1.5.22

FGURA – TRIQ SAN PIETRU - XOGĦLIJIET

 

 

22122. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħlijiet saru f’Triq San Pietru Fgura tul din is-sena?

 27/08/2021

 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li qegħdin isiru xogħliijet ta’ resurfacing u bankini minn Infrastructure Malta.

 Seduta 491

04/10/2021

 

FGURA – TRIQ SAN PIETRU - XOGĦLIJIET

 

 

 

22121. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħlijiet saru f’Triq San Pietru Fgura tul din is-sena?

 

27/08/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’709 toroq residenzjali u rurali, li jfisser li lestiet medja t’aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajji¿na u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. 

Mill-bidu ta’ din is-sena s’Awwissu li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’123 triq residenzjali u 71 triq oħra qalb il-kampanja. Flimkien, jgħoddu mat-52 kilometru ta’ toroq aħjar, b’37 kilometru ta’ bankini ġodda u 122 kilometru ta’ katusi, pajpijiet u cables ġodda tad-distribuzzjoni tas-servizzi taħt l-art. Sabiex tlesta l-bini mill-ġdid tagħhom intużaw 91,100 tunnellata asfalt u konkos.

It-triq indikata hija waħda mit-toroq residenzjali li għadhom kemm tlestew u x-xogħljiet li saru fiha biex inbniet mill-ġdid kienu jinkludu bdil u żieda tas-sistemi taħt l-art għas-servizzi tal-ilma u telekomunkazzjoni, bini ta’ bankini ġodda, tisħieħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.

 

Seduta  491

04/10/2021

 

AIR MALTA – TITJIRIET GĦAL LOURDES

 

 

22118. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk it-titjiriet li kienu skedati li jibdew mis-16 ta’ Awwissu għal Lourdes mill-Air Malta humiex ser isiru u jekk fin-negattiv, jista’ jindika x’wassal għall-kanċellazzjoni tagħhom?

 

26/08/2021

 

  ONOR. CLYDE CARUANA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta ma kkanċellat l-ebda titjira pjanata għall-Lourdes mid-data ta’ 16 ta’ Awwissu 2021.

 

L-Air Malta kellha offerta mingħand aġent tal-ivjaggar /operator Malti ta’ ġiti sabiex  jikri ajruplan tal-Air Malta f’każ li dan aġent/operatur ikollu bżonn iwassal il-klijenti tiegħu lejn Lourdes, u lura.

 

L-istess operatur avża lill-Air Malta fit-30 ta’ Lulju li ma kellux biżżejjed domanda u konkorrenza għal dak il-pakkett ta’ ġita li kien qed joffri lill-pubbliku.   Għaldaqstant talab lill-Air Malta biex ikun rilaxxat minn dak il-pjan u programm ta’ titjiriet li kien talab.

 

F’dan il każ l-Air Malta ma kellha l-ebda interess ta’ bejgħ, peress li din ir-rikjesta ġiet diretta mingħand l-aġent/operatur.

 

L-Air Malta m'ghandha l-ebda ħsieb li tinkludi titjiriet lejn Lourdes fl-iskeda tagħha. 

 

Seduta  491

04/10/2021

EARLY RETIREMENT – EMENDA FIL-LIĠIJIET U MIŻURI FINANZJARJI

 

 

22100. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: In vista tal-fatt li persuni li joħorġu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early Retirement' qabel ma jilħqu l-pension age, skont skeda tal-kumpanija, bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni u għalhekk persuna li tingħata 'early retirement' ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it-3 snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, għaldaqstant, jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir emenda fil-liġijiet relattivi u jittieħdu l-miżuri finanzjarji relattivi biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu xorta b'xogħol iddikjarat?

 

03/08/2021

 

  ONOR. CLYDE CARUANA:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  491

04/10/2021

EARLY RETIREMENT – EMENDA FIL-LIĠIJIET TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

 


22099. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: In vista tal-fatt li persuni li joħorġu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early Retirement' qabel ma jilħqu l-pension age, skont skeda tal-kumpanija, bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni u għalhekk persuna li tingħata 'early retirement' ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it-3 snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, għaldaqstant, jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir emenda fil-liġijiet tax-xogħol, biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu xorta b'xogħol iddikjarat?

 

03/08/2021

 

  ONOR. CARMELO ABELA:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  491

04/10/2021

 

EARLY RETIREMENT – EMENDA FIL-LIĠIJIET TAS-SIGURTÀ SOĊJALI.

