29.1.13

Fighting Corruption *


The publication of two draft laws last Thursday (30.9.2010) should serve us as steps that bring us closer, not push us further apart. The draft law that introduces the concept of the whistleblower and the Bill that extensively amends the Permanent Commission Against Corruption Act are the perfect opportunity for both sides of the House of Representatives to unite on a common goal.

This is an opportunity to gain more maturity and let the people know that all sides, government and opposition, stand firmly against illegality and corruption.

Although there are those who might think that at such a time, a party may score cheap political points by accusing the opposing party of wrongdoing such as corruption, in reality it is only belittling the political class as a whole.

Since entering politics, I have tried not to fall into the rut of calling members of the other side corrupt.

First, because I do not believe any honourable member of the House to be corrupt, but rather the contrary I feel that I would be corrupting the democratic fabric itself if I were to call someone corrupt while knowing well that he wasn’t. Second, I firmly believe that Parliament should always be united against corruption and that when we enter into futile political quarrels corruption slips away.

Even though the Opposition might not agree with this because it feels it is losing one of its battle-cries, it must acknowledge that whoever is corrupt would not propose legal measures that would convict him, but rather avoid seeing them through.

I consider it to be a long-term mistake for a party in opposition to dismiss these additional measures. A move in the opposite direction by the opposition would be more beneficial in the current political climate, where more members of the electorate look at us with a sceptical and critical eye and where pedestals and sheer respect are being eroded.

I do not expect praise for these two legal steps through which we are addressing illegal action and corruption in the private, commercial and public sectors, but I think it would be a mistake to quarrel when we should both be contributing to the debate.

We have done our best to draft laws that answer for the complexity of today’s developments. The truth is that a number of laws have been enacted in the past few years that added more checks and balances and these should be brought to the attention of the public by both sides of the House.

It would also be a mistake to give the impression through our criticism that these legal and administrative tools in favour of and at the disposal of the citizen do not exist.

Should we do this, we would be strengthening corruption and illegality because the number of people who see but don’t speak and who want to come forward to blow the whistle will diminish.

Misinformation gives an impression that in itself is counterproductive to our cause because instead of showing that there is a system where whoever commits an act of corruption will ultimately be punished by the law, it makes one think that institutions to deal with this do not exist and that no one will ever be caught.

Now, particularly with the introduction of the Protection of the Whistleblower Act draft bill, there will be an instrument for the employee who witnesses an illegality or irregularity at his workplace to come forward and report it.

This draft act adds in the transparency, accountability, legality and most of all the value of work for employees. It adds to this, firstly because he or she would see changes at the workplace in favour of the environment, working conditions as well as occupational health; and secondly it would add to the stability of employment – the job itself – because it would ensure that the employing company operates according to the law.

This is truly a unique opportunity for Maltese politics. When one side insults the other with corruption, let no one believe that there will only be those who believe that only one side is corrupt.

There will also be, without fail, speculation and rumour surrounding those who did the mud slinging. Without futile quarrels and controversy, we should send the clear message that both sides of the House are united against corruption.

These draft laws were drawn up with utmost seriousness. I therefore appeal that instead of dismissing them, we should join to make sure they become good and direct legal instruments our people and the workforce will feel confident to use.

 * This article was published in the Sunday Times on the 3rd October 2010.

27.1.13

Tajjeb li nibqgħu niftakru




1.         Din il-ġimgħa, partijiet fid-dinja reġgħu fakkru l-Jum tal-Memorja, x-Shoah.  Għaddew tant snin minn dak il-jum meta l-forzi Alleati sabu l-kampi tal-konċentrament Nażisti ta’ Auschwitz u Dachau u xorta nibqgħu soċjetà li tħoss il-bżonn li terġa’ tieqaf tirrifletti.  Għax it-trapass taż-żmien, għalkemm għal ċerti eventi tad-dinja, jservi sabiex inessi, jfejjaq u jirrikonċilja, dan ma jistax jgħodd għal dan il-ġenoċidju.  Kull min jerġa’ jieqaf jirrifletti u jara mill-ġdid u fil-fond id-diversi dokumentarji u kotba li nkitbu ma jistax ma jibqax impressjonat.

2.         L-atroċitajiet, is-sistema djabolika li biha sitt miljun persuna nqatlu ma jistgħux ma jżommukx tieqaf tirrealizza kemm iż-żerriegħa tax-xenofobija, tar-razziżmu u anti-semitiżmu hija perikoluża.  Aġir uman bħal dan theddida għas-soċjetà demokratika, għall-komunità ta’ bnedmin li jridu jgħixu f’ambjent, tessut li jirrispetta d-drittijiet u d-dinjità umana.  Dak li ġara fil-Ġermanja u fl-Italja huma eżempji ta’ kif popli twajba, ħawtiela, onesti bi prinċipji ta’ rettitudni, jispiċċaw jinħakmu minn populisti, persuni fuq il-lemin estrem u japprovaw dak li ma għandhomx.

3.         Dik l-esperjenza umana li għaddew minnha dawn il-pajjiżi Ewropej u li magħhom ġibdu storja sħiħa, eventi sħaħ mondjali li jkun żball kbir jekk ninsew.  Hemm verament bilanċ li soċjetà demokratika huwa mistenni minnha li tilħaq bejn id-dritt tal-libertà tal-espressjoni u, fuq in-naħa l-oħra, l-penalizzazzjoni ta’ diskors li jsir sabiex issaħħan, ixxewwex jew tinkoraġġixxi bnedmin oħra jaġixxu żbaljatament fil-konfront ta’ minoranzi.  Il-libertà tal-espressjoni hija dritt li kollha għandna, però mgħandniex nużawha sabiex inkabbru mibgħeda kontra dawk li mhumiex parti minna.  Dak li trid tgħid hemm diversi modi biex tesprimih.  Għalhekk hemm bżonn l-intervent tal-liġi, mhemmx dubju, u tul din il-ġimgħa fil-Parlament kelli l-opportunità li nressaq emendi għall-Kodiċi Kriminali apposta fuq dan.  Biss dan mhuwiex biżżejjed.

4.         Mhuwiex hekk għax hemm bżonn programm ta’ edukazzjoni u informazzjoni.  Ħidma li l-midja f’pajjiżna hemm bżonn li tagħmel.  L-ewwel, b’iktar dokumentarji, diskussjonijiet u analiżi għax għadni nara li fost il-poplu mhemmx biżżejjed l-għarfien kemm in-Nażiżmu u l-Faxxiżmu kienu żbalji li ma għandhomx jiġu ripetuti.  Għadni niltaqa’ ma bnedmin fuq dawn il-Gżejjer li jaħsbu li kien hemm xi forma ta’ vantaġġ u li anzi d-demokrazija hija b’xi mod lura fil-konfront tad-dittatorjati.  Qisu li d-demokrazija mhix valur, imma sistema inadegwata.  Dan huwa żball ta’ perċezzjoni li hemm in-neċessità li jiġi korrett b’dokumenti, fatti u informazzjoni li ħadd ma jista’ jagħmel b’mod iktar ċar u dirett daqs il-mezzi tax-xandir.  Hemm bżonn li jippreżentaw il-fatti b’mod ċar u li ma jħallix dubju f’ras in-nies.

5.         It-tieni, li nibdew naraw iktar awto-dixxiplina u kontroll minn min jikteb u jirrapporta.  Il-Kodiċi Kriminali huwa strument effikaċi ta’ kif tikkontrolla però huwa iktar faċli li min juża d-dritt li jesprimi ruħu, ma jisparlax.  Mhux biss, imma jkun hemm iktar għarfien da parti tal-edituri li ż-żerriegħa tal-mibgħeda razzjali trid tiġi miżmuma milli tieħu n-nifs, inkella tattakka d-demokrazija.  Huwa fl-interess tagħna li nkomplu ngawdu u nħaddmu l-mekkaniżmi kostituzzjonali li għandna mingħajr ma nitilfuhom.  L-esperjenza tat-Tieni Gwerra Mondjali għandha tfakkarna li d-diskors intolleranti ġieb fix-xejn id-demokrazija, qered diversi ħajjiet u ġieb miegħu straġi sħiħa.

