dawl u ilma. 
·              Inbnew żewġ ġibjuni li flimkien jammontaw għal aktar minn 500 metru kubu ta’ ilma, bil-għan li jinġabar l-ilma tax-xita li jinġema’ fil-wied. 
·              Ġiet mibnija ukoll pump room  bil-għan li l-ilma li jinġabar fil-ġibjuni jerġa’ jintuża għat-tisqija tal-pjanti u siġar, u anke biex jitħaddmu ż-żewġ water features li saru. 
·              Saru żewġwater features - waħda naturali u oħra magħmula apposta għad-divertiment tat-tfal. 
·              Sar ammont konsiderevoli ta’ xogħol ta’ tisbiħ u landscaping.
·              Inżabru s-siġar kollha tal-ġnien, tpoġġiet ħamrija ġdida, kif ukoll 50 siġra u 2000 pjanti ġodda. 
·              Ġiet installata ukoll sistema totalment ġdida ta’ irrigazzjoni, bankijiet, bike racks  u kontenituri tar-reċiklaġġ.

Seduta  166
12/11/2018

ĦAL TARXIEN – PENSJONANTI REĠISTRATI



7702. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Ħal Tarxien, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom, huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?

05/11/2018

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Seduta  166
12/11/2018

ĦAL TARXIEN – TRIQ IL-FIERES - SPIŻA



7701. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġiet tiswa Triq il-Fieres f’Ħal Tarxien u jista’ jiddeskrivi x’xogħol sar?

05/11/2018

  ONOR. IAN BORG:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali. 

Seduta  166
12/11/2018

PENSJONANTI LI GĦANDHOM PENSJONI TA’ INQAS MINN €600 FIX-XAHAR



7700. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti preżentement f’pajjiżna u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?

05/11/2018

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Seduta  166
12/11/2018

KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA - ROADMAP



7699. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-roadmap li saret referenza għaliha fl-aħħar rapport annwali tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta?

05/11/2018

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Roadmap hekk kif maqbula mill-membri tal-Kunsill tal-Maltin li jgħixu barra fil-laqgħa tal-istess Kunsill li saret nhar it-13 u l-14 ta’ Ottubru 2017, hija hekk kif tidher hawn taħt:


Akkademiċi / Studenti / Riċerkaturi



Proposti
Għaliex
Bilbljografija tad-Dijaspora Maltija komprensiva tkun disponibbli għall-pubbliku in ġenerali
Sabiex tassisti u tinkoraġġixxi iktar akkademiċi/studenti/riċerkaturi jistudjaw dan il-qasam
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol (MEDE) jidħol fi ftehimiet ma’ stampaturi sabiex ipoġġi kemm jista’ jkun kotba bil-Malti, kotba tal-kurrikulu, publikazzjonijiet relatati mal-migrazzjoni u kwistjonijiet ta’ Dijaspora bħala kotba elettroniċi u l-pubblikazzjoni ta’ din il-lista
Aċċessibbli b’xejn jew bi ħlas minimu.  Jiġu ffrankati spejjeż eżorbitanti relatati mal-posta tal-forma mitbuħa lejn pajjiżi tad-Dijaspora.  Skejjel tal-lingwa Maltija jkunu jistgħu jniżżlu l-kotba fi ftit ħin minflok li jixtru onlajn u jistennew sabiex jitwasslu għandhom.
Tiġi kompilata lista ta’ teżijiet / dissertazzjonijiet / kotba / CDs / DVDs
Sabiex jiġi aġġornat u mtejjeb b’mod kontinwu l-ikbar Ċentru ta’ Riżorsi tad-Dijaspora Maltija fid-dinja  – il-Mużew tal-Migrazzjoni Maltija
Opportunitajiet għal studenti tad-Dijaspora (mid-dinja kollha) sabiex jaħdmu mad-DMLA
Sabiex jiksbu esperjenza diretta fil-qasam tad-Dijaspora
Programm ta’ Visa għal Btala ta’ Xogħol (WHV) mal-Istati Uniti u l-Kanada
Bħall-eżempju Awstraljan, għandha tinħoloq WHV simili u miftehma mal-pajjiżi rispettivi
Istruzzjoni professjonali għal studenti u riċerkaturi fil-Qasam tad-Dijaspora
L-għajnuna għandha tiżdied u tiddiversifika f’forma ta’ istruzzjoni professjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet fi proġetti ta’ riċerka u assignments rispettivi
Lectures pubbliċi dwar il-Qasam tad-Dijaspora
DMLA għandha l-mira li tkompli toħloq kuxjenza pubblika permezz ta’ lectures mogħtija mhux biss fl-Universitàta’ Malta imma wkoll fil-livell sekondarju, MCAST, ITS eċċ.



