29.2.24

IL-POLITIKU TAS-SERENITÀ - DISKORS TA' VICTOR CAMILLERI WAQT IT-TNEDIJA TAL-KTIEB - CARM MIFSUD BONNICI - 25 SENA FIL-PARLAMENT MALTI

Diskors ta’ Victor Camilleri, Eks Editur ta’ In-Nazzjon u Il-Mument - 7 ta' Frar 2025

Din l-okkażjoni tal-lum tagħtina l-opportunità niffukaw fuq il-ħidma ta’ deputat parlamentari li ilu 25 sena membru ta’ dan il-Parlament ... ħidma mifruxa fuq sitt leġiżlaturi tista’ tgħid fid-dimensjonijiet kollha ta’ Deputat Parlamentari.

Carm Mifsud Bonnici okkupa karigi fil-Gvern, kemm bħala Ministru kif ukoll bħala Segretarju Parlamentari, bħala backbencher fuq il-bankijiet tal-Gvern, u wkoll bħala deputat fl-Oppożizzjoni, kelliem dwar diversi suġġetti, fosthom l-Intern, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Barranin.

F’dan ix-xogħol kollu tiegħu hemm kwalità partikulari li tispikka fuq oħrajn li wieħed kummentatur tal-politika fil-midja soċjali lokali kien sejħilha THE POLITICS OF SERENITY.

Din hi tabilħaqq it-tabella li nħoss li tassew tiddefinixxi lil Carm, kemm fil-politika li ħaddem kif ukoll fil-kitba tiegħu li ma qatgħet xejn tul dawn il-25 sena. Toħroġ tant evidenti fid-diskorsi tiegħu u f’kitbietu. Qatt ma hu rrabjat ... anki meta x’aktarx kien ikollu raġun kieku esprima ruħu b’aktar foga u forza. Iżda le, dak mhux l-istil ta’ Carm u wisq probabbli li dan hu l-aktar element li fuqu u dwaru jkun hemm tant nies li japprezzawh iżda wkoll, kif dejjem jiġri – mhux fil-politika biss – ikun hemm ukoll min jikkritikah.

Il-bidu tal-vjaġġ

Interessanti wieħed iħares lejn kif beda dan il-vjaġġ ta’ Carm Mifsud Bonnici fil-Parlament. Kien diġà ilu attiv fil-qasam politiku mhux ħażin; kien iż-żmien li jien niftakru sew għaliex propju kien minn hemm – Carm bħala żagħżugħ attiv – li sirt nafu u kont narah kif jikkomporta ruħu fil-Moviment taż-Żgħażagħ Nazzjonalisti fis-snin tmenin, u anki qabel.

Tagħrif interessanti dwar kif Carm ikkontesta l-ewwel Elezzjoni Ġenerali tiegħu fl-1998, jagħtihulna l-Papà tiegħu stess, il-President Emeritu Ugo Mifsud fl-awtobijografija bit-titlu Konvinzjoni u Esperjenza.

Fost l-oħrajn Ugo jsemmi lid-Deputat Laburista Joe Debono Grech, li darba fil-festa tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla, kien qallu li skont ma kien infurmat hu – UGO – kien qed iżomm lil ibnu Carm milll joħroġ għall-politika iżda Ugo kien qallu li hu la kien jgħidlu biex joħroġ u lanqas biex ma joħroġx. Imbagħad, il-President Emeritu, testwalment jikteb hekk: “Fil-fatt naħseb li Carm, b’delikatezza, kien irreżista l-invit ta’ ħafna partitarji Nazzjonalisti li qabel kienu jivvutawli bex joħroġ għall-Elezzjoni tal-1996.” Bħala fatt, Ugo Mifsud Bonnici kien sar President ta’ Malta fl-1994 u Carm, b’sens ta’ rġulija, ma riedx jaqbad u jidħol dritt fil-vojt li kien ħalla missieru fit-Tieni Distrett anki biex ma jimplika f’xejn lil missieru li issa kien il-President ta’ Malta. Ugo jżid li meta mbagħad kienet waslet l-Elezzjoni tal-1998, hu kien ilu erba’ snin fil-kariga ta’ President, żmien li matulu hu kien ġie aċċettat minn kulħadd bħala indipendenti u allura – f’dawk iċ-ċirkostanzi – jikkontesta Elezzjoni Ġenerali għall-ewwel darba.

Ġab l-EASO f’Malta

Carm Mifsud Bonnici ta sehem sinfikanti f’ħafna oqsma, b’mod speċjali fejn serva bħala Ministru u Segretarju Parlamentari, jiġifieri fl-oqsma tal-Ġustizzja u tal-Intern iżda hawn, illum, nixtieq insemmi fatt li, sfortunatament, mhux magħruf biżżejjed u li tant hu marbut ma’ Carm. Qed nirreferi għall-mod kif Carm Mifsud Bonnici kien strumentali f’pajjiżna, fl-2011, meta kienet stabbilita l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, bl-isem ta’ EASO, li llum hi magħrufa bħala l-EUROPEAN AGENCY FOR ASYLUM. Aġenzija li f’dawn l-aħħar 13-il sena tat prestiġju u viżibbiltà akbar lil Malta filwaqt li qed tħalli għadd ta’ benefiċċji, inkluż dawk ta’ natura ekonomika. L-għażla ta’ Malta għal din l-aġenzija tal-UE – l-unika waħda f’pajjiżna sal-lum – ma kinetx waħda awtomatika u skontata. Kellha tkun, infatti, il-ħidma assidwa ta’ Carm li, flimkien ma’ tim ta’ uffiċjali Maltin, irnexxielu jwassal biex il-pajjiżi kollha finalment qablu li din l-aġenzija kellha tkun stabbilita f’Malta.

Ħassejt li għandi nsemmi dan l-episodju għaliex, kif għedt, mhux magħruf biżżejjed u, għaldaqstant, fejn ma jkunx hemm it-tagħrif jonqos ukoll ir-rikonoxximent dovut lil min ikun wettaq ħaġa kbira bħal din fl-interess tan-nazzjon kollu.

Iżda jekk hemm xi ħaġa li ġabet lil Carm u lili qrib ta’ xulxin din kienet il-kitba regolari tiegħu fil-gazzetti li għal tul ta’ żmien kont responsabbli tagħhom: IN-NAZZJON u IL-MUMENT. Tista’ tgħid li b’mod ġenerali Carm mexa fuq il-passi ta’ missieru f’din li hi kitba f’dawk il-gazzetti u nistgħu ngħidu li t-tnejn taw importanza lejn dan l-aspett fil-ħidma politika tagħhom. Bħala Editur kelli l-opportunità li jkolli lil Ugo Mifsud Bonnici jikteb kull nhar ta’ Ħadd u, mal-passaġġ taż-żmien, kelli l-istess opportunità min-naħa ta’ Carm. F’dan is-sens Carm ma setax ikollu gwida aħjar. Inħoss li Carm wera ruħu versatili ħafna f’dak li jikteb; ta’ attwalità tant kruċjali f’artikli ta’ opinjoni u, għalija, b’kitba bi prinċipji u b’valuri li jien kont mhux biss komdu bihom iżda wkoll li kienu għalkollox inline ma’ dawk li kont naħseb jien.

Lealtà ta’ valur

Il-kitbiet ta’ Carm fil-gazzetti għadhom għaddejjin sal-lum, prinċipalment bil-Malti iżda mhux dejjem ta’ natura politika u, aktar u aktar, mhux ta’ politika partiġjana li Carm żgur mhux xi dilettant gwapp tagħha. Fis-snin pjuttost twal li għamilt fil-gazzetti ltqajt ma’ tant nies – u b’mod speċjali nies fil-politika – li bdew ukoll dik it-triq ta’ Carm iżda f’xi stadju jew ieħor, min għal raġuni u min għal oħra, waqfu ... qatgħu nifishom. Realtà li għandha valur u hi apprezzata minn numru kbir ta’ qarrejja.

L-idea ta’ Carm li fl-okkażjoni tal-25 sena ħidma parlamentari jiftakar u jfakkar lid-deputati li f’dan l-istess perjodu ta’ żmien ħallew din id-dinja, toħroġ kwalità oħra li tispikka f’Carm ... l-ALTRUWIŻMU.

Sehmu fil-politika hu karatterizzat mhux biss minn dawk li huma issues kbar jew ta’ natura nazzjonali. Forsi mhux kulħadd jaf li Carm hu wkoll deputat li kontinwament isemmi u jġib ’il quddiem il-ħtiġiet tal-eletturi fil-lokalitajiet li jeleġġuh. Deputat li jagħmel għadd sostanzjali ta’ mistoqsijiet parlamentari b’mod regolari u konsistenti fl-interess ta’ ħafna nies. Nifhem li din tal-lejla mhix xi laqgħa biex nibbeatifikaw lil Carm Mifsud Bonnici iżda pjuttost biex nirrikonoxxu l-ħidma ta’ dan il-wieħed minna li għal 25 sena sħaħ, u aktar, ta servizz leali, responsabbli u b’integrità ammirevoli lil Malta u lill-Maltin. Nirringrazzjawh, nagħtuh ġieħ għal dak kollu li wettaq, u nawgurawlu biex bl-għajnuna t’Alla – li tant hu importanti f’ħajtu – ikompli jagħti l-kontribut tiegħu f’dan il-Parlament u lill-pajjiż inġenerali.

Grazzi Carm.

GĦAJNUNA LIL GAZZETTI

16562. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ngħatat għajnuna lill-gazzetti stampati tul dawn l-aħħar sentejn, liema għajnuna kienet intenzjonata biex tagħmel tajjeb għaż-żieda fil-prezz tal-karta fis-suq internazzjonali? Jista’ jgħid ukoll għaliex il-gazzetta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li hija l-eqdem gazzetta f’Malta, (l-ewwel edizzjoni ħarġet f’Settembru tal-1928) li fuq skala nazzjonali għandha udjenza akbar minn uħud mill-gazzetti li ħadu l-għajnuna, qatt ma gawdiet minn dawn l-għotjiet?

 

20/02/2024

 

ONOR. ROBERT ABELA:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6650.

 

Seduta  212

28/02/2024

SANTA LUĊIJA – TRIQ IL-ĠNIEN – XOGĦLIJIET FUQ BLOKK TA’ APPARTAMENTI

16561. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: Jista’ l-Ministru jgħid f’liema blokok tal-Gvern fi Triq il-Ġnien f’Santa Luċija ser jiġu rranġati l-intercoms mingħajr spejjeż għar-residenti? X’manutenzjoni ser issir jew biħsiebha ssir fuq barra, peress li qed jiġu kkaġunati ħsarat fuq ġewwa minħabba li qegħdin fi stat ħażin ħafna? Peress hemm ħafna bibien ma jingħalqux, mhux biss minħabba l-intercom imma wkoll minħabba s-serratura, jistgħu jsiru installazzjonijiet mill-ġdid tal-bibien ta’ barra fejn hemm bżonn, biex tittejjeb is-sigurtà?