 

 

22098. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: In vista tal-fatt li persuni li joħorġu minn fuq il-post tax xogħol bl-'Early Retirement' qabel ma jilħqu l-pension age, skont skeda tal-kumpanija, bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni u għalhekk persuna li tingħata 'early retirement' ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it 3 snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, għaldaqstant, jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir emenda fil-liġijiet tas-Sigurtà Soċjali biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu xorta b'xogħol iddikjarat?

 

03/08/2021

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma hemm xejn fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali li jipprekludi persuna milli taħdem qabel l-eta’ ta’ 61 sena jew qabel/wara l-età tal-

irtirar. 

 

Jista’ jagħti l-każ li dak li qed isemmi l-Onor. Interpellant ġej mill-kundizzjonijiet ta’ xi skema jew skemi ta’ Early Retirement, liema kundizzjonijiet isiru minn min joffrihom.

 

Seduta  491

04/10/2021

RAĦAL ĠDID – KREMATORJU.

 

22144. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra jekk huwiex minnu li ġie approvat krematorju f’Raħal Ġdid?

 

07/09/2021

 

  ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ġiet approvata l-ebda talba għal krematorju sa issa.

 

Seduta  492

05/10/2021

 

ĦAŻ-ŻABBAR – TRIQ IL-PELLEGRINAĠĠ TAR-ROTI – ĠRIEDEN FI DJAR TAR-RESIDENTI - PASSI

22143. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma x’passi ttieħdu sabiex jiġu protetti r-residenti ta’ Triq il-Pellegrinaġġ tar-Roti Ħaż-Żabbar mid-diversi ġrieden li qed jidħlu f’djarhom minn għalqa li fiha terzi qed jixħtu materjal varju?

 

07/09/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ikkunsidra din il-materja u bagħat ir-rapport tiegħu lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali.

 

Seduta  492

05/10/2021

ĦAŻ-ŻABBAR – TRIQ IL-PELLEGRINAĠĠ TAR-ROTI – ĠRIEDEN FI DJAR TAR-RESIDENTI - PASSI

 


22142. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma x’passi ttieħdu sabiex jiġu protetti r-residenti ta’ Triq il-Pellegrinaġġ tar-Roti Ħaż-Żabbar mid-diversi ġrieden li qed jidħlu f’djarhom minn għalqa li fiha terzi qed jixħtu materjal varju?

 

07/09/2021

 

  ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva żewġ ilmenti rigward it-Triq indikata.  L-ewwel ilment daħal f’Mejju tal-2020 dwar akkumulu ta’ materjal mormi ġo għalqa privata f’din l-imsemmija Triq u infestazzjoni ta’ ġrieden.  F’Ġunju ta’ din is-sena daħal ukoll ilment ieħor dwar l-akkumulu biss. Dawn iż-żewġ ilmenti ġew investigati minn uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali. 

Mill-investigazzjonijiet jrriżulta li l-akkumulu li hemm fl-għalqa jikkonsisti fi skart inorganiku bħal bramel vojta tal-plastik u mbarazz ieħor mormi.  Minkejja diversi tentattivi sabiex jiġi stabbilit is-sid ta’ din l-għalqa sa’ llum għadna ma nafux lil minn tappartjeni.  Saru trattamenti għall-kontra l-ġrieden fl-akkwati ta’ din l-għalqa minn ufficjali tat-Taqsima tal-Pest Control Unit fi ħdan id-Direttorat.  Dawn it-trattamenti saru kemm is-sena li għaddiet kif ukoll din is-sena.

L-uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali ser ikomplu b’investigazzjoni tagħhom sabiex jiġi stabbilit is-sid tal-għalqa sabiex jitneħħa l-akkumulu.

Seduta  492

05/10/2021

TARXIEN – TRIQ IX-XINTILL - XOGĦOL

 22131. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol sar u qiegħed isir fi Triq ix-Xintill Tarxien?

 

01/09/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tarxien li x-xogħlijiet li saru fi Triq ix-Xintill u li huma kompluti kienu fuq servizzi tal-ilma u trenching tal-Enemalta. Ninsab infurmat wkoll li l-parti ta` Triq ix-Xintill li qiegħda bejn Triq is-Sorijiet u Triq Ħal Luqa hija kompluta u lesta bit-tarmak u s-sinjali tat-toroq inklużi. Il-parti li fadal ta` Triq ix-Xintill li qiegħda bejn Triq is-Sorijiet u Triq Paola jonqosha biss it-tarmak u s-sinjali tat-toroq.

 

Seduta  492

05/10/2021

 

TARXIEN – TRIQ IX-XINTILL - XOGĦOL

 22130. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli: Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra x’xogħol sar u qiegħed isir fi Triq ix-Xintill Tarxien?