Il-Familja



Ċentri ta’ Programmi ta’ Ri-integrazzjoni ‘Welcome Back Home’ – wieħed ġewwa Malta u l-ieħor ġewwa Għawdex
Migranti Maltin u Għawdxin li jirritornaw fostna għandhom ikunu megħjuna b’informazzjoni u direzzjoni f’diversi oqsma sabiex jerġgħu jintegraw malajr kemm jista’ jkun fis-soċjetà Maltija.   Xi eżempji jinkludu:  għajnuna fl-importazzjoni ta’ affarijiet personali; postijiet għal tfal fl-iskejjel; il-kisba ta’ dokumenti tal-identità; it-tiftix ta’ impjieg; akkomodazzjoni; ftuħ ta’ kont bankarju eċċ.
Għandu jiġi mwaqqaf tribunal sabiex iwassal għal ftehim f’każ ta’ diżgwid familjari dwar postijiet battala f’Malta
Madwar 65,000 post abitabbli f’Malta huma battala li 75% minnhom huma relatati ma’ diżgwid familjari bejn familji b’membri Malta u oħrajn fid-Dijaspora.  Tribunal simili jista’ jiffaċilita u jħaffef is-sejbien ta’ soluzzjoni għal tali nuqqas ta’ ftehim u proprjetà mitluqa u delapidata tkun tista’ terġa’ tibda tintuża.



Pensjonanti u Anzjani



Gvern jintervjeni għal dawk li jirċievu pensjoni mill-Istati Uniti
Migranti Maltin u Għawdxin li jerġgħu jiġu lura u jirċievu pensjoni mill-Istati Uniti ma jistgħux isarrfu ċ-ċekkijiet tagħhom lokalment jekk mhux fl-HSBC u meta jħallsu rati għolja.
Il-Gvern għandu jikkunsidra li jixtri biljetti tal-ajru Awstralja-Malta-Awstralja bl-ingrossa għal dawk il-Maltin anzjani (‘il fuq minn 65 sena?) li qatt ma reġgħu ġew lura Malta sabiex ikunu jistgħu jixtru biljetti tal-ajru b’irħas u jżuru l-qraba tagħhom f’Malta.
Mijiet ta’ anzjani Maltin, partikularment fl-Awstralja u New Zealand, qatt ma rnexxielhom jerġgħu lura u j¿uru lil Malta fi kważi nofs seklu.  Il-Manifest elettorali jiddikjara li l-Gvern għandu jaħdem u jissielet kontra l-iżolazzjoni tal-anzjani Maltin.
Politika Nazzjonali tal-Anzjani
Il-Gvern ta’ Malta għandu jikkunsidra bis-serjetà il-ħolqien ta’ Politika Nazzjonali għall-Anzjani b’konsultazzjoni mill-qrib mas-CMLA sabiex jassikura l-inklużjoni tad-dimensjoni tad-Dijaspora.



