28.3.23

GĦAWDEX – KERĊEM - GĦADIRA TA’ SAN RAFFLU

6356. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Għadira ta’ San Rafflu fil-limiti ta’ Kerċem hijiex qed tiġi monitorata u l-ambjent tagħha miżmum u kkontrollat mill-uffiċjali tal-Ministeru?

 

09/02/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddej monitoraġġ fl-Għadira ta’ San Rafflu dwar il-kwalità tal-ilma u tal-ekoloġija skont id-Direttiva li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (Water Framework Directive). Bħala parti minn din l-istess Direttiva, l-immaniġġjar tas-sit isir skont ir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ.

 

Seduta  89

14/02/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...