 

01/09/2021

 

  ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq imsemmija l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma installat main tal-ilma ġdid b’tul ta’ 176 metru. Sar ukoll reconnecting tas-servizzi bejn il-main ta’ l-ilma u d-djar. Sar ukoll xi tqegħid ta’ cables ġodda minn naħa tal-Enemalta. B’hekk kemm il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u kif ukoll l-Enemalta lestew ix-xogħlijiet neċessarji kollha.

 

Seduta  492

05/10/2021.

TARXIEN – TRIQ IX-XINTILL - XOGĦOL

 


22129. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol sar u qiegħed isir fi Triq ix-Xintill Tarxien?

 

01/09/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’709 toroq residenzjali u rurali, li jfisser li lestiet medja t’aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess ¿mien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.

 

Mill-bidu ta’ din is-sena s’Awwissu li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’123 triq residenzjali u 71 triq oħra qalb il-kampanja. Flimkien, jgħoddu mat-52 kilometru ta’ toroq aħjar, b’37 kilometru ta’ bankini ġodda u 122 kilometru ta’ katusi, pajpijiet u cables ġodda tad-distribuzzjoni tas-servizzi taħt l-art. Sabiex tlesta l-bini mill-ġdid tagħhom intużaw 91,100 tunnellata asfalt u konkos.

 

Fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard u Triq Xintill.

 

Ix-xogħlijiet fit-triq indikata huma parti minn proġett li l-aġenzija qed twettaq flimkien mal-Enemalta waqt li din qed tgħaddi cables ġodda għall-elettriku f’numru ta’ toroq f’din il-lokalità. Ix-xogħlijiet f’din it-triq tlestew madwar ġimgħa ilu u kienu jinkludu wkoll bdil tas-sistemi taħt l-art għas-servizzi tal-ilma u wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.

 

Seduta  492

05/10/2021

TARXIEN – TRIQ IL-KNISJA - XOGĦLIJIET

 

 

22213. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħol hemm bżonn isir u meta ser isir fi Triq il-Knisja, Tarxien?

 

15/09/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22211 tal-istess Seduta.

 

Seduta  493

06/10/2021

TARXIEN – TRIQ SIMMONS - XOGĦLIJIET

 

 


22212. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol hemm bżonn isir u meta ser isir fi Triq Simmons, Tarxien?

 

15/09/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22211 tal-istess Seduta.

 

Seduta  493

06/10/2021

 

 

TARXIEN – TRIQ BIRŻEBBUGIA – XOGĦLIJIET

 22211. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol hemm sabiex isir u meta ser isir fi Triq Birżebbugia, Tarxien?

 15/09/2021

 ONOR. IAN BORG:  Minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’709 toroq residenzjali u rurali, li jfisser li lestiet medja t’aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. 

 Mill-bidu ta’ din is-sena s’Awwissu li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’123 triq residenzjali u 71 triq oħra qalb il-kampanja. Flimkien, jgħoddu mat-52 kilometru ta’ toroq aħjar, b’37 kilometru ta’ bankini ġodda u 122 kilometru ta’ katusi, pajpijiet u cables ġodda tad-distribuzzjoni tas-servizzi taħt l-art. Sabiex tlesta l-bini mill-ġdid tagħhom intużaw 91,100 tunnellata asfalt u konkos.

 Fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard u Triq Xintill.

 Ix-xogħlijiet fit-triq indikata huma parti minn proġett li l-aġenzija qed twettaq flimkien mal-Enemalta waqt li din qed tgħaddi cables ġodda għall-elettriku f’numru ta’ toroq f’din il-lokalità. Fejn meħtieġ, Infrastructure Malta qed ittejjeb ukoll servizzi oħrajn taħt l-art u bankini qabel ma terġa’ tiksi l-wiċċ tat-triq b’diversi saffi t’asfalt.

 Seduta  493

06/10/2021

ĦAL TARXIEN – PROĠETT TA’ RIĠENERAZZJONI TAL-PJAZZA U TAZ-ZUNTIER

22148. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li kienet saret fl-14 ta’ Mejju 2019 għall-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u taz-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu u f’liema stadju dawn jinsabu? Jista’ jiġi indikat kemm ser tiġi l-ispiża?

 10/09/2021

ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tarxien li bħalissa Infrastructure Malta qiegħdha fil-proċess li tagħmel id-disinn tal-pjazza u z-zuntier ta` quddiem il-Knisja Parrokkjali. Il-pavimentar biss ser jitħallas mill-Kunsill Lokali. L-ispiża konnessa ma’ dan il-proġett għadha qed tiġi kwantifikata.

 Seduta  493

06/10/2021

ĦAL TARXIEN – PROĠETT TA’ RIĠENERAZZJONI TAL-PJAZZA U TAZ-ZUNTIER

 


22147. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li kienet saret fl-14 ta’ Mejju 2019 għall-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u taz-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu u f’liema stadju dawn jinsabu? Jista’ jiġi indikat kemm ser tiġi l-ispiża?