6.         Għalhekk il-jum tax-Shoah mhuwiex sempliċi kommemorazzjoni favur il-Lhud, imma huwa jum tal-umanità kollha.  L-iżbalji qegħdin hemm u huma umani, però m’għandhomx jiġu tollerati għal xi forma ta’ ripetizzjoni tagħhom.  Naħseb li għad hawn min jibqa’ jidħak bih innifsu li ma ġara xejn jekk tħalli persuni fis-soċjetà jesprimu dawn is-sentimenti u nifhem dan għax ċert li ma qrawx u ma jagħrfux x’diżastru jistgħu jġibu.  Hemm bżonn nirreaġixxu u dan fl-ambitu demokratiku tagħna, inkella niġu fi kliem Martin Niemöller (1892-1984).

7.         Kliem li nħoss li għandi nerġa’ nfakkar għax fuqhom tinbena lezzjoni li ma nistgħux ninsew.  Anzi għandna obbligu morali u legali: “In Germany, they came first for the Communists, and I didn’t speak up because I wasn’t a Communist;  And then they came for the trade unionists, And I didn’t speak up because I wasn’t a trade unionist;  And then they came for the Jews, And I  didn’t speak up because I wasn’t a Jew; And then … they came for me … And by that time there was no one left to speak up.”

Id-dritt tal-espressjoni *




1.         Id-dinja llum għandha wisq kuntrasti bejn dik li hija l-verità u dik li l-mezzi tax-xandir jirrappurtaw li hija.  Għad hawn wisq bnedmin li jaħsbu li l-poplu tilef l-abbiltà sħiħa tiegħu li jgħarbel il-fatti sewwa.  Il-kunċett jitwieled mill-ħsieb li hemm xi dritt li tgħid tant li trid li tista’ taħrab dak li huma l-punti prinċipali.  Ġudizzji żbaljati l-ħin kollu jitwieldu b’min jikteb l-aħbar isib ruħu l-ħin kollu maħkum minn dak li qal ħaddieħor.  Ma għandux l-opportunità u ħafna drabi anqas biss ħeġġa sabiex iħaddem il-fakultajiet u t-talenti li għandu u jispiċċa jibbaża ruħu fuq dak li anqas biss ikkunsidra sewwa huwa stess.

2.         Min ma jaqbilx li d-demokrazija hija bażata fuq il-libertà tal-espressjoni, fuq id-dritt li tikteb u tagħti l-ħsibijiet tiegħek fil-miftuħ?  Biss, wieħed jinnota li hemm min qiegħed jaħseb li għandu xi poter jew li jabbuża fl-użu tiegħu jew li jikkontrolla l-opinjoni ta’ ħaddieħor.  Sfortunatament hemm abbuż kontinwu minn persuni li jimmaġinaw li għandhom l-libertà li jiddisprezzaw inutilment lil min ma jaqbilx magħhom.  Flok jidħlu għal proċess ta’ djalogu serju fejn in-naħat jesprimu l-ideat u kull parti tgħarbel dak li jkun qed jingħad, issa għandna min irid jirbaħ l-argument billi jċekknek fix-xejn.  Persuni li ħafna drabi naraw li jsibu lilhom infushom immexxija minn dak li qal ħaddieħor u ma jaħsbux huma stess.

3.         Dan m’huwiex xi fenomenu limitat għall-gżejjer tagħna, iżda huwa mifrux mad-dinja.  Il-verità, numru ta’ drabi, f’dan tigi reġistrata mal-fatt li numru ta’ pajjiżi għad għandhom persuni fi ħdanhom li ma fehmux li d-demokrazija mhix xi sempliċi alternattiva għal sistemi oħra.  Id-demokrazija, speċjalment wara l-aħħar Gwerra Dinjija, ħarġet bħala l-unika sistema li tista’ taħdem u tagħti l-aħjar lill-bnedmin.  Fiha d-dinjità umana tista’ tiġi verament protetta u fiha t-talenti ta’ kull persuna jistgħu jiġu żviluppati.  Ma hemmx mekkaniżmi oħrajn: id-demokrazija biss hija tajba.  Biss biex taħdem kif għandha, trid mhux biss tiġi mħarsa imma titlob li jkun hemm kultura demokratika kostanti.  M’huwiex biżżejjed, kif kien jaħseb Montesquieu, li tibda għax waħdeha tkompli – trid tiġi sostnuta l-ħin kollu.

4.         F’dan l-iżvilupp tal-umanità, l-istrutturi demokratiċi ma mxewx 'il quddiem għax kienu mibnija fuq il-liġi biss, imma ddependew fuq il-prinċipji etiċi li kienu qed isawruhom.  Il-kultura nisranija ma ħallietx id-demokrazija kif kienet ġiet konċepita u mfissra  mill-filosofi Griegi Platun u Aristotile, iżda tagħtiha valur ferm iktar qawwi milli kellha.  Il-kunċett sħiħ tal-istrutturi demokratiċi fl-Ewropa llum mexa proprju minħabba dan il-kontribut u dawn l-għeruq.  Dak li llum huwa aċċettat bħala parti sħiħa tad-demokrazija twieled u kiber proprju minħabba dak li l-prinċipji Nsara taw.

5.         Biss dan il-punt m’huwiex rikonoxxut mill-ħsieb sħiħ modern.  Għalhekk illum qed nassistu għal pożizzjonijiet fejn il-Knisja Kattolika stess, li kkontribwiet attivament għad-demokrazija li għandna, qed issib li l-vuċi tagħha mhix tollerata.  Wasalna fil-punt fejn irid jerġa’ jibda jsir kollox mill-ġdid.  Kull ma jingħad mill-Papa Benedittu XVI jrid jiġi kkritikat b’tant ostilità li jrid jikkumbatti ferm iktar minn ħaddieħor sabiex ikun jista’ jitkellem.  Dawk li wirtuha lesta, mingħajr ma ssieltu għaliha din id-demokrazija qed iġibu rwieħhom b’aġir anti-demokratiku u xejn miftuħ għall-ħsieb.  Ma hemmx suġġett wieħed li jiġi għalihom li almenu jkolhom id-deċenza jippruvaw jifhmu.

6.         Id-dibattitu wieħed jinnota li fil-konfront ta’ dak li temmen Knisja Kattolika qiegħed jiddeġenera f’tgħajjir u disprezz inutili.  Dan huwa żball għax ebda demokrazija ma tista’ tkun li hija tali jekk ma tirrispettax il-proċess lejn il-kisba tal-verità.  Jekk ma hemmx min hu lest li jara dak li qed jingħad mill-vuċi tal-Papa Benedittu XVI, jeżaminah u jidħol fir-raġunijiet li jwassluh lejn l-opinjoni tiegħu jkun qiegħed jiżbalja.  Huwa aġir kontra s-servizz li jitlob stat demokratiku.  Huwa fir-realtà aġir li jmur dijametrikament il-kontra tas-sustanza tad-dritt tal-espressjoni.  Hemm numru ta’ persuni li daħħlu lilhom infushom fil-moda li ma għandekx għalfejn tara dak li qed tgħid il-Knisja għax hija organu ta’ ħsieb tant anzjana li ma għandha tiġi kkunsidrata xejn.