 

20/02/2024

 

ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura sabiex isiru tiswijiet fil-komun hija li wieħed mill-inkwilini jirreġistra rapport permezz ta’ telefonata lill-Customer Care tal- Awtorità tad-Djar. Fil-preżent ma hemm l-ebda talba pendenti mir-residenti tal-blokok imsemmija.

 

Seduta  212

28/02/2024

ĦAL TARXIEN – TRIQ ID-DEJMA - XOGĦLIJIET

16109. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul din is-sena hijiex ser tkun lesta l-aħħar parti ta’ Triq id-Dejma Ħal Tarxien dik fid-direzzjoni tal-Fgura?

 

06/02/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  212

28/02/2024

 

ĦAL TARXIEN – TRIQ ID-DEJMA - XOGĦLIJIET

16108. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul din is-sena hijiex ser tkun lesta l-aħħar parti ta’ Triq id-Dejma Ħal Tarxien dik fid-direzzjoni tal-Fgura?

 

06/02/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta m’għandhiex ippjanat xogħlijiet infrastrutturali fl-immedjat fi Triq id-Dejma Ħal Tarxien.

 

Seduta  212

28/02/2024

ĦAL TARXIEN - TRIQ IL-KURUNELL MAS - XOGĦLIJIET

16107. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Kurunell Mas ġewwa Ħal Tarxien hijiex ser tiġi msewwija u magħmula lura f’kundizzjoni tajba billi hija triq frekwentata ħafna?

 

06/02/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  212

28/02/2024

ĦAL TARXIEN - TRIQ IL-KURUNEL MAS - XOGĦLIJIET

16106. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Kurunel Mas ġewwa Ħal Tarxien hijiex ser tiġi msewwija u magħmula lura f’kundizzjoni tajba billi hija triq frekwentata ħafna?

 

06/02/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq il-KurunelMasshija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Hal Tarxien ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom. Ix-xogħolijiet jikkonsisti f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa.

 

Seduta  212

28/02/2024

ĦAL TARXIEN - TRIQ IL-WITJA - XOGĦLIJIET

16105. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Witja ġewwa Ħal Tarxien hijiex ser tiġi msewwija u magħmula lura f’kundizzjoni tajba billi hija triq frekwentata ħafna?

 

06/02/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien illi li din it-triq saret fi snin riċenti u skont l-istess Kunsill il-kundizzjoni tagħha hija waħda tajba.

 

Seduta  211

27/02/2024

ĦAL TARXIEN - TRIQ IL-WITJA - XOGĦLIJIET

16104. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Witja ġewwa Ħal Tarxien hijiex ser tiġi msewwija u magħmula lura f’kundizzjoni tajba billi hija triq frekwentata ħafna?

 

06/02/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

 

Seduta  211

27/02/2024

IL-BELT VALLETTA – LIFT PUBBLIKU LI MHUX JAĦDEM

16103. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-lift pubbliku li hemm ħdejn City Gate ftit ’il bogħod mill-Parlament fil-Belt Valletta ilu xhur ma jaħdem u dan b’inkonvenjent għal diversi persuni?

 

06/02/2024

 

ONOR. CLAYTON BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-daħla tal-Belt hemm żewġ lifts – wieħed li minn City Gate jagħti għal ħdejn il-flats, u ieħor li minn Ġnien Laparelli jagħti għal ħdejn l-entratura tal-Parlament.  Id-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru tat-Turiżmu hija responsabbli tal-lift li hemm biswit il-Parlament.  Il-ħsara ġiet individwata mill-inġiniera u huwa previst li dan il-lift jerġa’ jibda jaħdem appena tasal il-“part” neċessarja mill-Ġermanja.

 

Seduta  211

27/02/2024

IL-BELT VALLETTA – LIFT PUBBLIKU LI MHUX JAĦDEM

16102. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-lift pubbliku li hemm ħdejn City Gate ftit ’il bogħod mill-Parlament fil-Belt ilu xhur ma jaħdem u dan b’inkonvenjent għal diversi persuni?

 

06/02/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Jista’ l-Onor Interpellant ikun iktar speċifiku għal liem lift qed jirreferi.

 

Seduta  211

27/02/2024

IL-BELT VALLETTA – LIFT PUBBLIKU LI MHUX JAĦDEM

16101. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-lift pubbliku li hemm ħdejn City Gate ftit ’il bogħod mill-Parlament fil-Belt, ilu xhur ma jaħdem u dan b’inkonvenjent għal diversi persuni?

 

06/02/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  211

27/02/2024

IX-XGĦAJRA - TRIQ ALOF DE WIGNACOURT

16100. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa effettivament sabiex issir Triq Alof De Wignacourt, fix-Xgħajra?

 

06/02/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma li saret fi Triq Alof De Wignacourt kienet saret parti minn proġett ħolistiku, li jinkludi wkoll Triq Ħaż-Żabbar, fix-Xgħajra, liema proġett ġie jiswa b’kollox EUR536,782.54.  Ix-xogħlijiet li saru jinkludu t-tqegħid ta’ servizzi tal-ilma tax-xorb, tad-drenaġġ, telkomunikazzjoni, tqegħid ta’ bankini u bini mill-ġdid tat-toroq.

 

Seduta  211

27/02/2024

IL-BIĊĊIET GĦANDHOM JINĠIEBU LURA

1. Ftit snin ilu, fl-1994 Gianni Baget Bozzo (1925-2009) kien ippubblika ktieb bl-isem Cattolici e Democristiani. Un’esperienza politica italiana. Wieħed mimli riflessjonijiet meħuda fil-kuntest ta’ dak li kien qiegħed iseħħ wara l-waqfa tal-Partit Demokratiku Kristjan fl-Italja. Wieħed li kien qiegħed jinkiteb f’ċirkostanzi partikolari, dawk marbuta mal-formazzjoni tal-Partit Popolari ta’ Mino Martinazzoli u dak taċ-Centro Democratico Cristiano ta’ Pier Ferdinando Casini, Francesco d’Onofrio u Clemente Mastella. Ħsibijiet u ideat li forsi llum għandhom iktar rilevanza milli fil-mument li nkitbu. Aktar u aktar għax il-qasma ta’ dak il-partit kbir fiċ-ċentru moderat tal-politika Taljana fetaħ it-triq għall-formazzjoni politika ta’ dak li kellu jibni Silvio Berlusconi.

Il-pożizzjoni

2. Baget Bozzo jgħid sewwa hekk, fost oħrajn: “Non c’è problema più antico del rapporto tra il Cristiano e la politica.” (M’hemmx problema iktar antika mir-rapport bejn il-Kristjan u l-politika.) Għadda ż-żmien, u fil-fatt hekk għadhom l-affarijiet, salv dejjem kif taffrontahom u toħroġ minnhom. Imma dak kien wieħed uniku għax il-partit tal-Kattoliċi, li kien ifforma ruħu u mexxa b’suċċess il-pajjiż kien għaddej minn diffikultajiet. Huwa jgħid hekk: “Si è cochiusa una parte rilevante nella storia del nostro Paese: quella segnata dalla centralità e della egemonia del partito cattolico.” (Ingħalqet parti rilevanti mill-istorja tal-pajjiż: dik marbuta maċ-ċentralità u l-egemonija tal-partit Kattoliku.) Ingħalqet fażi interessanti li ċertament, kif jgħid tajjeb Marco Follini (1954) huwa u jirrifletti fil-ktieb sabiħ tiegħu Democrazia Cristiana. Il racconto di un partito, ma ngħatatx u ma tingħatax spazju u rikonoxximent għal dak li wettqet.

Illum

3. Il-bnedmin li ġew iffurmati u li kienu parti mid-Democrazia Cristiana Taljana u li baqgħu fil-politika huma fil-preżent imxerrda f’formazzjonijiet politiċi varji. Hemm minnhom fil-Gvern u hemm ukoll fl-Oppożizzjoni. Ilkoll, b’xi mod, jispiraw ruħhom lura lejn dak li kien u dak li għaddew minnu. Diversi għadhom, b’xi mod, marbuta mal-mexxejja u l-kurrenti l-antiki. Iktar u iktar illum meta ġew ippubblikati diversi kotba li fihom hemm ħafna iktar informazzjoni ta’ x’wassal għal deċiżjoni u mhux għal oħra. Dawn l-aħħar għaxar snin huma miżgħuda minn dan għal min irid ikompli jaħseb u jeżamina sewwa u f’kemm jista’ dettall dak kollu li seħħ. Hu x’inhu, minn dak li naqra ngħid li hemm żewġ elementi partikolari. Fuq waħda l-għarfien li sar ħafna ġid, u ma hemm xejn żbaljat li wieħed jidentifika l-passat jew il-preżent tiegħu ma’ dawk l-ideat politiċi. Fuq l-oħra hemm forma ta’ nostalġija sabiex dik il-forza ċentrali u moderata li fiha l-Kattoliċi u d-Demokratiċi Nsara jiġu lura sabiex jikkomponuha. Ideat li qegħdin hemm u li nafu li saru u għadhom isiru diversi attentati biex jinbeda dan il-proċess.

Ftit iktar

4. F’dan, iktar u iktar fil-fatt li bil-mewt ta’ Berlusconi, il-partit tiegħu Forza Italia qiegħed fil-fażi fejn irid ifittex identità u pożizzjoni differenti. Ma jistax jibqa’ l-partit identifikat kompletament miegħu. Min-naħa l-oħra wieħed irid jimxi b’kawtela lejn fejn ser tieħu d-diversi li ngħaqdu fis-snin. Din kienet u f’ħafna hija l-isfida li Antonio Tajani (1953) għandu quddiemu. F’ħafna rnexxilu jżomm il-komponenti interni f’daqqa u jaġixxi sabiex iġib oħrajn minn barra lura miegħu. Huwa, bl-istil moderat u mingħajr esaġerazzjoni tiegħu, fil-kungress li fih ġie elett kap ġdid tal-partit kien qal hekk: “Mi sento una grande responsabilità sulle spalle. Non sarò mai Maradona ma ce la metterò tutta per allargare questo movimento.” (Inħoss responsabbiltà kbira fuq spallejja. Mhux ser inkun qatt bħal Maradona, imma ser nagħmel l-almu tiegħi kollu sabiex inkabbar dan il-moviment politiku.)

