29.3.23

LANDSCAPE CONVENTION – DĦUL FIS-SEĦĦ

7425. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Landscape Convention hux se tiġi fis-seħħ tul din is-sena?

 

17/03/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed jaħdem fuq il-proċess ta’ ratifikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni. Aktar informazzjoni tingħata fiż-żmien li ġej

 

Seduta  107

27/03/2023

BORMLA – DOCK NO. 1 – IRRANĠAR TA’ BINI

7424. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu sabiex il-parti tal-bini fix-Xatt ta’ Bormla li qabel kienet okkupat fi ħdan id-Dock No. 1 jiġi rranġat billi qed issir il-ħsara sew fih?

 

17/03/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tieghu lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  107

27/03/2023

BORMLA – DOCK NO. 1 – IRRANĠAR TA’ BINI

7423. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu sabiex il-parti tal-bini fix-Xatt ta’ Bormla li qabel kienet okkupata fi ħdan id-Dock No. 1 jiġi rranġat billi qed issir il-ħsara sew fih?

 

17/03/2023

 

ONOR. SILVIO SCHEMBRI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit inkwistjoni, fih medda ta’ mhux inqas minn tliet mija u ħamsin metru ta’ bini kontinwu, hemm bini li diġà ġie irrestawrat u qiegħed jintuża mill A.U.M, kif ukoll bini illi għadu mhux funzjonali u lanqas beda x-xogħol ta’ restawr fuqu iżda, hemm applikazzjoni pendenti mal-Awtorità tal-Ippjanar.

Għaldaqstant ikun aħjar jekk jiġi indikat b’mod preċiż liema hu dan il-bini fejn bħalissa qiegħeda ssir l-allegata ħsara.

 

Seduta  107

27/03/2023

BIRGU – CASINO DI VENEZIA U HOTEL – SEJĦA GĦALL-OFFERTI

7422. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex dak li qabel kien il-Casino di Venezia u l-hotel ta’ ħdejh, fix-Xatt tal-Birgu, jerġgħu joħorġu għall-offerti?

 

17/03/2023

 

ONOR. SILVIO SCHEMBRI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 4464.

 

Seduta  107

27/03/2023

MARSAXLOKK – STATWA TAL-QALB TA’ ĠESU

7421. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li statwa ddedikata lill-Qalb ta’ Ġesu li kienet tinsab fil-moll ta’ Marsaxlokk fuq in-naħa tat-triq int u sejjer lejn Birżebbuġa, ġiet imkissra u mormija waqt li kien qiegħed isir ix-xogħol u jekk le, jista’ jassigura li titqiegħed lura f’postha?

 

17/03/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  107

27/03/2023

MARSAXLOKK – STATWA TAL-QALB TA’ ĠESU

7420. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li statwa ddedikata lill-Qalb ta’ Ġesu li kienet tinsab fil-moll ta’ Marsaxlokk fuq in-naħa tat-triq int u sejjer lejn Birżebbuġa, ġiet imkissra u mormija waqt li kien qiegħed isir ix-xogħol u jekk le, jista’ jassigura li titqiegħed lura f’postha?

 

17/03/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk illi l-imsemmija statwa tneħħiet minn postha minħabba, li diversi drabi ġiet milquta waqt xogħlijiet li kienu qed issiru fl-inħawi. Għaldaqstant infurmat li l-istatwa tneħħiet u tpoġġiet f’post sigur sakemm jitlesta x-xogħol.

 

Intant, infurmat li l-istatwa tpoġġiet f’postha nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu 2023.

 

Seduta  107

27/03/2023

MARSASKALA – ŻVILUPP FIR-RIGWARD TAT-TURIŻMU

7216. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żvilupp fil-pjani li għandhom isiru fir-rigward tat-turiżmu f’Wied il-Għajn?

 

13/03/2023

 

ONOR. CLAYTON BARTOLO:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5071.

 

Seduta  105

21/03/2023

MINISTRU GĦAT-TURIŻMU – LAQGĦAT FL-UE

7215. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

 

13/03/2023

 

ONOR. CLAYTON BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din il-leġiżlatura ma kien hemm l-ebda laqgħat Informali Ministerjali dwar it-turiżmu u mhumiex ippjanati laqgħat informali tal-Kunsill tal-Ewropa dwar it-turiżmu sal-aħħar tal-Presidenza Svediża.