 

10/09/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsill Lokali Ħal Tarxien u ma’ entitajiet oħrajn sabiex tfassal il-pjanijiet tekniċi għat-tisbiħ tal-Pjazza quddiem il-Knisja Parrokjali ta’ Ħal Tarxien. Fiż-żmien li ġej ser jiġi ffinalizzat id-disinn ġdid ta’ din il-pjazza sabiex jiġi diskuss ma’ dawk kollha konċernati qabel jibdew ix-xogħlijiet.

 

Seduta  493

06/10/2021

RAĦAL ĠDID - KREMATORJU

22145. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex minnu li ma kienx hemm oġġezzjoni da parti tal-Kunsill Lokali, sabiex jiġi approvat krematorju f’Raħal Ġdid?

 07/09/2021

 ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li min-naħa tiegħu oġġezzjona kontra din l-applikazzjoni.

Wara li ddiskuta tali materja fil-laqgħa tal-Kunsill, l-istess Kunsill qabel b’mod unanimu illi joġġezzjona kontra din l-applikazzjoni u għaldaqstant talab lill-Perit tal-Kunsill sabiex jippreżenta din l-oġġezzjoni lill-Awtorita tal-Ippjanar.

 

Seduta  493

06/10/2021

RAĦAL ĠDID - TRIQ IT-TARZNA U TRIQ SANTA MONICA - XOGĦLIJIET

24371. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 20364, 20369, 20702 u 20703, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba huwiex ser isir ix-xogħol neċessarju fit-toroq indikati ta’ Triq it-Tarzna u Triq Santa Monica f’Raħal Ġdid?

 26/01/2022

 ONOR. IAN BORG:  Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.

 L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. 

 Apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li Infrastructure Malta wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat, waqt li bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop.

 Minkejja li l-manutenzjoni taż-żewġ toroq indikati taqa’ f’idejn il-Kunsill Lokali rispettiv, Infrastructure Malta inkludiethom fil-programm nazzjonali għall-bini mill-ġdid ta’ toroq lokali liser tkun qed tagħmel fiż-żmien li ġej.

 Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

 Seduta  544

07/02/2022

PERSUNI LI QED JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

24370. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm persuni li sal-aħħar tas-sena li għaddiet 2021, kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali? Jista’ jindika kemm minnhom kienu residenti l-Fgura, Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, Santa Luċija u l-Gudja?

 26/01/2022

ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

 

Seduta 544

07/02/2022

PRIM’AWLA TAL-QORTI ĊIVILI U QORTI TAL-MAĠISTRATI – ITTRI UFFIĊJALI 166A.

 24369. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew preżentati ittri uffiċjali 166A fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u quddiem il-Qorti tal-Maġistrati s-sena li għaddiet?

 

26/01/2022

 

  ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar ta’ Jannar 2022.

 

Seduta  544

07/02/2022.

PRIM’AWLA TAL-QORTI ĊIVILI U QORTI TAL-MAĠISTRATI – ITTRI UFFIĊJALI

 

 24368. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew preżentati ittri uffiċjali fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u quddiem il-Qorti tal-Maġistrati s-sena li għaddiet?

 

26/01/2022

 

  ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar ta’ Jannar 2022.

 

Seduta  544

07/02/2022

 

SANTA LUĊIJA – ĠNIEN IS-SERENITÀ - XOGĦOL

24367. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22873, tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra meta huwa mistenni li jinbeda x-xogħol, minnha indikat, fi Ġnien is-Serenità Santa Luċija?

 

26/01/2022

 

ONOR. MIRIAM DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fuq spazju miftuħ ġewwa Ġnien is-Serenita f’Santa Lucija ser ikun qed jitlesta matul din is-sena. Matul ix-xhur li ġejjin mistenni li tiġi ppubblikata s-sejħa għall-offerti biex b’hekk ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jibdew u jitlestew kif ippjanat.

 

Seduta 544

07/02/2022

MUŻEW MARITTIMU - VIŻITATURI

 24366. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm viżitaturi fil-Mużew Marittimu tul is-snin 2020 u 2021? Kemm kien hemm dħul u kemm saru spejjeż fl-istess?

 

26/01/2022

 

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Mu¿ew Marittimu, fis-sena 2020 kien hemm tlett elef, mija, sitta u tmenin vi¿itatur (3186), €6,513 dħul u €118,100 spejje¿. Fis-sena 2020 dan is-sit baqa’ miftuħ sa l-14 ta’Marzu.