7.         Is-soċjetà moderna tagħna tiżbalja meta tiċħad lilha nnifisha mill-abbiltà li tħares sew l-argumenti qabel tiddeċiedi taqbilx jew le.  Ħadd ma jippretendi li kull persuna għandu jkollha l-istess opinjonijiet fuq kollox, imma li żżomm lill-poplu milli jidħol fil-fond huwa żbaljat.  Ir-realtà li qegħda tiżviluppa titlob però li wieħed jidħol iktar fil-fond fuq in-naħa l-oħra.  Iż-żmien qiegħed jindika li dak li qabel kien aċċettat, illum m’għadux.  Għalhekk ir-rilevanza tal-messaġġ Nisrani qiegħed jitlob iktar minn qatt qabel li wieħed jidħol fi proċess li bih jintwera li hemm loġika, hemm użu tar-raġuni f’dak li jingħad mill-Knisja Kattolika.  Huma għalija partijiet vitali tad-demokrazija tagħna li tibqa’ ħajja, tant li terġa’ tara mill-ġdid u tifhem.  Il-pedamenti tas-sistema hemm qegħdin u jkun żball jekk jintilfu.

* Dan l-artikolu deher fil-Mument fit-20 ta Marzu 2009

L-isfidi l-ġodda *





1.       L-eventi ta’ dawn l-aħħar ġimgħat qed iġibu konsegwenzi xejn faċli għal dawk li jridu jmexxu.  F’daqqa t’għajn rajna li ħafna mill-kunċetti, premessi, ħsibijiet u linji  politiċi u finanzjarji bdejna niddubitaw fuqhom mill-ġdid.  Qed nerġgħu, mingħajr ebda dubbju, nduru u naraw jekk kemm-il darba s-soċjetà tagħna fid-dinja globalizzata hux ser tibqa’ l-istess.  Ngħid li tgħallimna lezzjonijiet li wħud minna ħassewhom rivindikati fuq livell ta’ prinċipju.  Hemm għalhekk il-bżonn li naraw, l-ewwel, kif dan ser jaffettwa lid-dinja moderna u żviluppata; t-tieni, kif ser jolqot lill-pajjiżi li qegħdin fil-kategorija tat-tielet dinja; u t-tielet, kif dan ser jolqot lilna.

2.       Naħseb li dawk li kienu qed iħambqu u jirsistu li l-kapitaliżmu għandu effett veru fuq is-soċjetà meta mhuwiex kontrollat illum qed jindunaw kemm kellhom tort.  Għax fir-realtà l-kollass tas-sitwazzjoni bankarja ħa r-riħ darbtejn u m’hemmx dubju li magħhom hemm ukoll ir-reazzjoni għaż-żieda sproporzjonata fil-prezz taż-żejt u taċ-ċereali.  Kontra dan, jidher li l-ordni kienet li tipprova tbiegħ iktar għax il-ġenerazzjoni tan-negozju żżomm l-ekonomija għaddejja.  L-effett devastanti huwa li minn naħa tad-dinja ħafna pajjiżi marru fl-estrem l-ieħor.

3.       Il-kunċett ta’ privatizzazzjoni ħareġ waħda sew mit-tieqa.  Nibqa’ affaxxinat bil-kwantità kbira ta’ soċjetajiet bankarji li nxtraw u ġew nazzjonalizzati.  Pajjiżi li għamlu ż-żwiemel tal-battalja kontra l-kontroll ta’ l-Istat rendew sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ kontroll li  miegħu ġiebu abbuż.  Kienu jgħiduli hekk, li “l-poter jikkorrompi u li l-poter assolut jikkorrompi assolutament”.  Dan il-poter ingħata lil diversi persuni fin-negozju, speċjalment f’dawk il-korporazzjonijiet multi-nazzjonali li għandhom saħħa ekonomika daqs ta’ pajjiż ieħor.

4.       Kull pajjiż fl-Unjoni Ewropea u barra li ma ħax ħsieb li jkollu, l-ewwel, duttrina li tħaddan il-kapitaliżmu però b’irbit kbir u attent għaliha u t-tieni, li ħadet ħsieb li jkun hemm regolatur effikaċi u nfurmat sab ruħu ffaċċjat bir-realtà li trid tintervjeni.  Jiġifieri, n-nuqqas ta’ intervent passat ġieb il-bżonn ta’ intervent.  Fortunatament f’dan il-pajjiż bnejna strutturi u istituzzjonijiet politiċi u ekonomiċi li qed iservuna.  Għax huwa interessanti kif pajjiż bħall-Islanda, li huwa pajjiż żgħir bħal tagħna, għadda minn esperjenza li ma kienet faċli xejn.

5.       Però huwa iktar vitali li fil-kriżijiet finanzjarji u ta’ natura qawwija hija neċessità li l-forzi politiċi jingħaqdu flimkien.  L-istorja ta’ l-Unjoni Ewropea hija li forzi politiċi, ġejjin minn pajjiżi varji ta’ ideoloġiji differenti, jsibu ruħhom ma’ l-istess mejda jaħdmu għall-istess għan.  Hekk ġara fid-diversi pajjiżi, ibda mill-Istati Uniti u ibqa’ ġew fl-Ewropa.  Il-partiti ingħaqdu sabiex jipproteġu l-kredibilità finanzjarja billi jissudaw dik politika.  Id-dipendenza bejn il-politika u l-ekonomija hija determinanti.  Waħda taħdem ma’ l-oħra, imma d-demokraziji jifhmu li l-libertà ta’ l-operabilità ġġib magħha kontroll.

6.       Dawn huma l-isfidi l-ġodda li rridu nikkunsidraw.  F’kelma waħda, l-attitudnijiet u l-kulturi passati lejn id-duttrini ekonomiċi; u t-tieni, lejn il-konfront politiku parlamentari jridu jiġu modifikati.  Il-globalizzazzjoni nistgħu ma naqblux magħha, nistgħu nippruvaw nirreżistuha, però l-effetti tagħha hemm qegħdin u rridu nwieġbu għalihom.  Anzi, huwa evidenti li dak li jseħħ f’pajjiż fin-negattiv jew bħala tweġiba għal dak li jkun għaddej ħażin jeffettwa immedjatament lill-oħrajn.  L-instabilità esterna kaġunata minn ħwejjeġ varji, fosthom ukoll l-irresponsabbiltà politika ta’ ħaddieħor, tista’ tiġi kumbattuta b’iktar attenzjoni u unità interna.  Il-politiku llum irid jikkonfronta ruħu.  Kull darba jara jekk l-aġir u d-diskors tiegħu jwassalx għal sitwazzjonijiet fejn il-kredibilità finanzjarja u politika titkisser jew titnaqqas.  Dan huwa xenarju li rridu nikkonsidraw.  Naħdmu għall-miri fit-tul u mhux fil-qosor.  Dawn jissudawna u jibnuna.

*Dan l-artikolu deher fil-Mument tat-12 ta Ottubru 2008.

Il-kotba m’humiex bnedmin





1.       Is-sajf, anki dan (għalkemm mimli politika), jibqa’ għal ħafna bħali mument ta’ riflessjoni.  Ħin dedikat għall-analiżi tal-ħajja u għat-tgawdija ta’ l-aspett kulturali tal-bniedem.  Sfortunatament għal dawk li jħobbu jaħdmu jsibu li jħallu ftit ħin sabiex jaqraw jew iżommu rwieħhom viċin id-dinja ta’ l-arti, tal-mużika u tal-qari.  Għalhekk ix-xhur li qegħdin fihom iservu għal dan.  Huma għas-servizz ta’ dawk li jibdew jerġgħu jħossu rwieħhom bnedmin.  Persuni umani li jaħsbu, jirriflettu u fuq dan titwieled fihom ċerta kalma u trankwillità interna.