Sfida xejn faċli

5. Din hija l-isfida xejn faċli li għandha rilevanza mhux biss billi żżomm il-partijiet interni f’daqqa, imma wkoll li ġġib lura lil dawk li ħarġu u li qabdu toroq oħra. Il-ġurnalista Anna Maria Greco tikteb f’Il Giornale tal-Ħadd, u fuq dan tgħid hekk: “Tajani ora deve tenere il partito unito e insistere sul fatto che la sua gestione di Forza Italia sarà democratica, non verticistica, aperta all’ascolto di tutte le componenti.” (Tajani issa jrid iżomm il-partit magħqud u jinsisti fuq il-fatt li t-tmexxija tiegħu tal-partit tkun waħda demokratika, mhux minn fuq għal isfel, imma waħda miftuħa biex tisma’ lill-partijiet kollha.) Ngħid fuq dan li ċertament Tajani għandu, u bena, l-esperjenza politika neċessarja sabiex ikompli jwettaq dan kollu. F’dawn ix-xhur ġabar aktar il-partit f’daqqa u l-vot fuqu kien ukoll akkumpanjat minn ġabra ta’ persuni li ser jgħinuh. Ilkoll ġejjin minn ħdan il-partit u lkoll aċċettati internament u mogħtija vot sħiħ ta’ fiduċja. Partit verament li qiegħed ifittex l-għaqda mhux fil-faċċata, imma wkoll fid-dinamika interna.

Il-futur

6. F’dan verament, ir-responsabbiltà m’hija faċli xejn. Imma hemm vojt politiku li ilu jinħass minn meta spiċċa l-Partit Demokratiku Kristjan. Forsi f’dan ukoll, diversi kwistjonijiet interni li kienu qamu u li kienu ilhom għaddejjin is-snin, issa bdew jintesew. Dan jiftaħ iktar l-ispazju politiku għalih. Għax hemm votanti li mhux qed jivvutaw li jistgħu jinġiebu lura. Hemm dawk li mhux neċessarjament qed jivvutaw għall-partiti l-oħra tal-lemin li jistgħu jinġiebu lura biex jieħdu sehem attiv. Iktar u iktar meta qiegħed jiddikjara li jrid jifetaħ iktar għad-djalogu ma’ soċjetà li tidher li nbidlet, li però għad għandha nostalġiji passati. Ħidma xejn faċli, imma sabiħa. Waħda li Demokratiku Kristjan bħalu jista’ jwettaq. Waħda li anki f’pajjiżna trid tiġi verament ikkultivata. Waħda li nittamaw li minnha nistgħu niddikjaraw u naraw li l-biċċiet għandhom jinġiebu lura.

DISKORS TAL-ONOR. ANĠLU FARRUGIA, SPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI, WAQT IT-TNEDIJA TAL-KTIEB - CARM MIFSUD BONNICI - 25 SENA FIL-PARLAMENT MALTI

Politiku ta’ very jrid juri l-irġulija ma’ sħabu, mal-kollegi u mal-popluL-Ispeaker Anġlu Farrugia - 7 ta' Frar 2024


Jien nibda biex ngħid li skont iz-zokk il-fergħa. Ta’ età żgħira ħafna kelli x-xorti li nsir naf lil Dr Ugo Mifsud Bonnici. Forsi jkun hawn min jgħidli: “Kif sirt tafu lil Dr Ugo Mifsud Bonnici jekk kont żgħir ħafna?”

Jien missieri kien spiżjar, kellu spiżerija l-Imġarr u darba qala’ ċitazzjoni u qabbad lill-Avukat Ugo Mifsud Bonnici. Dakinhar kienet l-ewwel darba li ltqajt ma’ missierek, il-President Emeritu, li nsellimlu minn hawnhekk.

Konna morna Bormla u ddefendih. Missieri kien weħel ħames xelini – dak iż-żmien kien hemm il-Maġistrat Gouder – għaliex kellu l-isem tal-ispiżerija ‘Spiżerija Mġarr’ minflok ‘Imġarr Pharmacy’. Dan kien fl-1962 meta ma konniex għadna sirna indipendenti. L-Avukat Ugo Mifsud Bonnici kien appella u l-kawża waqgħet għaliex aħna mbagħad sirna indipendenti. Jien lil Dr Ugo Mifsud Bonnici bqajt nirrispettah għaliex kont nammira l-mod kif jaġixxi ma’ kulħadd.

Waħda mill-affarijiet li kont nammira f’missierek – u għalhekk għidt skont iz-zokk il-fergħa – kienet li bħala avukat dan litteralment ma kien iħallsu ħadd, dak li ngħidulu l-pro bonum ta’ kważi kulħadd.

Meta bdejt nikber missieri reġa’ kellu bżonn l-Avukat Ugo Mifsud Bonnici fuq każ ieħor għax ommi kienet ħabtet bil-karozza l-Imsida. Dak iż-żmien kont is-Seminarju u mort nixhed quddiem il-Qorti, fi Triq il-Merkanti.

U din kien baqa’ jsemmihieli anke meta sirt Spettur u kellu wkoll lill-Ministru Ugo Mifsud Bonnici bħala l-Ministru tiegħi. Forsi jkun hawn min jgħidli: Se titkellem fuqu u mhux fuq Dr Carm Mifsud Bonnici? Se niġi għalik, Carm.

Ġie l-Papa Ġwanni Pawlu II, staħbew xi nies fil-Knisja ta’ Bormla, fetħu n-niċċa, ħarġu l-Kunċizzjoni, ad insaputa ta’ kulħadd il-Papa ried jimxi wara l-Kunċizzjoni u nqala’ pandemonju. Niftakar li Dr Ugo Mifsud Bonnici kien inkwetat u qalli: “Il-Papa qed jifraħ bil-Kunċizzjoni.”

Issa ħalli niġi għal Dr Carmelo Mifsud Bonnici. Kif għedt diġà: skont iz-zokk il-fergħa. L-irġulija li kellu Dr Ugo Mifsud Bonnici mhux biss ma’ sħabu, mhux biss mal-kollegi, imma mal-poplu Malti kollu, wiritha ibnu Carmelo. Jien segwejtu lil Carmelo Mifsud Bonnici. Niftakru dieħel fil-Parlament fl-1998, eżattament f’Jum il-Vitorja, it-8 ta’ Settembru. Intom tiċċelebraw il-Kunċizzjoni, imma l-Vitorja għenitek tidħol fil-Parlament.

Niftakar ukoll li dak iż-żmien kont Chairman tal-Kumitati. Dak iż-żmien kien hemm Michael Bonnici bħala Deputy Speaker, imma inti kellek ix-xorti li tmur il-Qorti filgħodu, imbagħad tiġi waqt li jkun hemm il-battibekk, meta jkun hemm il-vot.

Jien ma kellix dik ix-xorti bejn l-1996 u l-1998. Kien hemm Michael Bonnici bħala Deputy Speaker, kont Chairman tal-Kumitati, imma dak iż-żmien is-sitwazzjoni kienet differenti. Kellna lill-Perit Dom Mintoff jaqbeż u jastjeni, eċċ. u rightly so, Dr Eddie Fenech Adami – insellimlu minn hawnhekk, illum jagħlaq sninu – kien bagħat għal Michael Bonnici u kien qallu: “Inti taf li jekk trid tagħmel ruling, trid tivvota for the Motion, jiġifieri trid tivvota mal-Gvern biex tkompli d-dibattitu?”.

Niftakar li kien ġie fuqi Michael Bonnici jitriegħed – Alla jaħriflu – u qalli: Anġlu, ippresiedi int. Allura jien lanqas stajt immur il-Qorti. Kelli nuża l-casting vote għal 26 darba biex ovvjament il-mozzjoni tibqa’ miexja. Jien ammirajt lilek, Carmelo, apparti x-xogħol tiegħek. Nista’ nikkwota biss dak li semma Evarist Bartolo li verament analizza tajjeb il-parti saljenti, meta inti għedt hekk: “F’dawn is-snin tgħallimt aktar u aktar napprezza dawk id-Deputati li jkolli madwari kif ukoll aktar il-passi ebsin li diversi ħadu qabli fil-Parlament. Il-politika tgħallmek li deputati oħrajn huma l-għażla tal-poplu u ma jistgħux jiġu mċekkna jew imwarrba għaliex ma taqbilx magħhom jew għaliex b’xi mod idejquk. Jekk int fid-demokrazija trid tapprezzali kull deputat huwa parti minn dik l-inkarnazzjoni tal-vuċi tal-elettorat, jekk trid taħdem sew u sservi sew lil ħutek li vvotawlek, trid timxi f’dan il-kuntest uniku u ċertament mimli sfidi.”

Dan kollu huwa kif għandu jkun u kif għandha titħaddem id-demokrazija. Inti ovvjament għażilt ħamsa jew sittali ħallewna u għamilt sew. Jien nista’ nsemmi tlieta minnhom li kont nafhom, fosthom li Dr Ċensu Tabone.

Ovvjament ma lħaqtux fil-Parlament imma lħaqtu jpoġġi fl-ispiżerija ta’ missieri, l-Ispiżerija Vilhena, fejn kien tabib tal-għajnejn. Il-karattru ta’ Ċensu kien li jinsa l-politika u jara kif jagħmel il-ġid, tant li fis-sajf kien imur fil-missjoni jopera b’xejn. Lil missieri kien jgħidlu: “Jien għandi dan ix-xahar ma niġix il-clinic.” Aħna konna naħsbu li mar fuq vaganza, menti kien imur jopera volontarjament.

Semmejt lil Guido de Marco; naqqaxtu eżatt. Hawnhekk bilfors irrid nitkellem fuq Guido. Jien kont viċin Guido, kemm meta kont fil-Korp tal-Pulizija u kont għamilt ħafna xogħol miegħu kif ukoll fil-politika. Guido kien il-persuna, kif semmejtu int eżatt, li bilfors tasal f’kompromess miegħu għaliex kien jemmen li inti tista’ tagħmel xi ħaġa u tlestiha u allura kien jinvesti fik.

Niftakar lill-Perit Dom Mintoff jibgħat għalija – ma ninsewx li dawn kienu żminijiet diffiċli – u jgħidli: “Lil Guido kellimtu? X’qallek?” Dan għaliex dan kien persuna li kif għedt, kont tista’ tasal f’kompromess miegħu.

Ovvjament semmejt karattri oħrajn. Nispiċċa dawn il-kelmtejn tiegħi billi nsemmi lil Peppino Cassar, bniedem ġentlom u persuna korretta, persuna bħalek – għaliex jien segwejt anke l-aħħar artiklu tiegħek ta’ Enrico Berlinguer – għaliex inti ma toqgħodx lura milli tipprova tifhem anke lil min ma jaqbilx miegħek jew lil min ma taqbilx miegħu, għax tista’ tieħu l-ġid mingħandu.

