29.3.23

MARSA – TRIQ ALDO MORO – WAQFIEN FIT-TRAFFIKU

6361. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm investigazzjoni jew rapport preparat wara li kien hemm waqfien fit-traffiku nhar it-Tnejn 6 ta’ Frar 2023 mit-3.30.p.m sas-6.30.p.m fi Triq Aldo Moro, il-Marsa u t-toroq l-oħrajn? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu sabiex it-traffiku li weħel f’diversi partijiet tal-gżira, l-iktar fin-naħa t’isfel, jiġu mċaqilqa fuq toroq oħrajn?

 

09/02/2023

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi dwar l-inċident li qed jirreferi għalih l-Onor. Membru, li seħħ nhar it-Tnejn 6 ta’ Frar 2023 waranofsinhar fi Triq Aldo Moro, il-Marsa, il-pulizija mill-għassa tal-Ħamrun ġew infurmati li kien hemm makkinarju li waqa’ waqt li kien qed jiġi trasportat u kien qed jostakola t-triq. Dawn mill-ewwel marru fuq il-post biex jevalwaw is-sitwazzjoni u jikkontrollaw it-traffiku waqt li raw li tingħalaq it-triq biex jiġi evitat kull periklu. Infurmat illi jassistu kien hemm ukoll uffiċjali minn TM u mil-LESA biex għenu fil-kontroll tat-traffiku. Minħabba li kien hemm tixrid ta’ żejt fl-istess triq, taw l-għajnuna tagħhom membri tal-Protezzjoni Ċivili. Dawn neħħew il-periklu biex sussegwentament setgħet tinfetaħ it-triq għan-normal. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nitolbok tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  90

15/02/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...