2.       Inħobb naqra, nammetti, u proprju għalhekk li nsibni f’diversi għelieqi napprezza l-intelliġenza u r-riflessjonijiet ta’ bnedmin aqwa minni.  Nissellef kotba, però l-iktar indur ġewwa għad-diversi oħra li jew xtrajt jew ġbart matul is-snin fil-librerija.  Nammetti li żewġ awturi li ħajruni naqra huma l-franċiż Albert Camus, li kelli x-xorti naqra kitbietu bl-ingliż, taljan u dik oriġinali u t-taljan Cesare Pavese.  It-tnejn kellhom influwenza inizjali fuqi.  Illum nirrikonoxxihom f’dak li kienu però ma baqgħux.

3.       Ftit jiem ilu ġew f’idejja xi kotba tal-Pavese, fosthom librett stampat mill-Einaudi bit-titolu “Saggi Letterari”.  Ġabra ta’ artikoli verament sbieħ li huwa kien kiteb.  Hemm riflessjonijiet fondi li jiftħu bibien ferm isbaħ minn dawk li jidhru fid-djarji tiegħu.  Laqtuni d-diversi kontribuzzjonijiet tiegħu fuq il-letteratura ingliża bħal dawk li niseġ fuq Herman Melville u Joseph Conrad.  L-ewwel minħabba l-valur għoli ta’ sustanza li fihom, li sfortunatament minħabba preġudizzju, jibqgħu ma jaslux f’idejn dawk li jaqraw il-letteratura ingliża; t-tieni għax mingħajr ma naf sibtni naqra dawn l-awturi fil-fond u dan kien qisu qed imur lura għall-għeruq “naturali” li huwa kellu jduru fil-kotba li ħawwel fija.

4.       Hemm f’kull kittieb u persuna li jaqra “għeruq” speċjali li jappartjenu lilu biss.  Iżda din il-ġabra unika f’kull bniedem hija hi stess imsawwra u magħġuna minn “għeruq speċjali” oħra.  Kif inhuwa ċar fil-ktieb sempliċi u dirett ta’ Primo Levi “La Ricerca delle Radici”.  Dan il-lhudi li għadda mill-esperjenza qarsa ta’ Auschwitz jibqa’ msemmi għad-diversi kotba li kiteb.  Għax il-bniedem li bata u għadda minn din is-sofferenza, minn din it-tensjoni umana jrid jesponi lilu nnifsu fil-fond.  Mhux biss għandna l-kotba iżda għandna għad-disposizzjoni tagħna minn liema riflessjonijiet, minn liema influwenzi letterarji dawn ħarġu.

5.       Levi għażel tletin ktieb ta’ tletin awtur li sawruh.  Kif jgħid huwa stess din seħħet mhux b’xi pjan preċiż: “Non ho saputo quegli autori perchè avevano quelle determinate virtù o congenialità; li ho incontrati per opera di fortuna, e le virtù sono venute fuori.”  Interessanti li fosthom insibu silta minn “Moby Dick” ta’ Herman Melville, tradott għal-lingwa taljana minn xejn inqas minn Cesare Pavese.  Ktieb li huwa jiddeskrivi bħala dak li fih dak kollu li hu jistenna li jkollu ġewwa fih ktieb u jgħid: “c’è l’esperienza umana.  I mostri, il mondo reale che si rispecchia in un mondo visionario, la caccia-ricerca sentita come condanna e giustificazione dell’uomo, il pozzo buio dell’animo umano.”  Ikompli billi jiċċita lill-istess Pavese għax it-tnejn jaqblu li dan il-kapolavur huwa “una favola”.  Waħda li fiha: “la ricchezza di una favola sta nella capacità ch’essa possiede di simboleggiare il massimo numero di esperienze.”  Għalhekk il-kitba mhux biss għandha l-għeruq tagħha, però hija stess kaġun ta’ iktar valur u għalhekk iktar għeruq.

6.       Sija Levi kif ukoll Pavese jafdaw lilhom infushom għall-kitba.  Il-kitba bħala strument qawwi ta’ influwenza kif jgħid, taqbel jew le, Pavese: “I libri non sono gli uomini, sono mezzi per giungere a loro:”  Proprju dan l-istrument li jitwieled mill-kelma, mid-diskors, isiru parti sħiħa mill-persuna li trid iċċaqlaq l-ilmijiet tas-soċjetà mhux bl-azzjoni politika jew amministrattiva, iżda bil-ħsieb “għarwien”.  Hemm sens qawwi intern fid-direzzjoni fil-Pavese fuq dan, kif kien qal: “Parlare.  Le parole sono il nostro mestiere.  Le diciamo senza ombra di timidezza o di ironia.  Le parole sono tenere cose, intrattabili e vive, ma fatte per l’uomo e non l’uomo per loro.”

7.       Il-bniedem li jikteb ma huwiex dak li jaqra, imma t-tnejn jinfluwenzaw lil xulxin.  Għax ktieb wieħed ta’ awtur m’huwiex dak il-kittieb sħiħ, anqas forsi l-kotba kollha però dik l-istess kitba li titwieled mill-qalb u l-moħħ tiegħu jixhdu fuq parti sostanzjali mill-valur u s-sustanza li hemm fih.  Għax huwa minnu li l-kitba hija strument, mezz ta’ kif twassal ħsibijiet u tbiddel l-opinjonijiet ta’ l-oħrajn.  Ma hemmx dubbju li fiha l-intoppi tagħha, għax min jagħżel li jinżel u jiddedika l-ħin sabiex mill-moħħ u mill-ħalq jaqleb għall-kitba, jgħaddi minn proċess krejattiv.  Kif jgħid Cesare Pavese: “Il nostro compito è difficile ma vivo.  È anche il solo che abbia un senso e una speranza.  Sono uomini quelli che attendono le nostre parole, poveri uomini come noialtri quando scordiamo che la vita è comunicare.  Ci ascolteranno con durezza e con fiducia, pronti a incarnare le parole che diremo.  Deluderli sarebbe tradirli, sarebbe tradire anche il nostro passato.”

8.       Il-kotba m’humiex bnedmin, però huma huma strumenti.  Mezzi l-ewwel, u wara dokumenti li jixhdu ċiviltà, għerf u riflessjoni.  Prova u ġabra ta’ kliem li  jibqgħu hemm għaż-żmien.  Nemmen dejjem iktar f’dan u fil-bżonn ta’ aktar persuni li jidħlu għall-ħidma diffiċli li tikteb.  B’din it-triq u b’dan il-mezz, il-bniedem li jikteb jikber u jgħin lil ħaddieħor iżid fil-proċess intern tiegħu.  Dak li jaħseb għalih innifsu u jifhem sewwa ħaddieħor x’inhu jgħid.  Nirringrazzjak, Sur Editur, li ppermettejtli nikteb anke fuq dan li jista’ jidher irrelevanti jew traskurabbli għax fil-fatt m’huwiex, anki għal din l-Art żgħira però tant għal qalbna.  Nemmen li l-kotba jistgħu ma jkunux bnedmin, però ċert li huma jsawwruhom u proprju għalhekk li dmir il-kittieb f’kull livell huwa ikbar għax dak li jiżra’ jsibu jikber f’ħaddieħor.

26.1.13

Ġustizzja Riparatriċi*




1.         Kull delitt jeħtieġ li jiġi kkastigat.  Il-ħsara li kull delitt jikkaġuna jeħtieġ tissewwa.  L-ordni fis-soċjetà jeħtieġ li jiġi ristabilit.  L-Istat għandu d-dmir li jfittex lil min wettaq id-delitt, jipproċessah fil-Qrati skond proċeduri ġusti u mbagħad jara li tiġi esegwita s-sentenza tal-Qorti li ġġudikatu.  Wieħed irid jistaqsi jekk dan huwiex biżżejjed.  Biżżejjed li l-ħati jintefa’ l-ħabs?  L-Istat għandu obbligu li jara x’ġara mill-vittma tad-delitt?  L-Istat għandu d-dmir li jara għaliex id-delinkwent żbalja u jgħinu jirripara l-ħsara, jirriforma ruħu u jerġa’ lura fil-komunità, bħala ċittadin li josserva l-liġijiet tal-pajjiż?