Jien insegwihom l-artikli tiegħek, u Chris qalli li jaqrahom imma naħseb mhux Chris biss jaqrahom l-artikli tiegħek. Semmejt il-ktieb C’era una volta Enrico Berlinguer ta’ Veltroni. U Peppino Cassar, bejn l-1996 u l-1998, ilħaqtu l-Parlament, għamel Aġġornament u tkellem fuq ħsibijiet xellugin biex jipprova jasal f’abbokkament man-naħa l-oħra tal-Kamra.

Dak huwa l-politiku serju u dak huwa Carmelo Mifsud Bonnici.

27.2.24

ĦAL GĦAXAQ - PALM

15651. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il palma ntilfet matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala l-Bumunqar Aħmar tal-Palm (Red Palm Weevil) f’Ħal Għaxaq u kemm oħrajn ġodda ġew mħawwla?

 

25/01/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontroll tal-Bumunqar Aħmar ma jaqax taħt id-dekasteru li responsabbli minnu. Bara minn hekk, infurmata li fil-lokalità msemmija, ma jirriżultax li hemm siti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li minnhom intilfu xi siġar tal-palm. Fejn sar tħawwil ġdid, dan ma kienx jinkludi siġar tal-palm iżda speċi oħra bħal Ċipress, Ħarrub, Rummien, Virgi, Rand, Ballut u Prinjol.

 

Seduta  210

26/02/2024

MARSAXLOKK - PALMI

15650. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il palma ntilfet matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala l-Bumunqar Aħmar tal-Palm (Red Palm Weevil) f’Marsaxlokk u kemm oħrajn ġodda ġew mħawwla?

 

25/01/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontroll tal-Bumunqar Aħmar ma jaqax taħt id-dekasteru li responsabbli minnu. Bara minn hekk, infurmata li fil-lokalità msemmija, ma jirriżultax li hemm siti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li minnhom intilfu xi siġar tal-palm. Fejn sar tħawwil ġdid, dan ma kienx jinkludi siġar tal-palm iżda speċi oħra bħal Ċipress, Ħarrub, Rummien, Virgi, Rand, Ballut u Prinjol.

 

Seduta  210

26/02/2024

ŻEJTUN - PALM

15649. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il palma ntilfet matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala l-Bumunqar Aħmar tal-Palm (Red Palm Weevil) fiż-Żejtun u kemm oħrajn ġodda ġew mħawwla?

 

25/01/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontroll tal-Bumunqar Aħmar ma jaqax taħt id-dekasteru li responsabbli minnu. Bara minn hekk, infurmata li fil-lokalità msemmija, ma jirriżultax li hemm siti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li minnhom intilfu xi siġar tal-palm. Fejn sar tħawwil ġdid, dan ma kienx jinkludi siġar tal-palm iżda speċi oħra bħal Ċipress, Ħarrub, Rummien, Virgi, Rand, Ballut u Prinjol.

 

Seduta  210

26/02/2024

SANTA LUĊIJA - PALM

15648. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il palma ntilfet matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala l-Bumunqar Aħmar tal-Palm (Red Palm Weevil) f’Santa Luċija u kemm oħrajn ġodda ġew mħawwla?

 

25/01/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontroll tal-Bumunqar Aħmar ma jaqax taħt id-dekasteru li responsabbli minnu. Bara minn hekk, infurmata li fil-lokalità msemmija, ma jirriżultax li hemm siti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li minnhom intilfu xi siġar tal-palm. Fejn sar tħawwil ġdid, dan ma kienx jinkludi siġar tal-palm iżda speċi oħra bħal Ċipress, Ħarrub, Rummien, Virgi, Rand, Ballut u Prinjol.

 

Seduta  210

26/02/2024

ĦAL TARXIEN - PALM

15647. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il palma ntilfet matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala l-Bumunqar Aħmar tal-Palm (Red Palm Weevil) f’Ħal Tarxien u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?

 

25/01/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontroll tal-Bumunqar Aħmar ma jaqax taħt id-dekasteru li responsabbli minnu. Bara minn hekk, infurmata li fil-lokalità msemmija, ma jirriżultax li hemm siti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li minnhom intilfu xi siġar tal-palm. Fejn sar tħawwil ġdid, dan ma kienx jinkludi siġar tal-palm iżda speċi oħra bħal Ċipress, Ħarrub, Rummien, Virgi, Rand, Ballut u Prinjol.

 

Seduta  210

26/02/2024

FGURA - PALM

15646. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il palma ntilfetmatul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala l-Bumunqar Aħmar tal-Palm (Red Palm Weevil) fil-Fgura u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?

 

25/01/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontroll tal-Bumunqar Aħmar ma jaqax taħt id-dekasteru li responsabbli minnu. Bara minn hekk, infurmata li fil-lokalità msemmija, ma jirriżultax li hemm siti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li minnhom intilfu xi siġar tal-palm. Fejn sar tħawwil ġdid, dan ma kienx jinkludi siġar tal-palm iżda speċi oħra bħal Ċipress, Ħarrub, Rummien, Virgi, Rand, Ballut u Prinjol.

 

Seduta  210

26/02/2024

26.2.24

X'JAĦSEB LI SER JIEĦU?

1. Dħalna fit-tieni sena fl-isqaq li l-oċċident jinsab fih. Illum inqumu biex niftakru li fl-24 ta’ Frar 2022, il-Federazzjoni Russa ddeċidiet li tinvadi l-pajjiż ġar tal-Ukrajna. Niftakru f’dawn ix-xhur twal li minnhom ħsara biss ħarġet. Imwiet, tkissir, devastazzjoni ġenerali u fl-aħħar mill-aħħar kollox jidher wieqaf, b’daqqa naħa u daqqa oħra timxi kilometri fuq l-avversarju tagħha. Iktar gravi f’dan kollu hu l-proċess ekonomiku fejn l-infiq huwa dejjem iktar qawwi fl-armamenti mad-dinja kollha. Il-kontra tal-ispirtu sħiħ ta’ dak kollu li l-Ġnus Magħquda tirrappreżenta. Il-kontra tal-esperjenza kiefra li t-Tieni Gwerra Mondjali tat. Il-memorja kollettiva u ċara, li minnha kien hemm identità komuni biex nimxu lejn soċjetà bbażata fuq aktar ġustizzja u paċi.

M’hemmx waqfien

2. Waqt li nisimgħu bi trattattivi sabiex il-kunflitt f’Gaża jieqaf, u jidher li hemm sinjali li jafu jwasslu lejn ftehim, hawnhekk le. Kull naħa qed tistenna l-mument meta tista’ tiddikjara li hija “rebbieħa” fuq l-oħra. Imma l-eventi ta’ dawn l-aħħar erbgħa u għoxrin xahar juru li dan diffiċli ħafna biex jiġi dikjarat. Jekk ma jibdiex, b’aktar serjetà, il-proċess lejn ftehim is-sitwazzjoni ser tkun iktar ikkumplikata. Hemm il-mument meta, fuq naħa jew oħra, l-impenn u d-determinazzjoni jieqfu. Mhux biss, imma hemm dejjem fir-riskju li l-pożizzjoni tiġi ferm iktar ikkumplikata. Iktar pajjiżi jiddaħħlu direttament fil-kunflitt. L-armamenti ma jirraġunawx ladarba jiġu sparati, u fejn ser ikunu qed joqtlu ħadd ma jaf. Imma fil-frattemp ħadd mhuwa jieħu wisq. Anzi, hemm iktar diffikultajiet u problemi li qed jiżdiedu.

Spiċċaw diversi tamiet?

3. F’dan hemm in-nuqqas tad-dinja demokratika fi ħdan il-Ġnus Magħquda li tifhem il-pożizzjoni. Wisq bnedmin mhux jirrealizzaw li l-ispirtu ta’ tiġdid u tama li din l-organizzazzjoni irrappreżentat issa, f’dawn is-sentejn, qed tonqos u tissogra li tintilef. Hemm dejjem lok għal riformi interni li jistgħu jsiru. Imma fuq in-naħa l-oħra hemm l-impass ta’ pajjiżi li jirnexxilhom iwaqqfu dak li għandu jsir. Fl-1995, rapport ikkummissjonat biex iħares lejn il-futur f’dan kien iddikjara: “We start from a positive assumption. We see that human creativity and invention have made the conditions of life across a good portion of this planet far better than they were fifty years ago. A majority of people today enjoy a standard of living considerably superior, in material terms at any rate, to that of their grandparents. The regions of the world and their peoples, still widely separated only yesterday, face the future as a community drawn ever closer by shared ideas, by communication, by economic exchanges, and we believe, by a common yearning for freedom and peace.

Hemm element ta’ konvenjenza

4. L-għan komuni lejn il-paċi u l-libertà fid-dinja llum, wara kważi tletin sena, irid jiġi eżaminat quddiem din il-prova kbira. Irid jiġi aċċettat li dak li raw, kitbu u ffirmaw Richard von Weizsacher (1920-2015) u Moeen Qureshi (1930-2016) ma seħħx f’dan iż-żmien. Mhux mhuwiex kapaċi jseħħ, imma li preżentement hawn wisq diffikultajiet. L-ewwel f’dan jidher li d-dinja qed tnaqqas mill-pajjiżi li jħaddnu u jħaddmu livell kostanti ta’ demokrazija. Għandna wisq tentazzjonijiet li jeħduna l-bogħod minn dik is-soċjetà li kull bniedem fid-dinja għandu dritt fundamentali għaliha. It-tieni f’dak li qiegħed biċċa biċċa, fost numru ta’ mexxejja jiżviluppa f’forma ta’ konvenjenza. Komdi fil-pożizzjoni sakemm jibqgħu jżommu l-poter f’idejhom. Komdi jistennew, mingħajr l-inizjattivi li għandna bżonn biex id-dinja terġa’ tiġi lura għall-paċi.

Il-gwerer iġibu oħrajn

5. F’dak ir-rapport kien ingħad li meta l-potenzi jingħaqdu u jikkonverġu fl-interess li jkun hemm il-paċi, il-benefiċċji jikbru. Il-ġid soċjali, ekonomiku u kulturali jikber kif dawn jiġu f’daqqa. Hekk kien qiegħed sejjer, biċċa biċċa, jseħħ. Dik kienet id-direzzjoni fl-isfidi varji li missejna magħhom. Imma meta flok dan wieħed jerġa’ jmur lura lejn il-misħuta gwerra, is-sitwazzjoni tinbidel. Iġġib l-eżempju żbaljat u miegħu dak li jħajjar oħra b’ras kbira biex huma wkoll jibdew kunflitti f’reġjuni oħra. Aktar ma l-armamenti jiġu manifatturati, aktar ikunu fil-qabda mondjali u hemm uħud jaqgħu għat-tentazzjoni li mhux biss jixtruhom, imma jużawhom. Proprju f’dan iġibu gwerer oħrajn magħhom.