Żgħażagħ



Il-Politika Nazzjonali ta’ Malta għaż-Żgħażagħ (2015-2020)
Aġġornament perjodiku tal-Politika Nazzjonali ta’ Malta għaż-Żgħażagħ.
Għandhom jitwaqqfu Skambji ta’ Żgħażagħ bejn il-pajjiżi prinċipali tad-Dijaspora u Malta preferibbilment bl-użu ta’ fondi mill-UE
Skambji transkulturali huma element ewlieni li jinkoraġġixxi iktar rabtiet futuri bejn il-popli, speċjalment iż-żgħażagħ.  Oqsma li għandhom jiġu kkunsidrati jistgħu jinkludu:   l-istħarriġ tal-għeruq f’Malta, il-kitba tal-istorja tal-familja, il-ġineoloġija u l-wirt ta’ titli nobbli



Gvern ta’ Malta



Punt ċentrali ta’ referenza f’kull Ministeru tal-Gvern għad-Dijaspora Maltija
Kwistjonijiet bħal sistema ta’ twissija bikrija (‘early warning system’); dwar konsultazzjonijiet, politika nazzjonali, emendi lokali, reġjonali, ċentrali u bye-laws, eċċ
Kors fl-Istitut għas-Servizz Pubbliku (IPS) dwar id-Dijaspora Maltija
Għandu jiġi fformulat Kors ta’ tliet sessjonijiet li jqajjem kuxjenza u jipprovdi informazzjoni u li jiġi mogħti perjodikament fl-IPS u skont fejn hemm bżonn
Ismijiet tad-Dijaspora Maltija fil-lista ta’ Unuri Bijannwali ta’ Malta
L-Uffiċċju tal-Kabinett tal-Prim Ministru ta’ Malta għandu jirrakkomanda li fuq kull lista ta’ Unuri għandu jkun hemm mill-inqas isem wieħed ta’ persuna Maltija minn kull pajjiż tad-Dijaspora Maltija (Awstralja, Kanada, Stati Uniti, Renju Unit u oħrajn) li ddistingwew ruħhom f’qasam partikulari
Kotba kurrikulari/CDs għat-tagħlim tal-lingwa Maltija
Sakemm il-kotba kurrikulari kollha għat-tagħlim tal-Malti ma jiġux trasferiti fil-format elettroniku, il-MEDE għandu jipprovdi klassijiet u skejjel tat-tagħlim tal-Malti (fl-Awstralja, il-Belġju, il-Kanada, iċ-Ċina, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti) b’kotba kurrikulari aġġornati fuq bażi regulari.
CMLA/DMLA għandhom ikunu rappreżentati f’ċerti Bordijiet tal-Gvern ta’ ċerta importanza
Il-Kunsilliera tas-CMLA u d-Direttur tad-DMLA għandhom jipparteċipaw f’Bordijiet tal-Gvern bħal: Il-Kunsill għall-Ilsien Malti; il-Bord tal-Akkomodazzjoni għall-Anzjani; il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ; il-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex; il-Malta Enterprise; u Finance Malta.
CMLA/DMLA għandhom jipproponu lill-Gvern, personalitajiet tad-Dijaspora li għandhom għarfien espert ta’ ċerti oqsma sabiex jiġu flimkien u jikkunsidraw possibiltajiet kummerċjali, kulturali eċċ.
DMLA iġġib flimkien personalitajiet u organizzazzjonijiet tad-Dijaspora Maltija f’oqsma bħal: l-industrija tal-films, informazzjoni teknoloġika, kummerċ, niche markets ġodda, turiżmu reliġjuż eċċ.



Seduta  166

12/11/2018

MIŻURA BIEX PERSUNI LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA JIVVUTAW F’AMBAXXATI MALTIN



7698. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi qed jittieħdu biex titwettaq il-wegħda elettorali li persuni Maltin li jgħixu barra minn Malta u li għandhom id-dritt tal-vot, jivvutaw f’Ambaxxati Maltin? Jista' jikkonferma jekk il-miżura hix se tiddaħħal fil-ħin biex tkun tapplika għall-elezzjoni li jmiss tal-Membri tal-Parlament Ewropew?