2.         Fl-antik, il-Ġustizzja Kriminali kienet immirata l-iktar lejn il-kastig.  Fi żminijiet primittivi, l-kastig kien jintalab mill-vittma jew minn niesu, iktar milli mill-Istat.  Parti mill-avvanz taċ-ċiviltà kien l-ewwel pass li l-komunità ma ħallietx il-vittma u lil niesu jfittxu l-ġustizzja, waħedhom.  Id-delitt jagħmel ħsara lil kulħadd.  Iktar ‘il quddiem, il-liġijiet bdew jagħżlu bejn il-kastig li jingħata mis-soċjetà, li għalhekk tmexxi kontra d-delinkwent, u r-riparazzjoni tal-ħsara lill-vittma, li tħalliet għall-vittma bħala azzjoni ċivili.  Terġa’, wasal iż-żmien ukoll meta fil-ħsieb tal-aħjar leġislaturi, il-kastig beda jitqies mhux biss bħala tpattija u bħala mezz biex ibeżża’ lil min ikun ittantat jikkommetti d-delitt, iżda wkoll bħala mezz ta’ riforma lid-delinkwent.

3.         Illum jidher ċar li mhux biżżejjed li l-Istat jikkastiga bil-ħabs jew bil-multa lil min jikkommetti delitt.  L-Istat jeħtieġ jindaħal iktar biex barra milli jipprovdi Korp tal-Pulizija biex iżomm l-ordni, u meta l-ordni tinkiser, jinvestiga lil min kiser l-ordni u jġibu/ha quddiem il-Qrati; Qrati li jipproċessaw lill-akkużati b’ġustizzja u bil-garanziji kollha tad-drittijiet ta’ kull persuna u ħabsijiet fejn dawk li jinstabu ħatja jservu ż-żmien tal-kundanna tagħhom.  L-Istat għandu jassigura wkoll li l-vittimi tad-delitt jirċievu kumpens mingħand id-delinkwent jew, f’ċerti każijiet meta dan ma jkunx possibbli, anki mill-Istat; li d-delinkwent jiġi mgħejjun jirriforma permezz ta’ ammissjoni tal-iżball tiegħu; isir ħlas ta’ kumpens lill-vittma u lill-Istat u jkollu riedukazzjoni biex jerġa’ għal ċittadin li josserva l-liġi.

4.         Hemm bżonn li pajjiżna jżid l-enfasi fuq ir-riparazzjoni, mingħajr ma jinsa l-element tal-kastig.  Riparazzjoni lill-vittmi tad-delitti, riparazzjoni lis-soċjetà, għaliex il-ksur tal-ordni jagħmel ħsara lis-soċjetà kollha kemm hi u kkaġuna spejjeż lill-Istat, fl-infieq fil-pulizija, fl-investigazzjoni, fil-Qrati, fil-ħabs.  Kull delitt, barra mill-ħsara soċjali, jikkaġuna wkoll ħsara ekonomika u finanzjarja.  Ekonomika għaliex l-iżvilupp ta’ pajjiżna jiddependi minn kemm ikun wieħed żgur, fejn wieħed jista’ jinvesti u fejn it-turista jista’ jżur mingħajr inkwiet.  Finanzjarja għaliex l-ispiża totali għaż-żamma tal-ordni, għall-investigazzjoni tar-reati, għall-Qrati li jipproċessaw lill-akkużati u għall-manutenzjoni tal-ħabs, hi qawwija ħafna.

5.         Il-kriminalità hi fenomenu kumpless ħafna.  Hemm sfida biex iżżomm id-delitti milli jsiru, hemm sfida ikbar biex tilqa’ għar-reċidiva għaliex proporzjon qawwi ta’ dawk li jagħmlu l-ewwel delitt, jirrepetuh.  Il-ħabs waħdu ma jġibx lil xi kriminali f’sensihom.  Il-ħabs kultant jista’ jkun ta’ xkiel għat-tiswija tal-ħsara.  Il-ħabsi, speċjalment żagħżugħ, waqt li jkun il-ħabs jista’ jiġi influwenzat mill-ftaħir ta’ kriminali oħrajn, u dan imur kontra l-proċess ta’ riforma.  Kull ħabsi, waqt li jkun miżmum ikkalzrat, ma jkunx f’pożizzjoni li jirripara għad-dannu.

6.         Għalhekk wieħed irid jiżen il-ħtieġa tal-kastig bil-ħabs, mal-ħtieġa l-oħra li l-ħabs jirripara billi jħallas lill-vittma l-kumpens, lis-soċjetà għar-riparazzjoni, lill-Istat l-ispiża.  Il-fatt li jkun il-ħabs jiskonta sentenza mhux riparazzjoni biżżejjed.  Biex verament jirriforma ruħu, d-delinkwent irid juri li fehem li żbalja, billi jħallas dejnu lill-vittma, lis-soċjetà u lill-Istat.  Il-politika ta’ Ġustizzja Riparatriċi tagħfas fuq dawn l-aspetti.  Għalhekk il-ħati jrid jara li jinfeda biss mhux billi sempliċement jiskonta l-piena, iżda billi jħallas id-dejn tiegħu lejn il-vittmi, lejn is-soċjetà, lejn il-pajjiż u lejh innifsu.  Bniedem li jikkommetti delitt jitlef ir-rispett tal-komunità, iżda wkoll tiegħu nnifsu.  Delinkwent jirriforma ruħu meta jifhem, barra milli jħallas.

7.         Hu importanti ħafna fil-battalja kontra l-kriminalità li kull remissjoni u maħfra, kull konċessjoni ta’ libertà, tkun immirata u marbuta mar-riparazzjoni, mar-riforma, u ma’ bidla ta’ atteġġjament.  Ir-remissjoni li tingħata l-ħabs, l-għoti tal-Parole, li bi ħsiebna nintroduċu, l-istess maħfra presidenzjali, ma għandhomx ikunu konċessjonijiet mingħajr l-iskop ta’ kumpens, riparazzjoni u riforma.

8.         Kemm ir-remissjoni, li sallum kienet biss kondizzjonata għall-imġieba tajba fil-ħabs, kemm l-għoti tal-Parole, kif ukoll il-maħfra, tkun xi tkun ir-raġuni, jeħtieġ li jkunu marbuta u kkondizzjonati bir-riparazzjoni tad-dannu kif ukoll bit-turija ta’ bidla fl-atteġġjament lejn iż-żamma tal-ordni.  L-Istat irid jiżgura li d-delinkwent jirripara u jirriforma.  Il-miżuri u proċeduri ġodda li qegħdin insemmu fil-White Paper huma miżuri ta’ soċjetà serja.  Soċjetà li tiżgura li kulħadd iħallas ta’ għemilu u li l-ħtijiet jinħafru meta tkun saret ir-riparazzjoni sħiħa.

* Dan l-artikolu deher fil-15 ta Marzu 2009.

It-tibdil li qed isir fil-Qrati *



1.         Ninnota li għalkemm issa dħalna fil-ħdax-il pass fir-riforma u l-bidla tas-sistema u kultura legali, ftit mill-poplu qed isegwi x’qed jiġri.  Għalhekk ħassejt li għandi nikteb dan l-artikolu sabiex f’kemm jista’ jkun fil-qosor nispjega wħud mill-linji li mexxewna ’l quddiem.