Soluzzjoni

6. Proprju f’dan huwa mill-iktar żbaljat min qiegħed fid-demokrazija li flok joqgħod attent li ma jinġibidx f’dan, imur warajh. Pajjiżna għandu valur uniku fin-newtralità dikjarata u li tista’ tiġi ipprattikata b’mod intelliġenti. M’għandux għalih innifsu valur li jingħaqad f’organizzazzjonijiet militari. Jista’ jkun li jkollhom oħrajn, imma ċertament mhux aħna. Diskors fil-kontra jibqa’ biss diskors vojt. Jibqa’ dak li flok iġib il-paċi jaqbad it-triq ta’ iktar ġlied. Mhux biss juri li min qalu m’għandu ebda idea tal-istorja li għaddejna minnha flimkien mad-dinja libera. Konna u bqajna l-bogħod mid-dittatorjati. Nittama li ħadd ma jrid, issa, minflok imur fid-direzzjoni kuntrarja. Ingawdu li aħna. Naħdmu f’dak li aħna biex nibdlu s-sitwazzjoni. Inkunu fil-kurrent kuntrarju u nwasslu lejn l-isforzi neċessarji biex ikun hemm ftehim.

Riżultati

7. Il-punt prinċipali f’dan kollu huwa li wieħed irid jaċċetta li t-tmiem tal-kunflitt fl-Ukrajna għandu effetti differenti. Fil-Federazzjoni Russa, kif il-gwerra ma tibqax għaddejja, Vladimir Putin (1952) irid jaffronta r-rabja interna. Dik li ġejja mill-fatt li ma kienx hemm raġuni biex daqshekk ulied Russi jitilfu ħajjithom. Mhux biss, imma mhuwiex ser ikun hemm it-tkabbir ekonomiku li wieħed jista’ jaħseb, iktar u iktar meta llum l-imbuttar ġej mill-manifattura tal-armi. Il-post-kunflitt huwa dak ta’ iktar faqar u kumplikazzjonijiet soċjali. M’hemmx futur f’dan, u proprju għalhekk iktar ma titkompla l-gwerra iktar hija konvenjenti għall-ġerarkija Russa. Fuq l-oħra, Volodymyr Zelenskyy (1978) fid-demokrazija li kibret jaf li fil-paċi jista’ jiddependi fuq l-istess fondi li qed jirċievi iżda minflok f’armi jirċevihom f’ġid materjali. Għandu dan il-prospett iktar probabbli mill-ieħor li wkoll jidħol fl-Unjoni Ewropea. Mhux biss, imma issa ser jinqatgħu iktar ir-rabtiet antiki u tradizzjonali mar-Russja post-Sovjetika.

Fl-aħħar tal-jum

8. F’dan kollu wieħed irid jistaqsi: x’jaħsbu li ser jieħdu magħhom dawn il-mexxejja dittatorjali? X’riżultati ġieb Putin, salv iktar imwiet għal żewġ popli li fir-realtà huma parti mill-istess influwenzi kulturali? Ġieb tkissir, tifrik, tberbiq u indikazzjoni ċara li fit-tiranniji m’hemmx futur. Din hi l-istorja kostanti tad-dinja. Iktar u iktar fil-bżonn li vuċijiet dissidenti, flok jiġu tollerati jridu jiġu eliminati. Il-mewt ta’ Alexei Navalny f’dawn il-jiem hija indikazzjoni iktar ċara li m’hemmx futur f’din it-triq. Il-poplu Russu m’għadux maħkum minn żmien l-Unjoni Sovjetika. Huwa wieħed kapaċi jifhem li hemm toroq oħrajn għalih. Poplu Nisrani u li huwa mimli kultura. Ċert li huwa stess qed jistaqsi: x’jaħseb li ser jieħu?

 

22.2.24

ĦAL GĦAXAQ – SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ

15639. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Ħal Għaxaq u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

 

25/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq illi s-siġar relattivi jinżabru skont il-bżonn.

 

Intant infurmat mill-istess Kunsill li huwa prattikament impossibbli li tingħata figura tan-numru tas-siġar taż-żebbuġ li jinsabu fil-lokalità madanakollu infurmat li l-ammont mhuwiex wieħed żgħir.

 

Seduta  208

20/02/2024

ĊIMITERJU TAL-ADDOLORATA - MONITERAĠĠ FUQ OQBRA ABBANDUNATI JEW DELAPIDATI

15638. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex isir moniteraġġ fuq oqbra abbandunati jew delapidati jew li qed jagħmlu ħsara lill-oqbra oħrajn fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid? Jekk iva, jista’ jingħata rendikont ta’ dak li qiegħed isir?

 

25/01/2024

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Ninsab infurmat li ma jsirx monitoraġġ ta’ oqbra hekk indikati bħala abbandunati jew delapidati fiċ-ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid.  Dan għax dawn l-oqbra huma privati u għaldaqstant ikkunsidrati bħala responsabbilità tas-sidien jew werrieta tal-qabar.  Minkejja dan, meta l-uffiċċju tal-Amministrazzjoni tad-Dfin ikollu l-informazzjoni dwar xi ħsara li tkun qed issir, u jkollu l-kuntatt tas-sidien jew werrieta tal-qabar privat, dawn jiġu nfurmati dwar is-sitwazzjoni sabiex tiġi rranġata mill-aktar fis possibbli. 

Fir-rigward tal-oqbra komuni, il-manutenzjoni ssir mill-kumpanija li tmexxi l-Addoloratta bħala parti mill-konċessjoni li ngħatat lil din l-istess kumpanija fl-4 ta’ Frar 2019.

Ninsab infurmat ukoll illi hemm stanti fejn oqbra jiġu ssiġillati fuq xewqa tas-sidien kif ikun indikat fit-testmenti rispettivi tagħhom.  Ikun hemm stanti oħrajn fejn jew ma jibqgħax werrieta, jew il-werrieta ikunu siefru u għaldaqstant tali oqbra ma jibqgħux jintużaw mill-familjari.

 

Seduta  208

20/02/2024

FGURA – SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ

15637. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi fil-Fgura u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

 

25/01/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninsab infurmata li fil-lokalità msemmija, l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir m’humiex responsabbli għall-immaniġġjar ta’ siti fejn hemm imħawla siġar taż-żebbuġ.

 

Seduta  208

20/02/2024

FGURA – SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ

15636. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi fil-Fgura u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

 

25/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura illi siġar taż-żebbuġ fil-lokalità tal-Fgura hemm madwar 70. 

 

Infurmat ukoll mill-istess Kunsill li bħala żbir isir skont il-perjodu neċċessarju ta’ bejn Ottubru u l-aħħar ta’ Frar, meta s-siġar ikun bla frott, filwaqt li bħala tisqija, din issir regolarment skont il-bżonn.

 

Seduta  208

20/02/2024

ĊIMITERJU TAL-ADDOLORATA - XOGĦLIJIET

15635. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ restawr qegħdin isiru fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata, f’Raħal Ġdid u jingħata rendikont ta’ dak li qiegħed isir?

 

25/01/2024

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Ninsab infurmat illi mill-2019 sa’ llum, tlesta’ r-restawr fuq dawn il-partijiet fiċ-Ċimterju tal-Addolorata hekk kif indikat hawn taħt:

·               Mezzanin tal-kustodju

·               Mezzanin tal-Amministrazzjoni

·               Loġġa

·               Ossarji

·               Depost

·               Kappella Gatt

·               Kamra mortwarja u ex-kamra tal-awtopsji u ex-kamra tal-għassies

·               Ex-diviżjoni profana

·               Il-ħajt diviżorju li jdawwar iċ-ċimiterju

·               Turġien prinċipali li wasslu mill-loġġa sal-Kappella

·               Ġibjetta

·               Kamra tal-għassies ma’ ġenb l-entratura ta’ wara

·               Via Crucis

·               Monument tas-Sette Giugno

·               Is-salib tal-entratura u x-xogħol gotiku tal-binjiet prinċipali

·               L-ossarji ġenerali tal-komun

·               Il-kripta (sotto la cappella)

 

Dawn li ġejjin huma lista’ ta’ xogħlijiet ta’ restawr li għaddejjin bħalissa u li huwa skedat li jitlestew sal-aħħar tas-sena, dawn jinkludu:

·               L-entratura prinċipali minn naħa ta’ Raħal Ġdid

·               Il-Kappella prinċipali taċ-ċimiterju

·               Glasis (Retaining Walls)

·               L-entratura li tagħti għal bypass ta’ Santa Lucia minn naħa ta’ wara taċ-ċimiterju

 

Seduta  208

20/02/2024

ŻEJTUN - SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ

15634. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi fiż-Żejtun u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

 

25/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun illi s-siġar fiż-żoni pubbliċi u ġonna jinżabru u jingħataw l-attenzjoni neċessarja skont il-bżonn.

 

Intant infurmat mill-istess Kunsill li huwa prattikament impossibbli li tinghata figura tan-numru tas-siġar taż-żebbug li jinsabu fil-lokalità madanakollu infurmat li l-ammont mhuwiex wieħed żgħir.

 

 

Seduta  208

20/02/2024

SANTA LUĊIJA - SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ

15621. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Santa Luċija u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

 

25/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li l-kuntrattur tal-Kunsill responsabbli mill-ġonna u s-soft areas jieħu ħsieb l-arbuxelli, siġar u pjanti li huma mxerdin mal-lokalita’, inkluż is-siġar taż-żebbug. Dan jinkludi anke ż-żbir tal-istess siġar skont il-bżonn.

 

Intant infurmat mill-istess Kunsill li huwa prattikament impossibbli li tingħata figura tan-numru tas-siġar taż-żebbug li jinsabu fil-lokalita’ madanakollu infurmat li l-ammont m’huwiex wieħed żgħir.

 

Seduta  205

07/02/2024

RAĦAL ĠDID - TRIQ FR. CHARLES PLATER

15620. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena huwiex previst li Triq Fr. Charles Plater, f’Raħal Ġdid issir mill-ġdid, billi ma tinsabx fi stat tajjeb bl-użu kostanti tagħha?