Fis-sena 2021 ma kienx hemm vi¿itaturi u lanqas dħul għaliex matul is sena is-sit baqa’ magħluq minħabba l-proġett ta’restawr u riġenerazzjoni. L-ispejje¿ fis-sena 2021 għal dan is-sit kienu ta’ €117,347.

 

 

 

Seduta 544

07/02/2022

RAĦAL ĠDID – TRIQ SANTA MONIKA – MANUTENZJONI

24473. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sar studju ta’ Triq Santa Monika, Raħal Ġdid u jekk hijiex se tiġi rranġata billi hija fi stat ħażin ħafna?

 

01/02/2022

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li bħalissa qed jiddiskuti programm ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq ma’ Infrastructure Malta fosthom Triq Santa Monika.

 

Seduta  545

08/02/2022

RAĦAL ĠDID – TRIQ SANTA MONIKA – MANUTENZJONI

24472. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sar studju ta’ Triq Santa Monika, Raħal Ġdid u jekk hijiex se tiġi rranġata billi hija fi stat ħażin ħafna?

 01/02/2022

 ONOR. IAN BORG:  Nirreferi għat-tweġiba li għadni kemm tajt tal-mistoqsija parlamentari 24371.

 

Seduta  545

08/02/2022

RE-NUMBERING TAD-DJAR

24471. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ir-re-numbering tad-djar kollha f'Malta u Għawdex? U jekk dan il-proċess għadu għaddej, jista' jgħid hemmx lokalitajiet fejn ir-re-numbering hu lest; fejn għadu għaddej u meta hu maħsub li jkun finalizzat?

 

01/02/2022

 

  ONOR. ROBERT ABELA:  Ninsab infurmat li dan huwa proċess kontiwu. In-numerar huwa eżerċizzju dinamiku li mhu se jieqaf qatt u fl-ebda mument ma jista’ jingħad meta se jiġi fi tmiemu.

 

Seduta  545

08/02/2022

RE-NUMBERING TAD-DJAR

24470. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ir-re-numbering tad-djar kollha f'Malta u Għawdex? U jekk dan il-proċess għadu għaddej, jista' jgħid hemmx lokalitajiet fejn ir-re-numbering hu lest; fejn għadu għaddej u meta hu maħsub li jkun finalizzat?

 

01/02/2022

 

  ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  545

08/02/2022

RE-NUMBERING TAD-DJAR

24469. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ir-re-numbering tad-djar kollha f'Malta u Għawdex? U jekk dan il-proċess għadu għaddej, jista' jgħid hemmx lokalitajiet fejn ir-re-numbering hu lest; fejn għadu għaddej u meta hu maħsub li jkun finalizzat?

 01/02/2022

ONOR. IAN BORG:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  545

08/02/2022

RAĦAL ĠDID - TRIQ IT-TARZNA U TRIQ SANTA MONICA - XOGĦLIJIET

24372. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 20364, 20369, 20702 u 20703, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba huwiex ser isir ix-xogħol neċessarju fit-toroq indikati ta’ Triq it-Tarzna u Triq Santa Monica f’Raħal Ġdid?

 

26/01/2022

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li bħalissa qed jiddiskuti programm ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq ma’ Infrastructure Malta.

 

Seduta  545

08/02/2022

RAĦAL ĠDID – TRIQ SIR TEMI ZAMMIT – STALLAZZJONI TA' LIFT FI PROPRJETÀ

24474. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex se jsir il-lift fil-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?  

 

01/02/2022

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninsab infurmat illi l-installazjoni ta’ dan il-lift ser issir bħala parti mill-parteċipazzjoni fil-proġett ERDF.08.043

 

Seduta  546

09/02/2022

FGURA – PARKEĠĠ – STUDJI

24047. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’studji saru tul dawn l-aħħar tliet snin dwar il-problema li qed isibu residenti fil-Fgura sabiex isibu post fejn jipparkjaw il-vettura tagħhom? Jista’ jindika x’miżuri ser jittieħdu dwar dan?

 

12/01/2022

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24045 tal-istess Seduta.

 

Seduta  536

19/01/2022

 

FGURA – STUDJI DWAR IL-PROBLEMA TAT-TRAFFIKU

24046. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra xi studji saru fl-aħħar sentejn dwar il-problema dejjem akuta tat-traffiku li jgħaddi minn ġewwa l-Fgura? Jista’ jindika x’miżuri huma previsti sabiex il-volum jonqos ferm iktar milli huwa llum?

 

12/01/2022

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li għamel survey u qed jagħmel studju dwar slow streets fejn fil-jiem li ġejjin ser jipprezenta pjanti u dokumenti meħtieġa.