2.         Mingħajr ma ħafna fehmu, s-sistema legali ilha fi kriżi.  Kriżi li ġejja mill-fatt li l-poplu jħoss li hemm wisq dewmien u telf ta’ spejjeż u ħin prezzjuż, li dan qiegħed jaqta’ qalbu mill-Qorti.  Iċ-ċittadini tagħna, f’dawn iż-żminijiet ma għadhomx jissaportu li jidħlu u jafdaw ħajjithom, ġidhom fi proċess fejn taf biss meta bdejt iżda ma tafx meta ser tispiċċa.

3.         L-effett ta’ kawżi li jdumu snin twal u ma hemmx li jinqatgħu qiegħed jidher fid-diskors negattiv tal-pajjiż.  Kliem bħal: “Idħol il-Qorti jekk ikollok tort” iweġġgħek, iżda huwa r-realtà.  Din hija sfortuna kbira meta tikkonsidra li din hija l-professjoni li għandha fi ħdanha l-loġika u r-raġuni, u minflok tidher il-kontra.

4.         Tidher hekk għal diversi raġunijiet.  L-ewwel fosthom hija li ħafna drabi nsibu li proċeduri sempliċi jispiċċaw komplikati.  Komplikati għaliex kien hemm numru ta’ kwistjonijiet li tgħabbew fuq is-sistema meta setgħu jsiru minn ħaddieħor jew mingħajr il-bżonn ta’ kawża.

5.       Barra minn dan, il-Qorti ġiet stabbilita bħala l-bidu u t-tmiem ta’ kollox.  Jekk ma taqbilx ma’ xi ħadd, l-ewwel ħaġa li tiġi f’rasek hija li tagħmel kawża.  Tidħol fi proċess ta’ konfrontazzjoni li kawża l-Qorti tagħtik.  Ftit drabi wieħed jipprova jwassal lill-partijiet sabiex jiftehmu jew jasal b’toroq oħra bħal dawk li arbitraġġ jaf jagħti.


6.       Ma’ dan, wieħed irid jgħid li s-sistema hija li kawża ssir f’differimenti varji darba kull tliet xhur u titkaxkar.  Ma hemmx biżżejjed is-sentiment li din għandha tinbeda’ u tinħeles.  Qisu ħadd ma jista’ jgħaġġel, anzi meta jkun hemm min jipprova jagħmel dan, is-sistema tara kif twaqqfu.

7.         F’dan kollu l-poplu, li għandu dritt li jkollu Qrati tajbin, effiċjenti u veloċi, jsib il-kontra.  Minflok huwa jidħol f’toroq, drabi wkoll sqaqien, li fihom jitlef ħafna ħin.  Ħin sabiex imur għand l-avukat u ħin fil-kurituri tal-Qorti jistenna li l-kawża tiegħu ssir.  Dan ifisser telf ta’ spejjeż.  Dan għax, l-ewwel, il-kawżi jiswew il-flus u ħadd ma jippretendi li jsiru b’xejn, u t-tieni, għax il-ħin li wieħed jiddedika l-Qorti huwa meħud mix-xogħol tiegħu.

8.         Quddiem dawn il-problemi u f’din is-sitwazzjoni ħassejna li hemm bżonn li nidħlu għal numru ta’ miżuri li jibdew iħaffu mill-piż involut. F’din it-triq daħħalna mill-ewwel tliet miżuri importanti.  L-ewwel, żewġ ittri uffiċjali eżekuttivi, u t-tieni, l-issudar taċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ, u t-tielet, it-twaqqif taċ-Ċentru tal-Medjazzjoni.  B’dawn il-miżuri rnexxielna nibdew proċess li jbiddel il-kultura legali.

9.         Dan sar għax bl-ittri uffiċjali eżekuttivi naqqasna l-ispejjeż inutili, neħħejna minn fuq ħoġor il-Qrati kwistjonijiet li ma għandhomx bżonn l-attenzjoni tal-ġudikanti u sibna mod iktar sempliċi u veloċi sabiex wieħed jieħu sentenza.  Dan qed ngħidu għax filwaqt li qabel kellek tippreżenta kawża, issa kull ma trid tagħmel hu  ittra uffiċjali u għalhekk ma hemmx bżonn tidħol il-Qorti u tistenna l-każ isir bid-dewmien kollu involut.  Barra minn dan, l-ispejjeż huma ta’ ittra uffiċjali u mhux ta’ kawża, jiġifieri tnaqqis kbir.

10.       Fiċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ bgħatna numru ta’ kawżi marbuta ma’ kwistjonijiet ta’ kondominji u inċidenti tat-traffiku.  Għalhekk hawn il-kawżi qed isiru b’inqas spejjeż, b’inqas telf ta’ żmien u ferm iktar malajr.  Dan għax taħt iċ-Ċentru hemm ħin stabbilit u fiss li l-partijiet jafu meta ser ikun u mhux biss dan, imma dawn il-każijiet jistgħu jsiru wkoll wara l-ħin tax-xogħol.  Apparti dan, fil-maġġoranza l-każijiet jiswew 60% ta’ dak li tiġik kawża fil-Qorti.

11.       Iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni twaqqaf sabiex jibda jippermetti persuni li għandhom diffikultajiet sabiex jaslu fi ftehim.  Għalhekk, flok jitilfu ħin f’kawżi li jitwalu inutilment, hawn isibu l-possibilità li bl-għajnuna ta’ persuna li tidħol bħal sensar bejn il-partijiet jkun hemm kuntratt miktub.  Il-medjazzjoni sservi għalhekk għal tnaqqis fil-ħin u fl-ispejjeż.

12.       B’dawn il-miżuri għalhekk daħħalna b’mod konkret tliet toroq ġodda li jagħti lill-poplu soluzzjonijiet iktar malajr u b’ferm inqas spejjeż.  Mhux biss, iżda qed terġa’ tiġi stabbilita l-fiduċja f’sistemi legali li flok jikkumplikaw, jeħilsu n-nies mill-problemi.  Nittamaw li nibqgħu fuq din it-triq sabiex is-settur kollu jiġi meħlus aħjar.

*Dan l-artikolu deher fin-Nazzjon tad-29 ta Awissu 2005

L-Assigurazzjoni fuq il-Ħajja*




1.       Matul ix-xhur ta’ Ġunju u Lulju tal-2005 l-Parlament iddiskuta u approva liġi ġdida li permezz tagħha daħal fil-liġi tagħna l-kuntratt ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja.  Din kienet l-ewwel darba li fil-Kodiċi Ċivili tagħna ser jiġi regolat b’mod ċar u b’ferm inqas diffikultà kif għandu jaħdem dan il-kuntratt.  Dan qed ngħidu għax, sfortunatament, kif kienet qabel il-liġi kien hemm diffikultajiet kbar.  Niftakarni ta’ student l-Università naħseb f’kemm kienet stramba li attività legali bħal din, użata minn ħafna Maltin, baqgħet barra mill-kotba tal-liġi tagħna.

2.       Id-diffikultajiet kibru f’dawn l-aħħar għoxrin sena għax żdiedet il-popolazzjoni u l-użu ta’ dan il-kuntratt.  Iżda tnejn jibqgħu prinċipali.  Dawn huma, l-ewwel, mal-fatt li ma kienx ċar jekk dan il-kuntratt kellux jiġi regolat mir-regoli tal-liġi suċċessorja inkella minn dawk kontrattwali, u t-tieni, billi ma kellna ebda regola, kien hemm dubju kbir fuq x’seta’ jingħad u jiġi miftiehem fil-kuntratt ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja.  Dawn iż-żewġ punti ħabbtu diversi drabi l-Qrati tagħna u mhux l-ewwel darba li armla spiċċat f’kawża, b’iktar inkwiet, flok tgawdi mis-sagrifiċċji ta’ żewġha.