 

25/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  205

07/02/2024

ĦAL TARXIEN - SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ

15619. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Ħal Tarxien u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

 

25/01/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninsab infurmata li, fil-lokalità msemmija, l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir m’humiex responsabbli għall-immaniġġjar ta’ siti fejn hemm imħawla siġar taż-żebbuġ.

 

Seduta  205

07/02/2024

ĦAL TARXIEN - SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ

15618. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Ħal Tarxien u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

 

25/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien illi is-siġar taż-żebbuġ jinżabru skont il-bżonn.

 

Infurmat ukoll li hemm madwar 40 siġra taż-żebbuġ fil-ġonna u areas pubbliċi.

 

Seduta  205

07/02/2024

RAĦAL ĠDID - TRIQ FR. CHARLES PLATER

15617. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena huwiex previst li Triq Fr Charles Plater, f’Raħal Ġdid issir mill-ġdid, billi ma tinsabx fi stat tajjeb bl-użu kostanti tagħha?

 

25/01/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

 

Seduta  205

07/02/2024

WIED-IL-GĦAJN - OPEN AIR GYM - XOGĦLIJIET

15478. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Open Air Gym li hemm fil-Bajja ta’ San Tumas f’Wied-il-Għajn huwiex ser jiġi rranġat?

 

23/01/2024

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  205

07/02/2024

21.2.24

SOĊJETÀ MĦALLTA

1. Fil-ħidma li l-politiku jmiss magħha jsib ruħu jifhem il-bnedmin li jgħix magħhom u li huwa mitlub jirrappreżenta. Jekk jinqata’, jew naqtugħ, mill-persuni li jridu l-għajnuna nkunu qed niżbaljaw. Kull deputat għandu jsir jaf il-bnedmin li jivvutawlu u għala jagħmlu dan. Għall-kuntrarju ta’ dak li jingħad, il-maġġor parti jivvutaw mhux għax ser jieħdu “xi ħaġa” lura, imma għax jidentifikaw ruħhom miegħu. Mal-ideat tiegħu, mal-valuri li jħaddan u mal-azzjonijiet politiċi li jwettaq. Hemm min jitlob l-għajnuna. Hemm min ikun ġenwin u li jifhem il-pożizzjoni. Hemm ukoll min, kif jgħidu, ikun wiċċu tost. Imma l-esperjenza politika turik li l-bnedmin, fil-maġġoranza tagħhom, huma ġenwini. Nies b’qalbhom tajba, li jfittxu li jwettqu l-ġid lill-proxxmu aktar milli lilhom infushom.

Tul il-ġimgħa

2. Ħsibt iktar dwar dan tul dawn l-aħħar sebat’ijiem. Iltqajt ma’ diversi ta’ ideat differenti, imma li lkoll iridu, fil-fond ta’ qalbhom u bl-intelliġenza, li jagħmlu l-ġid. Iridu li l-affarijiet isiru aħjar għax jixtiequ dinja aqwa fejn jgħixu. Ħafna minnhom huma kommessi jwettqu ħidmiet varji għall-oħrajn fis-soċjetà. Ibda minn għaqdiet differenti u kompli direttament f’dak li huwa personali. Bnedmin li jgħinu bnedmin oħra kontinwament. Jitilqu minn dak li għandhom, mill-ftit ħin ta’ mistrieħ tagħhom sabiex jiddedikaw ruħhom għall-oħrajn. F’varjetajiet kbar. Ma ninsiex dak il-funeral li kont mort għalih tant snin ilu u nsib li l-ġirien kienu ġabru bejniethom biex jieħdu ħsieb jidfnu persuna bħalhom li kienu jafu li ma kellha lil ħadd jiġi minnha u li anqas kellha mezzi. Il-knisja kienet mimlija bi bnedmin, imma l-iktar kienet mimlija b’rispett u mħabba lejn dik l-opra ta’ karità tant nobbli li kienu qegħdin iwettqu f’daqqa.

Kienet tagħlima

3. Ċertament tgħallimt li hemm parti sew mill-komunità tagħna li tipprattika dak li temmen fih. Erġajt missejt ma’ dan tul din il-ġimgħa waqt żewġ funerali. Iż-żewġ predikaturi fakkruna fil-ħajja u fil-mument meta niġu msejħa. Biss, it-tnejn iddeskrivew mill-qrib l-atti ta’ ġenerożità li kienu twettqu. Ħafna azzjonijiet tajba ma’ bnedmin oħra li kienu qegħdin f’mumenti diffiċli. Fil-mard, fis-sofferenzi varji, fin-nuqqasijiet, l-iktar direttament fis-solitudni li l-bnedmin isibu ruħhom fiha għal raġunijiet varji. Atti altruwisti mhux sabiex ikun hemm ħlas lura għalihom iżda li anzi jsiru proprju biex ma jitħallsux lura. Indipendentement minn dak li naqraw fil-ġurnali hemm dawk li huma tajba, u mhumiex ftit. Tajba fil-kelma u fl-azzjoni. F’dawn is-snin li ilni nimxi fl-esperjenza politika ma nqastx li niltaqa’ ma’ dawn il-karattri.

Mhux ċiniku

4. Ħafna bnedmin huma mmirati għat-tajjeb. Hemm min, però, fil-ħajja jsib, imiss u jduq il-qrusa. Iebsa ħafna. Diversi jsibu ruħhom suġġetti tal-azzjonijiet żbaljati ta’ oħrajn. Daqqa frott l-għira, daqqa l-mibegħda u daqqa tal-frott tal-ġenn uman. Ħafna, fil-morr iebes jinbidlu u jibdew iħarsu lejn id-dinja u lejn dawk ta’ madwarhom b’mod mill-iktar ċiniku. Ħasra kif, f’dan, il-ħażen jipprova u jirnexxilu jaħkem lil dawk li huma l-iktar twajba. Jibbiesu u ma jkunux iridu jafdaw lilhom infushom għax jaħsbu li jekk ser iċedu, ser ilaqqtu aktar. F’dan hemm proċess twil lura mill-velenu li ħaddieħor jisqik. Hemm żmien twil biex tiġi lura bħala bniedem li trid tagħmel il-ġid lill-oħrajn. Il-bniedem jgħaddi minn prova li f’parti tbasktu, inkella f’oħra li tipprova tkissru. Huma f’dawn it-toroq li l-bnedmin twajba, b’missjoni ċara, iwettqu d-differenza.

Napprezzawhom

5. Din is-soċjetà hija mħallta fil-karattri, talenti u abbiltajiet tal-bnedmin. Imma, fil-verità, timxi ’l quddiem mertu ta’ dawk li jwettqu opri tajba. Dawk li jiddedikaw ħafna mill-ħin tagħhom biex jagħmlu l-ġid. U l-ġid joħroġ biss mit-tajjeb u mhux mill-ħażin. Hija lezzjoni tal-ħajja li tiġi fuq kull persuna li minnha jagħraf li meta jsiru atti fit-triq tal-banalità tal-ħażen ma jitwieled xejn sew. Proprju f’dan, l-isforz kollettiv tagħna għandu jkun dak li naġixxu fuq din il-linja t-tajba. Naqbdu d-direzzjoni tas-sewwa, mhux biss f’dak li rridu nwettqu, imma aktar fil-metodu li bih dan għandu jsir. Għad għandna wisq bnedmin li jaħsbu li ser ‘javvanzaw’ jekk jaqbdu l-ħsieb li l-għan jiġġustifika l-aġir żbaljat tagħhom. Proprju aktar f’dan li għandna napprezzaw aktar lil dawk li jagħżlu li ma jwettqux aġir simili.

Ġustizzja Soċjali

6. F’dan, ċertament, wieħed ma jidnibx jekk japprezza l-ħidma li hi għaddejja mill-kollegi parlamentari l-Onor. Ivan Bartolo u l-Onor. Katya Degiovanni. Dak li qed jagħmlu hija inizjattiva li ħaqqha attenzjoni. Mhux biss, jew aħjar, sempliċement għall-fatt li żewġ deputati ta’ partiti differenti qegħdin jaqbdu dan, imma l-iktar fis-suġġett li għażlu. Wieħed li fid-dinja politika attwali ma tarahx daqshekk fl-aġenda tagħha li taqbad. Mentri fil-fatt hija. Għax għandna soċjetà mħallta fil-ġid materjali għad għandna bnedmin li jsibu ruħhom fid-diffikultajiet finanzjarji u dawk li jsibu ruħhom ’l bgħid mis-soċjetà, fqar fil-kumpanija. Il-ġustizzja hija għodda kontinwa għad-dispożizzjoni tagħna. Hija dik li biha tgħin lill-bnedmin jieħdu lura d-dinjità tagħhom.

Mhux kwistjoni ta’ flus

7. F’dan, iktar u iktar hemm il-punt li m’aħniex f’soċjetà li bil-flus issolvi l-inġustizzji soċjali. Dawk huma rilevanti sakemm huma parti minn proċess sabiex tirrispetta lill-bniedem innifsu. Tirrispettah f’dak kollu li huwa. Fil-bżonn li jħossu validu u rilevanti ma’ bnedmin oħrajn. Ma nemmnux fil-liġi tal-eliminazzjoni ta’ dawk li huma inqas b’saħħithom. Ma nemmnux f’soċjetà li tippermetti li l-bniedem jiġi degradat, li jitqiegħed fil-pożizzjoni ta’ oġġett li tista’ tiskartah jew tarmih. Proprju l-kontra, l-umanità tagħna, iċ-ċiviltà li nħaddnu, dik Nisranija titlob li ma nħallux bnedmin fl-irkejjen tas-soċjetà, abbandunati. Aħna mħallta verament. Fuq naħa għandna lil dawk li jaħsbu li huma affluwenti u li ma tantx iridu jitħalltu mal-oħrajn. Fuq l-oħra dawk li qegħdin iġarrbu fis-silenzju l-umiljazzjoni u l-velenu tal-istkerrija fis-soċjetà. Trid iktar biex tinbidel.

Għarfien

8. L-inizjattiva hija tajba minnha nfisha. L-ewwel għax qed iġġib is-suġġett għad-dibattitu. Hemm għarfien soċjali, politiku u kulturali li f’dan qiegħed jinbena. Hemm bżonn li jsiru jafuh, speċjalment dawk li jridu jwettqu l-ġid imma li ma jafux biżżejjed kif u quddiem liema sfidi soċjali jridu jimpenjaw ruħhom. It-tieni, għax billi tiddiskuti dan tista’ tasal biex tibni stat soċjali aktar modern u aktar rilevanti għall-bżonnijiet ta’ dawk li jeħtieġu l-għajnuna. L-iktar li tibni stat soċjali mil-lenti ta’ dawk li mhumiex segwaċi tas-suq li jsuq. L-iktar minn dawk li huma viċin id-duttrina soċjali tal-Knisja, li tant hija mimlija b’għerf. Nittama, f’dan, li ħadd ma jipprova jwaqqaf dan il-proċess. Inħares ’il quddiem sabiex f’din is-soċjetà mħallta nibnu pedamenti u proposti li jġibu l-bidla, sabiex il-Ġustizzja Soċjali ma tonqosx.
 

