29.3.23

SANTA LUĊIJA – TRIQ IL-ĠNIEN – APPARTAMENTI TA’ BLOCK 3

6357. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-appartamenti ta’ Block 3, Triq il-Ġnien, Santa Luċija humiex se jiġu kkurati aħjar u ssirilhom il-manutenzjoni neċessarja interna u esterna?

 

09/02/2023

 

ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull sena l-Awtorità tad-Djar tfassal programm ta’ riġenerazzjoni li jikkomprendi madwar 60 blokk f’lokalitajiet u Oqsma tad-Djar differenti u dan sabiex dawn il-binjiet, inkluż il-binja li qed issir referenza għaliha, jingħataw dehra aktar ġdida u ntejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti li jgħixu fihom.

 

Seduta  90

15/02/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...