30.3.17

JOBSPLUS – PERSUNI LI WAQFU JIRREĠISTRAW MILL-EWWEL PARTI TAR-REĠISTRU GĦAX-XOGĦOL.





 
32201. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni waqqfu jirreġistraw mill-Ewwel Parti tar-reġistru għax-xogħol mal-Jobsplus tul is-sena li għaddiet l-2016? Kemm persuni ġew maqtugħa fl-istess perjodu u kemm irtiraw?

21/03/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ġentilment nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 30181.

Seduta  500
28/03/2017


SANTA LUĊIJA – KULLEĠĠ SAN TUMAS MORE





 
32200. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti li din is-sena akkademika qed jattendu l-Iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija (Kulleġġ San Tumas More)? Jista’ jindika x’lingwi qed jiġu mgħallma?

21/03/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fl-Iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija (Kulleġġ San Tumas More) hemm jattendu studenti kif jidher fit-tabella:

Sena
Subien
Bniet
Total
9 (Form 3)
76
96
172
10 (Form 4)

149
149
11 (Form 5)

264
264
Total
76
509
585

Fl-iskola jiġu mgħallma l-Għarbi, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-iSpanjol. Dan minbarra l-Malti u l-Ingliż.

Seduta  500
28/03/2017

IMMIGANTI IRREGOLARI LI ĠEW RIPATRIJATI





 
32199. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni li kienu immigranti rregolari ġew ripatrijati lura volontarjament jew le tul is-sena 2016?

21/03/2017

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2016, in-numru ta’ immigranti li ġew ripatrijati lura kien ta’ 110, minn dawn 14 kienu b’mod volontarju assistit u 96 kienu deportati.

Seduta  500
28/03/2017

KUMITAT NAZZJONALI GĦAŻ-ŻONI TURSTIĊI – PJAN TA’ AZZJONI GĦALL-WIED IL-GĦAJN.


 
32198. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 7784 u 15653, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-Kumitat Nazzjonali għaż-Żoni Turistiċi fassalx pjan ta’ azzjoni għal-lokalità ta’ Wied il-Għajn u jekk iva jista’ jpoġġi dan il-pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?

21/03/2017

  ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari 23621 u 28957, datati 7 ta’ Marzu u 5 ta’ Diċembru 2016, rispettivament.

Seduta  500
28/03/2017

EU NATIONALS LI JAĦDMU F’MALTA.


 
32197. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni indikati bħala EU Nationals li huma reġistrati biex jaħdmu f’dawn il-gżejjer  fl-2016 u jista’ jindika dan skont in-nazzjonalità tagħhom u kemm minnhom huma self-employed u x’inhuwa s-sess tagħhom?

21/03/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni reġistrati bħala EU Nationals u li kienu qed jaħdmu f’Malta u Għawdex fl-aħħar ta’ Settembru 2016, skont in-nazzjonalità u sess tagħhom, huwa kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mit-total ta’ 25,115-il persuna reġistrati bħala EU Nationals u li kienu qed jaħdmu f’Malta u Għawdex  fl-aħħar ta’ Settembru 2016, kien  hemm 2,958 persuna jaħdmu bħala self-employed. Minn dawn kien hemm 1,748 raġel u 1,210 mara. 

Seduta  500
28/03/2017

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...