 

Seduta  536

19/01/2022

FGURA – STUDJI DWAR IL-PROBLEMA TAT-TRAFFIKU

 

 

24045. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’studji saru fl-aħħar sentejn dwar il-problema dejjem akuta tat-traffiku li jgħaddi minn ġewwa l-Fgura? Jista’ jindika wkoll x’miżuri huma previsti sabiex il-volum jonqos ferm iktar milli huwa llum?

 

12/01/2022

 

  ONOR. IAN BORG:  Matul din il-Legislatura sar il-Proġett kbir tas-seba’ Flyovers li jmiss u jinkludi ma diversi lokalitajiet minn naħa t’isfel ta’ Malta li żgur għen biex jittaffa traffiku mill-Fgura, kif  ħafna nies jafu u  jesperjenzaw ta’ kuljum bħalha parti mir-rotta tagħhom. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

 

Seduta  536

19/01/2022

 

GUDJA – IPPARKJAR TA’ VETTURI MINN TERZI

 

24044. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi qed jittieħdu sabiex jiġi regolat l-inkonvenjent li qed jgħaddu minnu diversi residenti fil-Gudja minn ipparkjar ta’ vetturi ta’ terzi li jsiefru u jħallu l-istess hemm għall-ġimgħat sħaħ?

 

12/01/2022

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill Onor. Interpellant li ninsab infurmat li qegħdin isiru diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali dwar Bye-Law proposta mill-istess Kunsill Lokali.

Dawn id-diskussjonijiet mistennija jkomplu fil-ġimgħat li ġejjin sabiex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni finali.

 

Seduta  536

19/01/2022

 

GUDJA – IPPARKJAR TA’ VETTURI MINN TERZI

24043. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi qed jittieħdu sabiex jiġi regolat l-inkonvenjent li qed jgħaddu minnu diversi residenti fil-Gudja minn ipparkjar ta’ vetturi ta’ terzi li jsiefru u jħallu l-istess hemm għall-ġimgħat sħaħ?

 

12/01/2022

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li qed jaħdem sabiex dan l-inkonvenjent jiġi regolarizzat permezz ta' bye law.

 

Seduta  536

19/01/2022

GUDJA – TRIQ IŻ-ŻEBBUĠA – XOGĦOL TA’ PAVIMENTAR

24042. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta tul din is-sena ser isir ix-xogħol ġewwa Triq iż-Żebbuġa kantuniera ma’ Triq San Mark fil-Gudja u ċjoè tal-pavimentar tagħha?

 

12/01/2022

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  536

19/01/2022

WIED IL-GĦAJN, MARSAXLOKK U ĦAL GĦAXAQ – LIBRERIJI PUBBLIĊI – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA .

 

24695. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi ta' Wied-il-Għajn, Marsaxlokk u Ħal Għaxaq f'dawn l-aħħar tliet snin?

 

11/02/2022

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Malta Libraries li fil-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn, in-numru ta’ kotba ġodda fl-2019 kien ta’ mitejn u tletin (230) ktieb, in-numru ta’ kotba ġodda fl-2020 kien ta’ mitejn, sitta u disgħin (296) ktieb, u n-numru ta’ kotba ġodda fl-2021 kien ta’ mija u erbatax-il ktieb (114).

 

Fil-librerija pubblika ta’ Marsaxlokk, in-numru ta’ kotba ġodda fl-2019 kien ta’ mitejn, disgħa u sittin (269) ktieb, in-numru ta’ kotba ġodda fl-2020 kien ta’ mitejn, tnejn u tletin (232) ktieb, u in-numru ta’ kotba ġodda fl-2021 kien ta’ mija, ħamsa u disgħin (195) ktieb.

 

Fil-librerija pubblika ta’ Ħal Għaxaq, in-numru ta’ kotba ġodda fl-2019 kien ta’ mitejn u għaxar (210) kotba, in-numru ta’ kotba ġodda fl-2020 kien ta’ mija, tmienja u ħamsin (158) ktieb, u n-numru ta’ kotba ġodda fl-2021 kien ta’ mija, tlieta u tletin (133) ktieb.

 

Seduta  548

15/02/2022

 

ŻEJTUN – LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA

 24694. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm kotba fil-librerija pubblika fiż-Żejtun u kemm żdiedu l-kotba f'dawn l-aħħar tliet snin? 

 

11/02/2022

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Malta Libraries li hemm tnejn u għoxrin elf, tlett mija, ħamsa u għoxrin (22,325) ktieb fil-librerija pubblika taż-Żejtun. In-numru ta’ kotba miżjuda fl-2019 kien ta’elf, erba’ mija, wieħed u tmenin (1,481) ktieb, in-numru ta’ kotba miżjuda fl-2020 kien ta’elf, tmienja u erbgħin (1,048) ktieb u n-numru ta’ kotba miżjuda fl-2021 kien ta ħames mija, disgħa u erbgħin (549) ktieb.