ŻEJTUN - SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ

15633. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi fiż-Żejtun u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

 

25/01/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninsab infurmata li, fil-lokalità msemmija, hemm siġra taż-żebbuġ imħawla f’sit li jaqa’ taħt il-kuntratt tal-landscaping li tiġġestixxi Ambjent Malta. F’dan il-każ, id-Dipartiment jagħmel il-monitoraġġ meħtieġ sabiex jassigura li l-kuntrattur jaqdi l-obbligi tiegħu u jindokra lil din is-siġra kif titlob is-sengħa.

 

Seduta  207

19/02/2024


 

RAĦAL ĠDID - TRIQ IL-VITTMI TAX-XOGĦOL

15632. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena huwiex previst li Triq il-Vittmi tax-Xogħol, f’Raħal Ġdid senjatament l-aħħar parti tagħha, issir mill-ġdid, billi ma tinsabx fi stat tajjeb bl-użu kostanti tagħha?

 

25/01/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

 

Seduta  207

19/02/2024

MARSAXLOKK - SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ

15631. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess. li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Marsaxlokk u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

 

25/01/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninsab infurmata li, fil-lokalità msemmija, hemm siġra taż-żebbuġ imħawla f’sit li jaqa’ taħt il-kuntratt tal-landscaping li tiġġestixxi Ambjent Malta. F’dan il-każ, id-Dipartiment jagħmel il-monitoraġġ meħtieġ sabiex jassigura li l-kuntrattur jaqdi l-obbligi tiegħu u jindokra lil din is-siġra kif titlob is-sengħa.

 

Seduta  207

19/02/2024

MARSAXLOKK - SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ

15630. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess, li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Marsaxlokk u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?

 

25/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk illi l-Kunsill bħalissa għandu ġardinar full-timeli jieħu ħsieb iż-żbir tas-siġar taż-żebbuġ.

 

Infurmat mill-istess Kunsill Lokali li bħalissa hemm 116-il siġra taż-żebbuġ fiż-żoni Pubbliċi f'Marsaxlokk.

 

Filwaqt li infurmat mill-Kunsill Lokali rispettiv illi l-aħħar żbir kien f’Settembru tal-2023, infurmat ukoll li ż-żbir li jmiss se jkun fi Frar 2024.

 

 

Seduta  207

19/02/2024

RAĦAL ĠDID - TRIQ IL-VITTMI TAX-XOGĦOL

15629. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena huwiex previst li Triq il-Vittmi tax-Xogħol, f’Raħal Ġdid senjatament l-aħħar parti tagħha, issir mill-ġdid, billi ma tinsabx fi stat tajjeb bl-użu kostanti tagħha?

 

25/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  207

19/02/2024

WIED IL-GĦAJN - SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ

15628. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid jekk kemm-il darba tingħatax kura u attenzjoni neċessarja lis-siġar taż-żebbuġ senjatament iż-żbir tal-istess li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Wied il-Għajn u jekk jistax jiġi indikat kemm hemm effettivament siġar taż-żebbuġ?


25/01/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Project Green hija responsabbli mill-Park tal-Familja f’Wied il-Għajn li fih hemm 83 siġra taż-żebbuġ. L-uffiċjali tal-Aġenzija jagħtu kura lil dawn is-siġar flimkien ma’ siġar u arbuxelli oħrajn li jinsabu f’dan il-park, li tinkludi monitoraġġ regolari tas-siġar biex issir tisqija skont kif meħtieġ u tingħata attenzjoni partikolari lil dawk is-siġar taż-żebbuġ li għadhom mhux  maturi. Fost miżuri oħrajn li jittieħdu biex jiġu mħarsa s-siġar hemm dik li ssir żabra annwali fil-perjodu adegwat.

 

Seduta  207

19/02/2024


INTERVISTA MINN JOE MIKALLEF WARA T-TNEDIJA TAL-KTIEB 'CARM MIFSUD BONNICI - 25 SENA FIL-PARLAMENT MALTI'

Il-politika mingħajr ideoloġija tieħdok f’toroq żbaljati – Id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici, li għadu kemm nieda l-ktieb ‘Carm Mifsud Bonnici – 25 sena fil-Parlament Malti’ – Intervista minn Joe Mikallef, li dehret f’Il-Mument tal-Ħadd, 18 ta’ Frar 2024

“Jekk m’għandekx diġà l-konvinzjonijiet politiċi tiegħek sodi fik tispiċċa titkaxkar u ssib ruħek bla kap jew kuda. Issib li m’għandekx boxxla, la soċjali u lanqas kulturali.”

“Issib ruħek il-bogħod mill-ġustizzja soċjali li tant jibqa’ jkollna bżonn.”

“Nammetti li l-formazzjoni li kelli fi ħdan il-Moviment taż-Żgħażagħ tal-Partit u l-qari li żammejt wara servewni biex nagħraf li d-Demokrazija Kristjana kienet u għadha rilevanti sal-lum. Ħafna soluzzjonijiet billi ħarist lejn id-duttrina soċjali tal-Knisja, u sibt bilanċ ta’ moderazzjoni li għadhom iservuni. Nittama li dan il-ktieb jgħin biex iktar bnedmin jagħrfu li, jekk ma jkunux hekk iffurmati, jiftħu l-irwiefen tal-populiżmu u l-estremiżmu varju.”


Hekk stqarr miegħi d-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici li fil-jiem li għaddew nieda l-pubblikazzjoni ‘Carm Mifsud Bonnici – 25 sena fil-Parlament Malti’.

Għal din l-okkażjoni ħsibt li nitkellem fit-tul ma’ Carm Mifsud Bonnici, li hu kontributur regolari bil-pinna tiegħu fil-ġurnali tagħna u niżvilupa din l-intervista li, fil-verità, fiha ħafna x’wieħed jomgħod:

Kellek diġà kotba oħra li ppubblikajt u dan huwa s-sitt wieħed. X’wasslek għal dan?

Domt naħseb fuq jekk għandix nidħol għal dan il-proġett. Staqsejt lili nnifsi x’inhuwa l-messaġġ li għandi ngħaddi bih. Aktar u aktar għax il-kotba ta’ qabel kellhom ġabriet tajbin ħafna tal-artikoli li nikteb u li ktibt. F’dan iżda ħassejt li għandu jkolli mira prinċipali u sempliċi: dik li nfakkar u nfaħħar ħidmet id-deputat Malti. Dan għax nara wisq diskors kontra tiegħu. Anke jekk kien hemm min ma jġibx ruħu sewa, xorta dan ma jfissirx li l-maġġoranza mhumiex persuni li jservu u servew b’onestà u b’integrità. L-eċċezzjonijiet mhumiex ir-regola.

Fil-ktieb inti tgħid li saret inġustizzja u trid tirrettifikaha. Biss trid taċċetta li kien hemm każijiet ta’ deputati li ma aġixxewx sewwa.

Iva, imma għandna nqegħdu kollox fil-perspettiva tiegħu. Fuq naħa m’għandniex inqegħdu lil kull persuna fl-istess kalatura. Fuq in-naħa l-oħra għandna nifhmu kemm huwa importanti d-deputat fid-demokrazija u kemm huwa essenzjali li t-tajbin jiġu għad-dawl. Sija fil-ħidma tagħhom imma l-iktar fis-sustanza ta’ dak li qed jgħidu. Qiegħed immur kontra l-kurrent, ċertament, għax nagħraf li ġiet żviluppata klima u arja fejn il-ħsieb huwa li għandna nkerrħu u nibdlu s-sistema. Ċerti drabi dan ġej ukoll internament mid-deputat il-ġdid li jkun għadu kif ġie elett, li biex jidher aħjar, jew għax jaħseb li ser jiddistingwi ruħu, imaqdar inġustament dak li kien hemm qabel. Ħafna drabi jsir diskors dispreġġjattiv fuq deputati li m’għadhomx iservu u oħrajn li ġew imsejħa għal dinja oħra u għalhekk ma jistgħux jiddefendu ruħhom.

F’dan titkellem ukoll dwar id-deputat li jista’ jidher li “idejn wara l-kwinti li jiddettawlu x’għandu jwettaq fl-interess esklussiv tagħhom”. Xi trid tgħid b’dan?

Ngħid dan għax fuq naħa nara aġenda stramba li filwaqt li tiddikjara ruħha demokratika, trid tara kif tiddisprezza dak li huwa l-frott tal-vot popolari. Ma nistax nifhem kif fil-medja, ċerti vuċijiet huma iktar importanti għalihom mid-deputati li ġew eletti mill-poplu. Anqas kif uħud mid-deputati, meta jgħidu dak li ċerti gazzetti jridu jisimgħu, anki jekk ikun żbaljat jiġi rappurtat u oħrajn jiġu injorati. Ninkwieta ruħi f’dan u nara kemm deputati tajba verament fil-ħsieb u fl-imġieba, fl-onestà u integrità spiċċaw imkerrħa. Diversi sofrew li ma ġewx ri-eletti meta kien ħaqqhom li jiġu. Il-pajjiż sofra dawn it-telfiet ta’ bnedmin li kienu kapaċi jesprimu l-vuċi u l-polz popolari. F’dan, forsi għax ilni nosserva u nqis sewwa, nara li hemm żewġ forom ta’ aġendi: l-ewwel li telimina lil ċerti persuni, u t-tieni li tkerraħ il-klassi politika sħiħa.

Biss, f’dan nistaqsik: x’jista’ jsir mill-klassi politika?