 

Seduta  105

21/03/2023

MINISTRU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR – LAQGĦAT FL-UE

7214. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

 

13/03/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm laqgħat li kelli nattendi fi ħdan l-Unjoni Ewropea bħala Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar mill-bidu tas-sena sal-lum.

 

Seduta  105

21/03/2023

MINISTRU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI – LAQGĦAT FL-UE

7213. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

 

13/03/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA: Ninforma l-Onor. Interpellant li l-laqgħat li attendejt u mistenni nattendi għalihom huma “TTE Informal Council of Ministers – Stockholm" fi Frar u “TTE Council of Ministers – Luxembourg" f'Ġunju li ġej.

 

Seduta  105

21/03/2023

MINISTRU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA – LAQGĦAT FL-UE

7212. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

 

13/03/2023

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li attendejt laqgħa f’Stockholm, l-Iżvezja bejn it-13 u l-14 ta’ Frar 2023 organizzata mill-Presidenza Svediża tal-Kunsill tal-UE. Titlu: ‘ High-Level Meeting on Active and Autonomous Ageing’. M’hemmx iktar laqgħat li mistenni nattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena.

 

Seduta  105

21/03/2023

MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ – LAQGĦAT FL-UE

7211. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

 

13/03/2023

 

ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ attendejt għal laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mistenni nattendi għal laqgħat oħra f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena kif jidher hawn taħt:

Fl-2023 attendejt għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li saru fit-23 ta’ Jannar, l-20 ta’ Frar u l-20 ta’ Marzu, għal dan tal-aħħar ipparteċipajt ukoll fil-Forum Umanitarju Ewropew kif ukoll laqgħa konġunta mal-Ministri tad-Difiża. Barra minn hekk, attendejt ukoll għal-laqgħa tal-Kunsill Ġenerali fil-21 ta’ Marzu.

Fid-9 ta’ Jannar 2023 iltqajt għall-ewwel darba mal-Ministru Ġermaniż għall-Ewropa u l-Klima fi ħdan l-Uffiċċju Federali tal-Affarijiet Barranin, l-E.T. Dr. Anna Lührmann, f’Malta.

Nhar it-22 ta’ Jannar 2023 iltqajt mal-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali tar-Repubblika tal-Awstrija, E.T. Alexander Schallenberg fil-marġini tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea fi Brussell.

Fl-24 ta’ Jannar 2023, żort Ruma għal-laqgħat mal-Ministru Taljan tal-Intrapriżi u Made in Italy, l-Onor. Adolfo Urso kif ukoll mal-Ministru Taljan responsabbli għall-Affarijiet Ewropej, l-E.T. Raffaele Fitto.

 

Fl-25 ta’ Jannar, attendejt laqgħa tal-Ambaxxaturi tal-pajjiżi tal-UE organizzata mill-Ambaxxatur Żvediż għal Malta, E.T. Andres Jato. Din il-laqgħa kienet fil-kuntest tal-presidenza Żvediża tal-Kunsill tal-UE.

 

Fl-1 ta’ Frar, kelli laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Rumanija, E.T. Bogdan Aurescu.

Fit-8 ta’ Frar, iltqajt mad-Deputat Ministru għall-Finanzi tal-Litwanja, Onor. Mindaugas Liutvinska.

Fis-17 ta’ Frar 2023, attendejt għall-Konferenza tas-Sigurtà ġewwa Munich, fejn fost l-oħrajn iltqajt mad-Deputat Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Olanda, l-E.T. Wopke Hoekstra, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Unjoni Ewropea u Kooperazzjoni ta' Spanja, l-E.T. José Manuel Albares Bueno, u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Italja, Onor. Antonio Tajani.

Fit-23 ta’ Frar, ippresjedejt dibattitu fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus  Magħquda dwar il-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropeja u n-Nazzjonijiet Magħquda. Ir-Rappreżentant Għoli Josep Borrell enfasizza l-impenn tal-Unjoni Ewropeja għal diversi programmi u inizjattivi tal-Ġnus Magħquda. Malta, bhala Membru tal-UE, offriet li tospita dil-laqgħa waqt il-Presidenza Maltija li seħħet fi Frar. 