 

Seduta  548

15/02/2022

ŻEJTUN – ĊAQLIQ TAL-LIBRERIJA PUBBLIKA – TWAQQIF TA’ SERVIZZI.

 

 

24693. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għal liema raġuni l-librerija pubblika fiż-Żejtun iċċaqilqet u għaliex is-servizzi preċedenti waqfu ħabta u sabta b'mod li wieħed jista’ jirritorna l-kotba s-sibt filgħodu u ma jistax jissellef? Jista’ għalhekk jipprovdi alternattiva billi hemm numru ta’ persuni li s-soltu jissellfu l-kotba u li issa ma jistgħux?

 

11/02/2022

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru PQ 24692.

 

Seduta  548

15/02/2022

ŻEJTUN – ĊAQLIQ TAL-LIBRERIJA PUBBLIKA

24692. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex il-librerija pubblika ġewwa l-Iskola taż-Żejtun Primarja A għaddiet issa fiż-Żejtun Primarja B u jista’ wkoll jinforma l-Kamra jekk is-servizzi humiex l-istess jew inbidlux?

 

11/02/2022

 

  ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma l-Onor. Interpellant li l-librerija pubblika ġiet temporanjament riallokata minn Żejtun Primarja A għal Żejtun Primarja B sabiex jinħoloq spazju ħalli l-istudenti tal-Kinder ikun jista’ jingħatalhom id-dritt għat-tagħlim fi spazji xierqa. Is-servizz ta’ din il-librerija ser jingħata skont l-iskeda preċedenti.

 

Seduta  548

15/02/2022

GUDJA – TRIQ IŻ-ŻEBBUĠA – XOGĦOL TA’ PAVIMENTAR.

 

24041. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta tul din is-sena ser isir ix-xogħol ġewwa Triq iż-Żebbuġa kantuniera ma’ Triq San Mark il-Gudja u ċjoè tal-pavimentar tagħha?

 

12/01/2022

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li x-xogħlijiet infrastrutturali fuq it-triq imsemmija ser ikunu qegħdin jinbdew matul din is-sena.

 

Seduta  535

18/01/2022

RAĦAL ĠDID – ĠNIEN SAN ALWIĠI – XOGĦOL

24040. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21547 fir-rigward il-Ġnien San Alwiġi, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħol sar fih tul is-sena li għaddiet u x’ser isir din is-sena?

 

12/01/2022

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Paola li l-Ġnien ta’ San Alwiġi ġie imbarrat biex jitneħħa periklu li hemm sabiex fiż-żmien li ġej isir proġett fil-ġnien.

 

Seduta  535

18/01/2022

RAĦAL IL-ĠDID – ĠNIEN PAWLU BOFFA – XOGĦOL

24039. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija palamentari 21546 fir-rigward il-Ġnien Pawlu Boffa, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħol sar fih tul is-sena li għaddiet u x’ser isir din is-sena?

 

12/01/2022

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li b’żieda mar-risposti preċedenti li ta, ż-żamma tal-Ġnien Pawlu Boffa baqgħet għaddejja b’mod normali sakemm fis-snin li ġejjin isir xogħol ta’ tisbiħ fil-ġnien.

 

Seduta  535

18/01/2022

LIFT FI BLOKKA

  

 

24038. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22929, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta ser jibda x-xogħol fil-flats inkwistjoni għax ir-residenti għadhom ibatu?

 

12/01/2022

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninsab infurmat illi x-xogħol fuq il-blokka msemmija ser ikun qed jitkompla matul dan ix-xahar.

 

Seduta  535

18/01/2022.

PAOLA HUB – XOGĦOL.

24037. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 15309 u 16300, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra x’xogħol sar tul is-sena li għaddiet u kemm intefaq fil-Paola Hub?

 

12/01/2022

 

  ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2021, mexa sew ix-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-Paola Hub: tlestew l-eskavazzjonijiet kollha neċessarji, tlestew il-piles biex jiġu ssalvagwardjati s-sejbiet arkeloġiċi, u tela sat-tieni sular fl-istruttura tal-bini nnifsu, apparti xogħol ieħor bħat-taraġ estern, li se jgħaqqad il-binja prinċipali mal-parkeġġ, u l-kostruzzjoni ta’ struttura indipendenti għall-medical gases. Tlestew u ġew approvati ukoll id-disinji strutturali, arkitettoniċi, elettriċi u mekkaniċi għal-livelli kollha b’eċċeżżjonijiet żgħar. In-nefqa totali fuq il-proġett fis-sena 2021 kienet ta’ €5,636,748.08 (VATeskluża).