3.       Kien hemm il-bżonn qawwi ta’ din il-liġi, illum aktar mill-bieraħ, għal raġuni oħra.  Bid-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea, il-Maltin jistgħu jixtru tipi differenti ta’ poloz ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja minn pajjiżi oħra li ma setgħux jagħmlu hawn.  Dan fisser, l-ewwel, telf ta’ flus u, t-tieni, telf ta’ xogħol mis-suq tagħna.  Għalhekk kien hemm tliet raġunijiet importanti għad-dħul ta’ din il-liġi, l-ewwel, dik purament legali, it-tieni, dik soċjali u, t-tielet, dik finanzjarja.  Illum li għaddiet il-liġi, pajjiżna qiegħed anzi f’pożizzjoni li jikkompeti ma’ ħaddieħor u jiġbed xogħol ieħor hawn.

4.       F’din il-liġi qegħdin issa nippermettu poloz ta’ assigurazzjoni differenti.  Ħaddiem jista’ jassigura l-ħajja ta’ min iħaddmu u l-istess il-kontra.  Żewġ min-nies fin-negozju jew li jiddependu minn xulxin fil-ħajja ekonomika jew soċjali tagħhom jistgħu issa jassiguraw il-ħajja ta’ xulxin għat-telf li jistgħu jsofru mill-mewt tal-parti l-oħra.  Mhux biss, iżda introduċejna kuntratti fejn il-miżżewġin jistgħu jagħżlu li jekk parti tiġi nieqsa, il-parti l-oħra tista’ jew titħallas jew inkella tkompli għaddejja bil-kuntratt.  Ħadna ħsieb ukoll sistema aħjar ta’ kif wieħed jista’ jirhan polza ta’ assigurazzjoni.

5.       Il-liġi fiha ferm iktar minn dan.  Tajjeb li, min għandu polza ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja jew jinteressah jidħol f’kuntratt, jieħu parir legali.  Hemm ħafna vantaġġi fuq kif kienet is-sitwazzjoni qabel li qegħdin issa għad-disposizzjoni tal-poplu tagħna.  Tajjeb li l-poplu jistaqsi u tajjeb iktar li l-kumpaniji ta’ assigurazzjoni jieħdu ħsieb jinfurmaw.  Pajjiżna llum huwa wieħed modern, demokratiku u Ewropew u jixraqlu l-aħjar liġijiet.  Dan aħna determinati li nwettqu.

Dan l-artikolu deher fin-Nazzjon fl-1 ta Awissu 2005.

4th Of July

Nineteen beneficiaries of international protection recently left Malta to start a new life in the United States under the US Refugee Resettlement Programme (USRRP)

During the course of their stay on the island, these people have experienced our traditions, hospitality and the right to freedom and fundamental rights that we enjoy. All these asylum seekers had fled war and danger in their native countries. Somalia is a classic example of one of the worst cases of state collapse and state failure in post-Colonial Africa. There is civil war, famine, and all the crime that goes along with such mayhem. For these migrants, our country served as a springboard from which they could begin their new life in another country.

They will arrive in time to celebrate a major event, not only for the US but also in world history. The 4th of July 1776 is the day when the Continental Congress proclaimed the independence of the USA from Great Britain and its monarch. From that day, 236 years ago, a new chapter commenced for the benefit of humanity. The representatives who were tasked to govern the 13 independent states were politicians possessing high-quality leadership skills. Through the close reading of their description of how they created the structure of the first modern democratic state, one can understand better that the text was greatly influenced by the roots of Greek and Roman literature, philosophy and law.

Those brave people’s achievements were extraordinary, given the circumstances that prevailed in those days when citizens’ rights were not protected. Democracy, as opposed to absolute monarchy, was born. America has since been the beacon of freedom. It has inspired so many nations to become democracies. They were people who came from other states. Immigrants who wished to create a new world that upholds Christian values. Legislation aimed at protecting human dignity and fundamental rights and its enforcement by the Supreme Court were a solid foundation that only they were able to establish. It is still widely acknowledged that the immigrants came from various European countries.

Many were those who were persecuted in their homeland, the majority due to their Protestant beliefs that were either not tolerated by other Protestant movements or by their various governments in European countries. And precisely these internal “conflicts” were not ignored by this great and generous country. The US remains a country that provides a future for all basic human values that we, as democrats, should embrace and apply in practice. Unfortunately, there are still dictators today. Furthermore, there are currently politicians who believe that a politician should be double-faced, demonstrating democratic principles and values in public while embracing, deep down, combined elements of despotism and ruthless cruelty. Fortunately, the policies that were introduced, made operational and implemented many years ago serve to guarantee precisely the opposite of these bad examples.

The actions carried out by extreme-rightist parties in the context of immigration have caused nothing but havoc. Democracy presupposes equality before the law. No one can make another person feel inferior. On the contrary, democracy protects society’s most vulnerable members. Throughout these years our country has adopted these examples of good practice. It was precisely for this reason that we have embarked on an important joint effort aimed at providing opportunities to beneficiaries of international protection to resettle and start a new life in the United States. The number of people who are leaving the island almost on a monthly basis has already exceeded 1,000.

Statistics that were recently published by this friendly country of ours reveal that each year around 55,000 people are integrated from various countries around the world. This programme demonstrates the strong commitment and determination to help such people. The collaboration with the American people dates back to a number of centuries and, with the exception of a few years, has always been very healthy. I have personally witnessed a number of signed agreements that provide Malta with greater facilities and advantages. On this American Independence Day we have good reason to join them in this celebration. Joint democracies ensure more wealth and create a solid ground for enhanced cooperation.

We are therefore on the right track when we reiterate that without dictators and their ideologies more peace and justice would prevail worldwide.

This article was published in the Malta Independent on 4 July 2012.

21.1.13

Policing and the Rule of Law



Every day, the Malta Police Force carries out a remarkable amount of work which, sadly, either goes unnoticed or unacknowledged. The Force, which is one of the oldest police forces in Europe, will soon be marking its 200th anniversary.
Throughout these years, it faced numerous challenges – some of them tough, and demanding. Nevertheless, during the critical periods of our history, it always stood ready to provide a multitude of services to the community. The police force plays a crucial role in preventing and minimising crime, thus fostering community safety. Despite the fact that our police services were not always utilised wisely in the past, we can confidently declare that those dark days are now over.
Today the Force is more organised than ever before. Over these years it has beefed up its human resource capacity at police stations and district headquarters. The number of vehicle and foot patrols that are carried out round the clock in our streets and, more particularly, in crime hotspots has increased. Today a stronger police presence in our localities is not only visible, but is also making a positive difference in crime prevention.
The Police Force is now better equipped, with revolutionary technology that is modernising the law enforcement world and streamlining the way police officers prevent crime and detect and apprehend criminals. The level of police training provided to officers either in Malta or in Gozo, depending on where they are based, has been substantially enhanced. Each year, courses of a 12-month duration are being conducted at the Police Academy for new recruits, while a number of officers regularly attend training courses and meetings in various EU countries.
In developing a modern vision for crime prevention, the police work closely with their international agencies. Criminals are becoming more sophisticated nowadays, moving away from the traditional methods of crime. In addition to being better organised, crime groups operate from different countries and use modern technologies to support and carry out their misdeeds effectively.
There is clear evidence that this new approach to crime is being used in drug trafficking activities which are taking root around the world, thus generating substantial financial gain for persons forming part of criminal organisations. Therefore, in order to effectively combat the flow of illegal drugs into our country, anti-drug measures need to be constantly beefed up. The Police Drug Squad have long been pursuing this strategy. As a result, their anti-drug investigations and operations continue to yield positive results which are reflected in the number of drug-related prosecutions of persons who make headlines in the news every week.
Combating the drug trade is only one aspect of the police officer’s multifaceted role. Unfortunately, though, highly publicised mistakes and wrongdoings of a few rogue policemen often tarnish the honesty and integrity of the vast majority of officers. However, I feel I should point out that the realities are completely different and dramatically opposed to the negative perception of the Force that is sometimes maintained by certain sections of the public.
Over the last few years the country’s overall crime rate has been either reduced or better managed. Despite the fact that the statistics fare well in comparison to other countries, there shall nevertheless be an increase in focus on a growing number of specific categories of crimes, such as mobile phone theft, pickpocketing, and theft in tourist areas. Crime prevention strategies always need to be reshaped in order to combat the latest crime techniques and trends and this is what the Force has persistently done.
In this line, strong cooperation between the public and the police is a crucial element in successful policing. Frequently, criminals are apprehended precisely as a result of reports of witnesses to crime. Often, even a shred of information could lead to solving a case and apprehending the perpetrator. In addition to this collaboration, the Police Force requires the support of the local councils who have inherited a number of services that were formerly provided at police stations. These are two areas of collaboration that clearly need to be further strengthened.
Unfortunately, last year there was a spate of violent and unprovoked incidents in which police officers were physically attacked and sustained injuries in the process. In view of this, we submitted before Parliament a number of legislative provisions through Bill No. 97, which was published in the Malta Government Gazette on 29 November 2011, proposing stiffer fines for violence against police officers and prohibiting probation orders or suspended sentences in such instances. This will send a strong message that the State will not compromise on such heinous acts.
I trust that in the coming months, through these stronger law enforcement measures and enhanced levels of collaboration with local councils, the State will achieve even greater success in its work to combat crime for the benefit of our citizens.