Mil-20 sal-21 ta’ Marzu 2023, ipparteċipajt fil-Forum Umanitarju Ewropew li qed jiġi organizzat mill-Kummissjoni Ewropea u l-Iżvezja fejn għamilt intervent. Ġejt ukoll mistieden nagħmel l-intervent ewlieni f’sezzjoni tal-Konferenza bl-isem ta’ “Inżidu l-impenn għat-tfal milquta mill-kunflitti: Ħidma madwar ir-Rabta bejn il-Ħidma Umanitarja, l-Iżvilupp u l-Paċi.”

Fit-3 ta’ April se niltaqa’ mal-Kunsillier Federali u Kap tad-Dipartiment Federali tal-Affarijiet Barranin tal-Iżvizzera, E.T. Ignazio Cassis.

F’April, f’Mejju u f’Ġunju, mistenni nipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin u tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali.

Matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena mistenni li nattendi wkoll għal-Laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fl-24 ta’ April, 22 ta’ Mejju u 26 ta’ Ġunju.

Fit-12 ta' Mejju se nattendi wkoll għal-Laqgħa Informali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin (magħrufa bħala Gymnich) fi Stokkolma.

 

Seduta  105

21/03/2023

LIBRERIJI PUBBLIĊI – KOTBA ĠODDA

6859. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta' kotba ġodda matul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku?

 

02/03/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:

 

Kotba fiżiċi mixtrija ġodda - 2022

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – 2022

Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022

11,031

Eur 78,120.66

19,974

 

Seduta  98

13/03/2023

LIBRERIJA TAL-JUNIOR COLLEGE – KOTBA ĠODDA

6858. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija tal-Junior College tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku?

 

02/03/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2022 inxtraw 453 ktieb. Il-Librerija tal-Junior College ġew mogħtija 2,662 ktieb bħala donazzjoni.

 

Seduta  98

13/03/2023

LIBRERIJA TAL-MCAST – KOTBA ĠODDA

6857. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku?

 

02/03/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2022 l-MCAST xtraw 168 ktieb ġdid, filwaqt li sar investiment fuq 102 e-book ukoll. L-MCAST irċiviet ukoll 77 ktieb bħala donazzjoni.

 

Seduta  98

13/03/2023

LIBRERIJA TAL-UNIVERSITÀ – KOTBA ĠODDA

6856. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija tal-Università tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku?

 

02/03/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2022 inxtraw 1,730 ktieb. Il-Librerija tal-Università ta' Malta rċiviet 1,249 ktieb bħala donazzjoni.

 

Seduta  98

13/03/2023

ĦAL TARXIEN – LIBERIJA PUBBLIKA – KOTBA ĠODDA

6855. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

 

02/03/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt:

 

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda - 2022

Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022

Tarxien

89

115

 

Seduta  98

13/03/2023

Dawk li jobdu, josservaw

1.    Fid-dibattiti politiċi u fil-konvinzjoni ta’ dak li huwa l-aħjar għall-poplu, id-demokrazija tibqa’.  Tibqa’ l-aqwa sistema li biha tmexxi ‘l-bnedmin fit-toroq tagħhom f’din l-art.  Anzi, għalina bħala Demokratiċi Nsara, nagħtuha valur politiku ikbar.  Mhix is-sistema li tieħdok fil-poter u wara tmexxi bl-id tad-dittatorjat.  Hija dik li trid tiġi protetta b’żewġ mekkaniżmi: dawk legali u dawk li jassiguraw li min imexxi l-pajjiż ikollu fih il-konvinzjoni li d-demokrazija trid tiġi protetta bl-għeruq u x-xniexel.  Bil-vantaġġ ikbar għalina li għandna kostituzzjoni li hija miktuba u li tiggarantixxi d-demokrazija.  Hija l-qafas u l-istruttura tagħha imma hemm, kif qednaraw, il-bżonn ta’ iktar.

