21.12.15

IL-FGURA – TRIQ A.M. VALPERGA – XOGĦLIJIET FUQ PROĠETT




21298. L-ONOR. DAVID AGIUS  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet biex ikompli x-xogħol tal-proġett fi Triq A.M Valperga Fgura kif ġie mwiegħed mis-Sindku tal-Fgura u dan anke b’kitba f’fuljett li ntbagħat fid-djar, fejn fost l-oħrajn kien jinkludi grawd tal-football u proġetti oħra bħal parking area u restawr tas-swar? Jikkonferma li dan ix-xogħol se jwassal biex ma jkomplix jinġabar ħafna ilma f’din it-triq?

25/11/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt il-laqgħa tal-Kunsill  Lokali tal-Fgura datata 22 ta’ Settembru 2015, il-Kunsill Lokali tal-Fgura qabel dwar pjan ħolistiku għaż-żona in kwestjoni biswit is-swar wara diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Bormla u l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar. Ninsab infurmat illi fiż-żmien li ġej ser tkun qed issir l-applikazjoni mal-MEPA f’dan ir-rigward.

Il-fuljett riferut mill-Interpellant, la kien jagħmel referenza għal proġett ta’ parking area, u wisq anqas għar-restawr tas-swar.

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura żied jgħid li Triq A.M. Valperga hija waħda wieqfa, u għaldaqstant ma jinġabar l-ebda ilma f’din t-triq.

Seduta  334
30/11/2015

UNIVERSITÀ TA’ MALTA – SALA SIR TEMI ZAMMIT - RINNOVAZZJON



 
21267. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba huwiex possibli li fis-sena li ġejja, is-sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta tiġi rinnovata u jiġi stallat apparat modern tal-arja kundizzjonata?

25/11/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant  li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Seduta  334
30/11/2015

ĦAL GĦAXAQ – XOGĦLIJIET - NEFQA






21266. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u liema se jsiru f’Ħal Għaxaq tul din il-leġislatura?  Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hi ppjanata li se tkun in-nefqa?
25/11/2015

  ONOR. JOE MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet matul din il-leġislatura  fil-lokalita’ ta’ Ħal-Għaxaq huma ta’ kostruzzjoni tal-bażi tal- monument għall- annimali f’Għaxaq By-Pass. Sar  ukoll xogħol ta’ tiżbieħ madwar dan l-istess monument. In-nefqa kienet ta’ €14,521.35

Isiru ukoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni b’nefqa skont il-bżonnijiet li jinqalgħu fil-lokalita’ partikolari.

Minn naħa tad-Direttorat tat-Tindif  jsiru xogħolijiet fuq talbiet ta’ Kunsilli Lokali kontinwament, kemm fuq talbiet li jsiru mill-pubbliku kif ukoll mill-Kunsilli lokali infushom.

Barra minn hekk, Transport Malta minnbara diversi xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni u tiswija, f’din il-lokalita’ saru dawn ix-xogħlijiet:

Triq Giovanni Scicluna
Construction and Surfacing
€ 187,600.00 (estimate)
Triq in-Nigem
Construction and Surfacing
€ 107,200.00 (estimate)

Rigward xogħlijiet li għad iridu jsiru fil-lokalita’ dawn isiru skont il-priorita’, il-fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akkwist tas-servizzi tal-kuntratturi.

Seduta  334
30/11/2015

IL-GUDJA – XOGĦLIJIET - NEFQA



 
21265. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u liema se jsiru fil-Gudja tul din il-leġislatura? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hi ppjanata li se tkun in-nefqa?

25/11/2015

  ONOR. JOE MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet matul din il-legislatura fil-lokalita’ tal-Gudja huma ta’ manutenzjoni u saru f’dawn is-siti :

·               Grawnd tal-Futbol
·               Hal-Far Road
·               Vjal it-Torri (phase I & II)
·               Roundabout  ħdejn l-Ajruport      
·               Sqaq fi  Triq L-Avjazzjoni   l/o Gudja   

In-Nefqa kienet ta’ €70,870.63.

Bħala xogħol pjanat għal matul l-2016 hemm il-proġett ta’ area rikreattiva f’Triq Dawret il-Gudja, liema xogħol hu stmat li ser jiħi jiswa €120,000.

Isiru ukoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni b’nefqa skont il-bżonnijiet li jinqalgħu fil-lokalita’ partikolari.

Minn naħa tad-Direttorat tat-Tindif  jsiru xogħolijiet fuq talbiet ta’ Kunsilli Lokali kontinwament, kemm fuq talbiet li jsiru mill-pubbliku kif ukoll mill-Kunsilli lokali infushom.

Barra minn hekk, Transport Malta minnbara diversi xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni u tiswija, f’din il-lokalita’ saru dawn ix-xogħlijiet:


Triq Pawlu Mallia
Construction and Surfacing
€ 93,400.00*
Vjal it-Torri
Construction and Surfacing
€ 185,300.00*
Triq l-Avjazzjoni
Installation of Pelican Crossing
€ 6,500.00*
Dawret il-Gudja c/w Triq Hal Luqa
Junction Upgrading
€ 25,000.00*
 *Estimate

Rigward xogħlijiet li għad iridu jsiru fil-lokalita’ dawn isiru skont il-priorita’, il-fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akkwist tas-servizzi tal-kuntratturi.

Seduta  334
30/11/2015

SANTA LUĊIJA – XOGĦLIJIET - NEFQA





21264. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u liema se jsiru f’Santa Luċija (Malta) tul din il-leġislatura? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hi ppjanata li se tkun in-nefqa?

25/11/2015

  ONOR. JOE MIZZI:  Ix-xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet matul din il-leġislatura fil-lokalita’ ta’ Santa Luċija huma ta’ manutenzjoni fi Triq il-Peprin . In-nefqa kienet ta’ €2,727.54

Isiru ukoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni b’nefqa skont il-bżonnijiet li jinqalgħu fil-lokalita’ partikolari.

Minn naħa tad-Direttorat tat-Tindif  jsiru xogħolijiet fuq talbiet ta’ Kunsilli Lokali kontinwament, kemm fuq talbiet li jsiru mill-pubbliku kif ukoll mill-Kunsilli lokali infushom.

Barra minn hekk, Transport Malta minnbara diversi xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni u tiswija, f’din il-lokalita’ saru dawn ix-xogħlijiet:

Triq Klematis
Resurfacing
€ 45,000.00(estimate)


Rigward xogħlijiet li għad iridu jsiru fil-lokalita’ dawn isiru skont il-priorita’, il-fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akwist tas-servizzi tal-kuntratturi.

Seduta  334
30/11/2015

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...