28.3.23

RAĦAL ĠDID – TRIQ BRITTANJA – XOGĦOL

5968. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħol qiegħed isir fi Triq Brittanja, Raħal Ġdid ?

 

02/02/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fi Triq Brittanja f’Raħal Ġdid, l-Enemalta qed tgħaddi cables ġodda mis-substation ta’ Triq is-Sultana biex issaħħaħ id-distribuzzjoni għall-konsumaturi ta’ dawk in-naħat. Waqt dawn ix-xogħlijiet, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet l-opportunità biex tibdel il-mains tal-ilma, tinstalla servizzi ġodda għar-residenti u tagħmel xogħol ta’ rinovar fuq il-manholes tad-drenaġġ.

 

Seduta  88

13/02/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...