F’din il-linja tant ċara għalija ħassejt f’dan li għandi naqbeż għal dawk kollha li ġew qabli u li naf kemm servew tajjeb. Ma kinux perfetti, u liema bniedem huwa hekk? Għalkemm f’dan, ħafna li mhumiex deputati dan huwa li jippretendu minnhom. Jiżbaljaw huma, imma d-deputat ma jistax. U dan nafu għax ħakkejt ħajti magħhom, u naf kemm ħadmu u kemm batew. Bnedmin li saru jafu tajjeb il-kostitwenti tagħhom. Dawk il-persuni li jum wara jum qamu magħhom. Għexu ma dak li ġarrbu, bil-kumplikazzjonijiet kollha li l-ħajja ġġib magħha. Dawk li servewhom u akkumpanjawhom fil-funerali varji li wieħed isib ruħu jattendi. Proprju f’dan, għalhekk, id-demokrazija tagħna tiddependi kemm tibqa’ b’saħħitha. Mingħajr dan, il-membru parlamentari ma jkunx aktar fil-qalb tan-nies. Dak li f’dan il-proċess jagħraf l-esiġenzi tagħhom u fl-istess ħin irid imexxihom ’il quddiem. Nagħraf il-bżonn ta’ iktar tifħir għal dawk li servew qabilna. Nagħraf il-bżonn li nfakkruhom u nagħtuhom ġieħ. Ġieħ lis-sagrifiċċju li wettqu fil-ħin twil iddedikat lill-pubbliku. Fis-sagrifiċċji li l-membri tal-familja, diretta u indiretta kellhom jagħmlu biex iservu. Iktar u iktar illum bit-timbru żbaljat li għaddej tal-persuna pubblika li tidher, għall-banek kummerċjali, bħala xi forma ta’ theddida għal ħidmiethom. F’soċjetà li fuq naħa trid li jkollha iktar deputati u persuni fil-pubbliku nodfa u kapaċi, mentri fuq l-oħra żżid il-piżijiet tad-dellijiet.

Tressqet il-proposta li pajjiżna jsir distrett elettorali wieħed. X’taħseb dwarha? Ma tarahiex li tagħmel sens?

Jiddispjaċini li f’dan ma naqbilx ma’ min irid jintroduċi sistema fejn il-pajjiż isir distrett wieħed. Ma naqbilx għax biha tneħħi, l-ewwel, il-vantaġġ li d-deputat irid isir jaf lill-elettorat tiegħu direttament u t-tieni, tneħħi d-diversità fir-rappreżentanza ta’ bnedmin ġejjin minn partijiet varji tal-pajjiż minn setturi daqshekk ieħor varji. It-tielet, tneħħi l-bilanċ delikat bejn iċ-ċentralizzazzjoni tal-poter tal-partit u dak li l-vuċi elettorali tkun trid. Ir-raba’, tkabbar is-saħħa tal-aspett kummerċjali u tneħħi l-element importanti li aħna għandna demokrazija soċjali u mhux ekonomika, għax hemm jidħlu fatturi mhux biss ta’ politika ta’ partit imma ta’ għażla ta’ preferenza ta’ kandidati li huma favurhom. Din mhux ser iġġib sistema demokratika aħjar, imma agħar.

Biss, f’dan kollu, x’inhija l-prijorità tiegħek?

F’dan għalija rridu naraw kif ser niddefendu s-soċjetà biex ikollha iktar politiċi li, fid-dedikazzjoni tagħhom, jersqu ’l quddiem. Kif ser inġibu aktar bnedmin li lesti li jħallu warajhom il-karriera li jkunu għażlu sabiex iservu lil pajjiżhom. Kif ser naħdmu sabiex nikkoltivaw is-Sens tal-Istat, li semma tant tajjeb l-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Charles Scicluna f’qalb il-bnedmin li jservu. Jekk irridu l-aħjar, irridu nassigurw li nuru li huwa dolce decorum li tagħti ħinek għall-oħrajn. Li huwa sabiħ li tuża l-enerġija tiegħek għall-oħrajn b’ideat għall-ġid komuni. Li hemm il-ferħ li wieħed jista’ jakkumpanja ruħu fih biex jaħdem għall-oħrajn. Dan għandu jkun l-għan tagħna. U huwa f’dan li s-soċjetà tirrikonoxxi aktar il-ħidma ġeneruża, altruwista, tajba u onesta tad-deputat. Proprju għalhekk ġibt lura artikoli li ktibt fuq deputati li dan għamluh kontra kollox. Persuni bħal Jimmy Farrugia, Joe Cassar, Renato Agius Muscat, Michael Bonnici, George Bonello du Puis, Michael Refalo, Tony Abela, Robert Arrigo, Ċensu Tabone, Guido de Marco u diversi oħrajn li nfluwenzawni.

Fil-ktieb titkellem ukoll fuq ħidmietek fil-Parlament. Għala għamilt dan?

Iva, ħassejt li għandi nfakkar, u fl-istess ħin nuri kemm kull deputat huwa kapaċi jservi lil pajjiżu. Għażilt li nsemmi lista ta’ liġijiet li ppilotajt u li ġibt fis-seħħ. Bħal dik li ntroduċiet l-ittra uffiċjali eżekuttiva, li din is-sena qabżet il-ħamsa u sittin elf (65,000) li ġew ippreżentati. Inkella t-tisħiħ taċ-Ċentru tal-Arbitraġġ, li għaddej ġmielu. Inkella dik tal-introduzzjoni tat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva, li narah kuljum dejjem iktar sod. Imma ktibt ukoll dwar ħidmieti tul il-gwerra ċivili fil-Libja. F’sitwazzjoni mill-iktar delikata fejn pajjiżna ħa pożizzjonijiet mill-iktar ċari favur id-demokrazija u l-libertà, u fl-istess ħin iggarantejna li għall-bnedmin li nirrappreżentaw kollox baqa’ għaddej, soċjalment u ekonomikament. Tgħallimt ħafna u għandi ferm iktar x’nirrakkonta. Għażilt ukoll li nitkellem dwar sehmi għall-fatt li f’pajjiżna għandna aġenzija Ewropea preżenti. Dik li kienet il-European Asylum Support Office, li llum hija l-European Union Agency for Asylum, ilha hawn mill-2011, meta kont ministru. Parti wkoll mill-wirt politiku ta’ Gvern Nazzjonalista li servejt b’unur fih. Suġġetti li nittama li għada pitgħada jkolli l-ħin biex nikteb iktar u fit-tul dwarhom.

Imma issa li ilek ħamsa u għoxrin sena sservi u ġejt elett sitt darbiet ma’ kull elezzjoni, x’miri għandek quddiemek?

Nammetti li jkun hemm min jistaqsini jekk ma xbajtx inservi u ngħin, u nammetti li nwieġeb li le. Kuljum insib fija l-pjaċir tal-ħidma għall-oħrajn, għall-ġid dirett tal-bnedmin. Ibda minn domanda parlamentari, li tibqa’ verament l-għodda l-iktar qawwija f’demokrazija parlamentari, imwieġba jew le, u kompli bid-diskorsi, bl-interventi u l-kumitati varji. Nara li għad hemm numru sew ta’ punti leġislattivi li nixtieq narahom isiru u għalhekk nibqa’ determinat naħdem sabiex dawn isiru. Hemm ħafna passi li jistgħu jidhru żgħar, imma fil-fatt huma l-iktar li jagħmlu d-differenza u li nixtieq narahom iseħħu. Id-demokrazija tagħna għandha bżonn iktar passi ’l quddiem sabiex inkomplu navvanzawha u nħaddmuha sew. Nittama li l-esperjenza li ġbart tiġi utilizzata għall-ġid tal-bnedmin li irrappreżentajt.

Imma x’inhuwa l-parir tiegħek lid-deputati l-ġodda li daħlu fl-aħħar leġislatura?

Kif irċevejt, jew direttament jew indirettament minn diversi deputati ta’ qabli taż-żewġ naħat tal-Kamra, id-deputat irid jiffurma ruħu tajjeb. Irid jibni ankri interni fih li jassigurawlu l-indipendenza u l-kuxjenza. F’dan, għalhekk, li jkollu kultural politika u l-kultura tal-qari. Hawn wisq il-ħsieb li l-qari huwa żejjed. M’għandekx bżonn, għax kull ma trid biex timxi huwa li tidher f’kemm jista’ jkun postijiet u daqshekk. Għalija, il-politiku t-tajjeb għandu jikkultiva fih qari u kitba. Nagħraf, ċertament, li ninsabu f’soċjetà fejn il-kitba fil-gazzetti mill-politiku m’għadhiex daqshekk qawwija jew prijorità. Mentri fil-fatt għandna nagħrfu aktar li l-politika t-tajba ssir ukoll minn dan il-proċess ta’ ħsieb u dibattitu, li jkun żball jekk ma jkomplix isir. Pajjiżna, jekk irid ikollu iktar politika tajba jrid ikollu iktar deputati li għandhom fihom sens u sustanza. Aktar li jkunu mpenjati ideoloġikament.

Imma f’dinja fejn kulħadd qiegħed imur kontra, kif tista’ tadvoka dan?

Il-politika mingħajr ideoloġija hija waħda li tieħdok f’toroq żbaljati. Jekk m’għandekx diġà l-konvinzjonijiet politiċi tiegħek sodi fik tispiċċa titkaxkar u ssib ruħek bħal kap jew kuda. Issib li m’għandekx boxxla, la soċjali u lanqas kulturali. Issib ruħek ’il bogħod mill-ġustizzja soċjali li tant jibqa’ jkollna bżonn. Jekk inħarsu lejn politiċi li l-pajjiż isemmi, bħal Eddie Fenech Adami, Duminku Mintoff, Pawlu Boffa, Sir Ugo Mifsud jagħraf li dawn kellhom valur għax kienu jafu fejn qegħdin ideoloġikament. Mhux fundamentalisti, imma b’pedament sod. Nammetti li l-formazzjoni li kelli fi ħdan il-Moviment taż-Żgħażagħ tal-Partit u l-qari li żammejt wara servewni sabiex nagħraf li d-Demokrazija Kristjana kienet u għadha rilevanti sal-lum. Sibt ħafna soluzzjonijiet billi ħarist lejn id-duttrina soċjali tal-Knisja, u sibt bilanċ ta’ moderazzjoni li għadhom iservuni. Nittama li dan il-ktieb jgħin sabiex iktar bnedmin jagħrfu li, jekk ma jkunux hekk iffurmati, jiftħu l-irwiefen tal-populiżmu u l-estremiżmu varju.

Xi tħares, f’dan kollu, lejn il-futur?

L-ewwel, ippermettili nirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod ħadmu miegħi, u li flimkien wettaqna l-politika t-tajba, kif ukoll lill-familjari tiegħi fis-sagrifiċċji li dan kollu jitlob. Biss, f’dan nagħlaq bil-ħsieb li pajjiżna għandu bżonn ta’ politika tajba dejjem. Illum u għada. Naħdmu għall-preżent u ninvestu fil-futur. Dmirna huwa dak li nikkultivaw li jkollna bnedmin li kapaċi jservu f’din il-linja. Kif fortunatament kellna diversi qabilna, hekk għandu jibqa’ jkollna. Proprju għalhekk ħassejt li nippubblika dan il-ktieb u waqt li nittama li diversi jieħdu eżempju mill-passat, nibqa’ nittama fil-futur sabiex ngħin biex ikun hemm pedament sod għalihom.

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...