05/11/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Seduta  166
12/11/2018

SANTA LUĊIJA – PENSJONANTI REĠISTRATI



7709. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Santa Luċija u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?

05/11/2018

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Seduta  167
13/11/2018

FGURA – PENSJONANTI REĠISTRATI



7708. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement fil-Fgura u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?

05/11/2018

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Seduta  167
13/11/2018

MIŻURA BIEX PERSUNI LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA JIVVUTAW F’AMBAXXATI MALTIN




7707. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'passi qed jittieħdu biex titwettaq il-wegħda elettorali li persuni Maltin li jgħixu barra minn Malta u li għandhom id-dritt tal-vot, jivvutaw f’Ambaxxati Maltin? Jista' jikkonferma jekk il-miżura hix se tiddaħħal fil-ħin biex tkun tapplika għall-elezzjoni li jmiss tal-Membri tal-Parlament Ewropew?

05/11/2018

ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor Interpellant li f'dan l-istadju l-gvern qed jistudja metodi varji dwar it-twettiq ta' din il-miżura.

Seduta 167
13/11/2018


GUDJA – PENSJONANTI REĠISTRATI



7706. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement fil-Gudja u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?

05/11/2018


  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Seduta  167
13/11/2018

FGURA – TRIQ HOMPESCH – BUS STOP.



7705. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: In vista tal-istaġun partikolari fejn qed tagħmel iktar xita, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex possibbli li l-bus stop li hemm f’Triq Hompesch il-Fgura fil-parti tal-aħħar ta’ Triq Cottoner tiġi mkabbra u estiża?

05/11/2018

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.

Seduta  167
13/11/2018

RAĦAL IL-ĠDID – PENSJONANTI REĠISTRATI



7704. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Raħal il-Ġdid u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?

05/11/2018

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Seduta  167
13/11/2018

PERSUNI LI JAĦDMU PART-TIME




  
7715. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta’ Ottubru 2018? Jista’ jindika kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala primary job? Jista’ jgħid kemm minnhom kellhom part-time job mal-full-timejob? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni?

05/11/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, l-għadd ta’ nisa u rġiel li jaħdmu f’Malta u Għawdex fuq bażi ta’ part-time mal-full-time u part-time bħala xogħol ewlieni sa l-aħħar ta’ Ġunju 2018, li huma l-aħħar ċifri ppublikati, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt.




Persuni li jaħdmu fuq bażi ta' part-time f'Malta u Għawdex
Part-timers li għandhom xogħol Full-Time
Part-Time bħala xogħol ewlieni
Total ta' persuni li jaħdmu fuq bażi part-time
Nisa
Rġiel
Total
Nisa
Rġiel
Total
Nisa
Rġiel
Total
Ġunju 2018
18,158
9,080
27,238
15,116
20,748
35,864
33,274
29,828
63,102






It-tabella t’hawn taħt turi l-għadd ta’ nisa u rġiel li qabżu l-età tal-pensjoni mill-età ta’ 61 sena `l fuq, u li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus għadhom jaħdmu fuq bażi ta' part-time mal-full-time jew part-time bħala xogħol ewlieni, f’Malta u Għawdex,sal-aħħar ta' Ġunju 2018.




Età
Part-timers li għandhom xogħol Full-Time
Part-Time bħala xogħol ewlieni
Total ta' persuni li jaħdmu fuq bażi part-time
Nisa
Rġiel
Total
Nisa
Rġiel
Total
Nisa
Rġiel
Total
61
56
205
261
295
97
392
351
302
653
62
44
172
216
219
217
436
263
389
652
63
37
104
141
226
325
551
263
429
692
64+
56
478
534
1,431
4,070
5,501
1,487
4,548
6,035
Total
193
959
1,152
2,171
4,709
6,880
2,364
5,668
8,032





Seduta  168

14/11/2018


FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...