Kif tgħallimna

2.    Ta’ studenti universitarji kien ikollna d-dubju fuq il-bżonn ta’ kostituzzjoni miktuba.  Kittieba u awturi li kienu jħobbu u jammiraw ħidmet ir-Renju Unit kien ikollhom it-tentazzjoni jippruvaw jipperswaduna li hija l-aqwa sistema.  Mhux biss, imma li dawk il-popli li kitbuha kellhom jagħmlu hekk għax mhumiex proprju demokratiċi, u allura jridu li jkollhom kostituzzjoni miktuba biex tikkontrollahom.  Mentri f’dak il-pajjiż li ħadna l-indipendenza minnu, kollox kien ser jimxi tajjeb, u anzi, mingħajr l-ixkiel tal-kitba.  Kienu jafu kif iġibu ruħhom u ma kinux ser jiksru l-prinċipji demokratiċi għax il-liġi hija mnaqqxa f’qalhom.  Ngħid grazzi li tgħallimna wkoll il-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika, għax fhimna li meta tkun miktuba tkun superjuri, tnaqqas mill-abbużi u kapaċi tikkontrollahom.

Norberto Bobbio

3.    Dan il-ġurista magħruf, f’wieħed mill-kitbiet tiegħu jiddibatti x’inhuwa l-aħjar għal soċjetà.  Jistaqsi: “Qual è il governo migliore: quello delle leggi o quello degli uomini?” (Liema huwa l-aħjar gvern: dak tal-liġijiet jew dak tal-bnedmin?).  Wara diskussjoni mill-iktar interessanti b’kitbet awturi u filosfi, fosthom Platun, Aristotli u Sokrate jikkonkludi.  Jiddikjara li huwa tal-opinjoni li l-preferenza tiegħu tmur għal gvern tal-liġi, u mhux tal-bnedmin.  Jiġġustifika aktar dan, hekk: “È proprio perché non ho dubbi, posso concludere tranquillamente che la democrazia è il governo delle leggi per eccellenza.  Nel momento stesso in cui un regime democratico perde di vista questo suo principio ispiratore, si rovescia rapidamente nel suo contrario, in una delle tante forme di governo autocratico, di cui sono piene le narrazioni degli storici e le riflessioni degli scrittori politiċi.”  (U għax m’għandix dubju, nista’ nikkonkludi bi trankwillità li d-demokrazija hija l-gvern tal-liġijiet per eċċellenza.  Fil-mument stess li reġim demokratiku jitlef dan il-prinċipju li jispirah, jinqaleb kollox fil-kuntrarju, f’waħda mis-sistemi awtokratiċi li l-istorja u l-kitba politika hija mimlija bihom.”)

Ġejna fi kliemu

4.    Proprju għalhekk tajjeb li wieħed jipprepara ruħu qabel jidħol fil-politika u tul iż-żmien tagħha.  Jipprepara bil-qari, bil-kitba u bir-riflessjoni.  Politiku jrid formazzjoni u mhux sempliċement immaġini.  Iktar u iktar meta jkun niexef mill-esperjenza tal-ħajja u tal-bnedmin.  Iktar u iktar meta jkun niexef mill-esperjenza tal-ħajja u tal-bnedmin.  Iktar meta jkun ‘vulnerabbli’ għal min irid jużah.  Proprju quddiem dan naraw li dak li seħħ f’pajjiżna huwa parti sħiħa minn din il-linja storika.  Biss, aħna għandna l-vantaġġ ta’ kostituzzjoni miktuba, li maż-żmien ġiet imsaħħa proprju minħabba n-nuqqasijiet tal-bnedmin li mexxew lil dan il-pajjiż.  Is-sistema taħdem għax il-liġijiet kostituzzjonali huma ‘l fuq mill-bnedmin.  Jiggarantixxu dak li bnedmin fil-politika jinsew li huma frott id-demokrazija u li m’għandhomx poteri superjuri li jaġixxu l-kontra.  Jaġixxu biex b’għemilhom, fil-fatt iċekknu, u mhux ikabbru d-demokrazija.