X’Politika Hija Din?


1.            Għaddejna diġà t-tieni ġimgħa ta’ din il-kampanja elettorali u qisu ma nistgħux navvanzaw iktar ‘il quddiem sabiex nippruvaw nifhmu x’sewwasew huma u xi jrid iwettaq verament il-Partit Laburista.  Ilna ħames snin inħarsu ‘l quddiem lejn art destinata li għaliha ridna nkunu l-ħin kollu preparati għal ċaqliq qawwi tagħha taħtna.  Dejjem ġejja t-tweġiba fuq diversi punti.  Issa l-poplu, bi dritt, qiegħed jistaqsi.  Irid ikun jaf x’sewwasew għadu jirrappreżenta l-partit fl-Oppożizzjoni.  X’inhuma verament il-valuri tiegħu.  Għadhom dawk passati, jew ġew issa mtajra?  Huwa minnu li għall-ewwel darba tul din il-kampanja (tant li widnejna kienu ser jaqgħu), il-Kap tal-Oppożizzjoni semma, u mhux tkellem, dwar il-ġustizzja soċjali.

2.            Qalha biex jikkuntenta lil dawk li għadhom fuq ix-xellug żbaljat tal-Partit Laburista.  Għax ma hemmx dubju li tul dawn il-ħames snin, fin-nuqqas ta’ formazzjoni politika tal-mexxej, il-partit jidher li ċċaqlaq lejn il-lemin tiegħu waħda u sew.  Il-pożizzjoni li partit għandu jkollu dejjem, jekk irid iħares ‘il quddiem, hija dik fiċ-ċentru.  Biss, huwa evidenti għall-aħħar li la hemm bidu u anqas tmiem f’dak li issa jemmen il-Partit Laburista.  Pożizzjoni mill-iktar stramba.  Huwa ċar li, meta partit jitlef kompletament id-direzzjoni ideoloġika tiegħu, jitlef triqtu.  Dan ifisser li jispiċċa jwettaq dak li m’għandux, proprju għax mill-bidunett m’għandux idea fejn irid imur.

3.            Preżentement hemm politika mmarkata mis-suq tal-opinjonijiet.  Jekk xi ħadd għandu opinjoni mod u jiddikjaraha fil-pubbliku, b’insistenza jsib min jibda jaħseb: l-ewwel, li dik hija s-sewwa u t-tieni, li hemm maġġoranza tal-pajjiż li tridha.  Bdiet dieħla dittatura perikoluża u anti-demokratika.  Waħda li tibbaża lilha nfisha fuq il-vantaġġ li taħtaf xi ġurnalist li jsostniha biex forsi, fl-aħħar, tieħu l-importanza.  L-agħar mhux tant din l-imġieba, li wieħed jifhimha, iżda li ssib lil min huwa daqshekk ‘il bogħod mill-poplu li jaċċettaha bħala parti mill-programm elettorali tiegħu u jiddikjaraha b’konvinzjoni b’mod li tinduna kemm m’huwiex preparat tajjeb għall-kariga li qed jaspira għaliha.  Hemm maġġoranza kbira fil-pajjiż li dan kollu qed idejqu, u sew.

4.            Il-poplu huwa wieħed tolleranti, moderat, li jħares ‘il quddiem u fuq dan m’hemmx dubju.  Biss, jidher ċar daqs il-kristall li hemm min qiegħed jinjora li l-maġġoranza tal-elettorat tippretendi li l-politiċi tagħha jkunu ta’ sustanza u jimxu fuq il-valuri nsara.  Meta hemm min jipprova jwettaq il-politika u jinjora dan il-fatt ikun qiegħed jibgħat messaġġi żbaljati.  Għax huwa żgur inaċċettabbli li wieħed jipprova jorbot ruħu ma’ pożizzjonijiet li ma jkunux kapaċi jiddixxernu ż-żminijiet, però daqshekk ieħor dawk li jwaqqgħu għaċ-ċajt u jiżżuffjettaw bihom.  Hemm maġġoranza kattolika fil-pajjiż li timmilita fiż-żewġ partiti li, għal darb’oħra, qegħda timmarka r-reżistenza u l-oġġezzjoni tagħha.

5.            Il-politika hija strument sabiex twettaq il-ġid lill-proxxmu, kif issir għan għaliha nfisha.  Kif ikollha min jiddikjara li l-għan jiġġustifika l-mezz użat biex jikseb il-poter, allura titlef kollox.  Titlef l-iskop u l-valur veru tal-organizzazzjoni tal-bnedmin fis-soċjetà.  L-istabilità, il-paċi, il-ġustizzja huma kollha dipendenti fuq il-pedament tal-valuri nsara.  Id-demokrazija hija s-sistema li nbniet fuq dawn il-valuri.  Iktar ma tersaq lejhom, iktar ma tifhem l-ispirtu veru tagħhom iktar ikollok soċjetà soda.  Mingħajr il-valuri nsara sodi, ebda soċjetà m’hija kapaċi ssostni lilha nfisha kontra l-kurrenti li jkunu ġejjin għal ma’ wiċċha minn kull lok jew livell.

6.            L-għarfien politiku ta’ dan huwa neċessarju sabiex wieħed iżomm ruħu fuq it-triq it-tajba, għalkemm mhux neċessarjament biex jogħġob lil kull persuna.  Biss, min jimxi bid-diffikultajiet u kontra diversi kurrenti fuq dik it-triq ikollu, f’kull ħin, is-sodisfazzjon li għamel is-sewwa għall-oħrajn.  Ngħid iktar dan għax huwa ċar ħafna li hemm attentat fi ħdan is-soċjetà minn xi wħud sabiex il-politika ssir mingħajr ebda forma ta’ prinċipju.  Issir fuq dak li taħseb li jaqbillek f’dak il-ħin u dan iwassal għall-ħmerijiet.  Għalkemm hemm min jinjora dan kollu, l-esperjenza politika turik li l-elettorat ta’ dawn il-gżejjer m’huwiex lest li jinsa u ma jikkunsidrax dawn il-prinċipji.  Il-vot tal-kunsens tagħhom imur fuq il-partit li jirrappreżenta verament is-sewwa u li ma jibżax jiddikjara b’mod ċar li huwa mmexxi mill-valuri nsara.