 

Seduta  535

18/01/2022.

SANTA LUCIJA – TRIQ MARI DE DOMENICIS – TISWIJIET.

 

 

24036. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jara u jinforma l-Kamra meta ser tiġi msewwija Triq Mari de Domenicis f’Santa Luċija quddiem il-Flats Indipendenza?

 

12/01/2022

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq proġett ta’ €2.5 miljun biex tibni mill-ġdid aktar minn żewġ kilometri ta’ toroq residenzjali f’Santa Luċija u ttejjeb il-belvedere li jħares fuq il-Wied ta’ Garnaw, b’mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti.

 

Wara li tejbet l-aċċessi ewlenin għal din il-lokalità bil-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa u bil-proġett taż-żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija, l-aġenzija ikkollaborat mal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija biex tibni mill-ġdid diversi toroq f’din il-lokalità. Ix-xogħlijiet prinċipali tal-proġett jinkludu l-bini mill-ġdid ta’ tliet toroq residenzjali twal li jmissu ma’ xulxin - Dawret it-Torri, Triq il-Prinjoli u Triq Katerina Vitale - li jestendu kważi żewġ kilometri mal-ġenb tal-Wied Ta’ Garnaw.

 

F’dawn it-toroq, Infrastructure Malta qed tgħaddi minn taħt l-art pajpijiet ġodda tal-provvista tal-ilma, katusi tad-drenaġġ u oħrajn għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita, kif ukoll pajpijiet għall-cables tal-Internet u telekomunikazzjonijiet oħra. Fejn meħtieġ, se ssaħħaħ ukoll il-pedamenti tat-toroq u tibni bankini ġodda, qabel ma tlestihom b’wiċċ ġdid bl-asfalt u tlesti xogħlijiet ta’ tisbieħ ieħor fl-istess inħawi.

 

It-titjib tal-belvedere tul medda ta’ kilometru fuq ix-xaqliba tan-nofsinhar ta’ Dawret it-Torri u Triq il-Prinjoli se jinkludi mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti u żoni msebbħin b’diversi siġar ġodda. Il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija f’kolloaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta, iddisinja mill-ġdid din iż-żona mħaddra biex joħloq spazju ta’ rikreazzjoni għar-residenti u rotta aktar sigura għaċ-ċiklisti u dawk li jgħaddu mill-inħawi bil-mixi. Fl-2020, Infrastructure Malta ħawlet bosta siġar maturi f’partijiet differenti ta’ dan il-belvedere. L-aġenzija qed tkompli tieħu ħsieb dawn is-siġar u se tkompli ssebbaħ l-inħawi bit-tħawwil t’aktar siġar indiġeni u arbuxelli.

 

Filwaqt li x-xogħlijiet fi Triq il-Prinjoli u Triq Katerina Vitale huma lesti, bħalissa għaddejja t-tieni fa¿i ta’ Dawret it-Torri li parti minnha tlesiet ukoll.

 

Permezz tal-istess proġett, Infrastructure Malta se tibni mill-ġdid ukoll toroq oħrajn fil-viċin, fosthom Triq Klematis u Triq Dun M. Mifsud li diġà tlestew, kif ukoll Triq il-Ġjaċinti, Triq Mari de Domenicis, Triq Stella Maris, Triq it-Tulipan u Triq iċ-Ċikwejra. Fl-aħħar snin, permezz tal-proġett nazzjonali mifrux fuq seba’ snin għall-bini mill-ġdid tat-toroq residenzjali, l-aġenzija bniet mill-ġdid toroq oħrajn f’din il-lokalità, bħalma huma Triq Bruka, Triq il-Ġiżimin, Triq ¯nuber u Triq Gardenja.

 

Seduta  535

18/01/2022

SANTA LUĊIJA – TRIQ MARI DE DOMENICIS – TISWIJIET.

 

 

24035. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara u jinforma l-Kamra meta ser tiġi msewwija Triq Mari de Domenicis f’Santa Luċija quddiem il-Flats Indipendenza?

 

12/01/2022

 

 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija Triq Mari De Domenicis għandha tiġi rranġata minn Infrastructure Malta.

 

 

Seduta  534

17/01/2022

 

SANTA LUĊIJA – TRIQ IL-QRONFOL – TINDIF .

24034. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba Triq il-Qronfol f’Santa Luċija hiex tiġi mnaddfa regolarment għax jidher li hemm b¿onn?

 

12/01/2022

 

 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li Triq il-Qronfol qiegħda tiġi mnaddfa skond l-iskeda.

 

Seduta  534

17/01/2022

 

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...