Fejn mhix miktuba

5.    Hemm pajjiżi fejn m’għandhomx kostituzzjoni miktuba.  U hemm dawk li, għax mhumiex leali lejn id-demokrazija, jaġixxu f’toroq li m’għandhomx.  Dak li rajna taħt Boris Johnson u dak li qed naraw taħt Binyamin Netanyahu.  Żewġ pajjiżi li m’għandhomx il-konfort tal-kostituzzjoni miktuba u, mingħajr ma jridu, flok jissudaw gvern bil-liġijiet qed imorru lejn dawk tal-bnedmin.  Fl-editorjal tal-ġimgħa li għaddiet, f’The Economist dan ingħad ċar ħafna.  Il-Gvern qiegħed jipprova jgħaddi liġijiet li, fil-fatt, ser iġibu l-poter tal-qrati li jikkontrollaw liġijiet anti-kostituzzjonali fix-xejn.  Huma jgħidu hekk: “The reforms are a bad solution to a real problem.  Israel has no written constitution.  For decades, however, the Supreme Court has asserted that some “basic” laws amount to a quasi-constitution it can enforce, overruling the Knesset.  (Ir-riformi proposti huma soluzzjonijiet żbaljati għall-problemi veri.  Iżrael m’għandhiex kostituzzjoni miktuba.  Għal għexieren ta’ snin, il-Qorti Suprema asseriet li hemm numru ta’ liġijiet “bażiċi” li jammontaw għal kważi-kostituzzjoni li tista’ tapplika u tħaddem kontra liġijiet żbaljati tal-parlament, il-Knesset.)

Boris Johnson

6.    L-istess qed naraw fir-Renju Unit b’dak li għaddej quddiem il-Kumitat tal-Privileġġi parlamentari.  F’sistema li batiet sew biex tirreaġixxi għal dak li Johnson kien qiegħed iwettaq fi spirtu u aġir xejn wisq demokratiku.  Jonathan Freedland, f’artiklu li deher is-Sibt li għadda f’The Guardian jiddibatti dan, u jibda billi jistaqsi: “How do you drain the political life from the brand of nationalist-populist leader that has dominated politics across the democratic world in recent times?  Iktar u iktar meta politiċi bħal dawn jippruvaw ipinġu ruħhom vittmi tas-sistema.  Anzi, aħjar hekk: “that he is a victim of liberal prosecutors and an illegitimate system; thathis legal woes are, in fact, a deep-state, elitist coup against him, the tribune of the people.”  (li huwa vittma ta’ prosekuturi liberali f’sistema illeġittima u li l-inkwiet legali tiegħu huwa fil-fatt minn rewwixta elitista kontra tiegħu, it-tribun u d-difensur tal-poplu.)

F’pajjiżna

7.    Għad għandna dawk li jieħdu l-lezzjonijiet il-ħżiena tal-istorja u jaħsbu li ladarba tiġi elett tista’ taġixxi kif trid u timita politiċi bħal dawn.  Li tista’ tmur kontra d-demokrazija u l-liġijiet li jsostnuha.  Il-Qrati tagħna għandhom il-poteri tagħhom, imma hemm ukoll żoni fejn hija l-politika stess li trid issolvi l-problemi.  Ħafna drabi mexxejja li jsiru, jew li jaqbdu t-toroq awtokratiċi jridu jkunu dawk ta’ madwarhom biex ineħħuhom u ma jħalluhomx ikomplu jagħmlu ħsara lis-sistema.  Kif jingħad tajjeb minn Freedland: “The courts can’t do it; even votes can’t always do it.  The power, and responsibility lies with those who acted as their enablers.  The grim truth is that, too often, the only people who can bring down these terrible men are the ones who put then there in the first place.”.  Proprju għax id-demokrazija hija l-gvern tal-liġijiet per eċċellenza li rridu nkomplu naħdmu sabiex nibqgħu stat demokratiku b’mexxejja li jobdu u josservaw il-liġijiet.

SANTA LUĊIJA – LIBRERIJA PUBBLIKA – KOTBA ĠODDA

6854. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Santa Luċija tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

 

02/03/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:

 

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda - 2022

Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022

Santa Luċija

144

66

 

Seduta  97

08/03/2023

SANTA LUĊIJA – APPARTAMENTI TAL-GVERN – LIFT

6853. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22929 tal-Leġiżlatura preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-lift inkwistjoni fil-flats f’Santa Luċija ġiex istallat mill-ġdid u jekk huwiex jaħdem u kemm ġiet tiswa tali spiża?

 

02/03/2023

 

ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar lestiet dan il-proġett li jinkludi lift ta’ 6 passiġġieri flimkien ma’ xogħlijiet ta’ tisbiħ tal-partijiet komuni, intercom, u aperturi ġodda bi spiża globali ta’ EUR 173,218.76 inkluż il-VAT. Il-lift ingħata lura lir-residenti hekk kif kien spjegat fil-mistoqsija 4101.

 

Seduta  97

08/03/2023

BORMLA – LIBRERIJA PUBBLIKA – KOTBA ĠODDA

6852. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Bormla tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

 

02/03/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:

 

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda - 2022

Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022

Bormla

96

233

 

Seduta  97

08/03/2023

FGURA – LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA ĠODDA

6851. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Fgura tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

 

02/03/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:

 

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda - 2022

Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022

Fgura

207

303

 

Seduta  97

08/03/2023

GUDJA – LIBRERIJA PUBBLIKA – KOTBA ĠODDA

6850. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Gudja tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

 

02/03/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:

 

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda - 2022

Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022

Gudja

112

119

 

Seduta  97

08/03/2023

ĦAL GĦAXAQ – LIBRERIJA PUBBLIKA – KOTBA ĠODDA

6849. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Għaxaq tul is-sena 2022 u jgħid kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

 

02/03/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:

 

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda – 2022

Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022

Għaxaq

116

100

 

Seduta  97

08/03/2023

MARSAXLOKK – LIBRERIJA PUBBLIKA – KOTBA ĠODDA

6848. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Marsaxlokk tul is-sena 2022 u jgħid kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

 

02/03/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:

 

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda - 2022

Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022

Marsaxlokk

214

355

 

Seduta  96

07/03/2023

IŻ-ŻEJTUN – LIBRERIJA PUBBLIKA – KOTBA ĠODDA

6847. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika taż-Żetjun tul is-sena 2022 u jgħid kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

 

02/03/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:

 

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda - 2022

Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022

Żejtun

288

379

 

Seduta  96

07/03/2023

RAĦAL ĠDID – LIBRERIJA PUBBLIKA – KOTBA ĠODDA

6846. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Raħal Ġdid tul is-sena 2022 u jgħid kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

 

02/03/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:

 

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda – 2022

Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022

Paola

256

400

 

Seduta  96

07/03/2023

WIED IL-GĦAJN – LIBRERIJA PUBBLIKA – KOTBA ĠODDA

6845. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn tul is-sena 2022 u jgħid kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?

 

02/03/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:

 

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda - 2022

Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022

Wied il-Għajn

114

112

 

Seduta  96

07/03/2023

BDIL FIS-SISTEMA PREŻENTI TAT-TRAFFIKU F’ĦAL TARXIEN

6844. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6656 u jgħid jekk huwiex minnu li s-sistema preżenti tat-traffiku li joħroġ minn Triq il-Palma u Triq San Anard f’Ħal Tarxien se tinbidel billi qiegħed jingħad li minflok se ssir roundabout li tbiddel il-konfigurazzjoni u l-flow tal-istess traffiku? 

 

02/03/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ippreparati disinji alternattivi u qed isir studju dwar liema l-aħjar disinn għandu jiġi implimentat.

 

Seduta  96

07/03/2023

BASTIMENTI MERKANTILI LI DAĦLU F’PAJJIŻNA F’DAWN L-AĦĦAR GĦAXAR SNIN

6843. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6655 u jgħid kemm daħlu bastimenti merkantili f’pajjiżna tul dawn l-aħħar sentejn u kemm niżlu persuni minn abbord dawn il-bastimenti?

 

02/03/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

 

Seduta  96

07/03/2023

TURISTI LI NIŻLU F’PAJJIŻNA TUL DAWN L-AĦĦAR GĦAXAR SNIN

6842. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm turisti li waslu f’pajjiżna bil-baħar tul dawn l-aħħar għaxar snin sena b’sena?

 

02/03/2023

 

ONOR. CLYDE CARUANA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt.

Dawn iċ-ċifri huma tal-viżitaturi kollhali ġew Malta bil-baħar li jkunu qattgħu minn tal-inqas lejl fil-pajjiż, u għalhekk jiġu meqjusa bħala turisti, kemm għal skopijiet ta’ vaganza kif ukoll għal skopijiet ta’ negozju. Il-figuri ma jinkludux passiġġieri li ġew Malta permezz ta’ cruise liners u li ma qattgħux lejl fil-pajjiż (same-day visitors).

 

SENA

NUMRU TA' TURISTI

2013

52,363

2014

73,189

2015

61,460

2016

70,497

2017

87,997

2018

82,234

2019

69,861

2020

19,525

2021

33,456

2022

98,831

 

Seduta  95

06/03/2023

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...