26.12.21

EARLY RETIREMENT – EMENDA FIL-LIĠIJIET TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

 

 

22098. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: In vista tal-fatt li persuni li joħorġu minn fuq il-post tax xogħol bl-'Early Retirement' qabel ma jilħqu l-pension age, skont skeda tal-kumpanija, bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni u għalhekk persuna li tingħata 'early retirement' ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it 3 snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, għaldaqstant, jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir emenda fil-liġijiet tas-Sigurtà Soċjali biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu xorta b'xogħol iddikjarat?

 

03/08/2021

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma hemm xejn fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali li jipprekludi persuna milli taħdem qabel l-eta’ ta’ 61 sena jew qabel/wara l-età tal-

irtirar. 

 

Jista’ jagħti l-każ li dak li qed isemmi l-Onor. Interpellant ġej mill-kundizzjonijiet ta’ xi skema jew skemi ta’ Early Retirement, liema kundizzjonijiet isiru minn min joffrihom.

 

Seduta  491

04/10/2021

 

RIFUŻJONI FUQ IL-VAT

 

 

17568. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta’ flus li kellhom jiġu mħallsa lura f’rifużjoni fuq il-VAT sal-aħħar ta’ Settembru 2020 u kemm tħallsu sal-aħħar ta’ Novembru 2020?

 

30/11/2020

 

  ONOR. CLYDE CARUANA:  Ninforma lill-Onorevoli Membru li minn Jannar 2020 sa Settembru 2020 saru Ewro 250,997,179.07 f’talbiet għal rifuzjoni fuq il-VAT, li minnhom tħallsu Ewro 204,314,672.83 sa l-aħħar ta’ Novembru 2020.

L-ammont f’talbiet mhux imħallsa jirrizulta minn talbiet li għadhom ma mmaturawx, kif ukoll talbiet mizmuma għal diversi raġunijiet, bħal ordnijiet ta’ ffrizar u mandati kawtelatorji tal-qorti, nuqqas ta’ sottomissjoni fil-ħin ta’ denunzji dwar taxxa, talbiet pendenti għal korrezzjoni ta’ denunzji jew oġġezzjoni għal stimi, investigazzjoni jew verifika ta’ talbiet għal rifuzjoni, nuqqas ta’ dettalji provduti dwar kontijiet bankarji fejn isir ħlas ta’ rifuzjoni, u talbiet li ma jeċċedux l-ammont minimu ta’ rifuzjoni.

It-talbiet għal rifuzjoni fil-perjodu msemmi, kif ukoll il-ħlasijiet rilevanti, saru fil-kuntest tal-ambjent diffiċli għan-negozju u għad-dħul tal-Gvern, kawza tal-pandemija COVID-19.

 

Seduta  410

14/12/2020

 

RAĦAL ĠDID – SKEJJEL PRIMARJI – STUDENTI REĠISTRATI

 


17567. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni: Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti reġistrati fl-Iskejjel Primarji f’Raħal Ġdid għas-sena akkademika 2020/2021 u kemm kien hemm għalliema fl-istess skola?

 

30/11/2020

 

  ONOR. JUSTYNE CARUANA:  Ninsab infurmata li fl-iskola primarja ta’ Raħal Ġdid hemm 28 Għalliem u 12-il Kindergarten Educator. In-numru ta’ studenti huwa 320 fil-Primarja u 118 fil-Kinder.

 

Seduta  410

14/12/2020

 

ĦAL GĦAXAQ – LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA

 

 


17566. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Ħal Għaxaq tul din is-sena? Jista’ jgħid kemm ġew mislufa kotba?

 

30/11/2020

 

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi il-librerija ta’ Ħal Għaxaq akkwistat 468 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet.  1,893 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.

 

Seduta 410

14/12/2020

KORP DIPLOMATIKU – PERSUNI LI RTIRAW U LI RRIŻENJAW

 

17565. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Korp Diplomatiku ta’ pajjiżna tul din is-sena 2020? Jista’ jgħid kemm irtiraw u kemm irriżenjaw minnhom?

 30/11/2020

 ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat illi, fil-Korp Diplomatiku hemm 122 persuna. Matul is-sena 2020 irriżenjaw 2 mill-Korp Diplomatiku u l-ebda uffiċjal ma rtira.

 

Seduta  410

14/12/2020

PERSUNI LI RRIŻENJAW, IRTIRAW JEW TKEĊĊEW MIS-SERVIZZ PUBBLIKU

 

17564. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prm Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm persuni rriżenjaw, irtiraw jew tkeċċew mis-Servizz Pubbliku tul din is-sena sal-aħħar ta’ Novembru 2020?

 

30/11/2020

 

  ONOR. ROBERT ABELA:  Ninsab infurmat li bejn Jannar sal-aħħar ta’ Novembru 2020, 310 rriżenjaw, 346 irtiraw u 7 tkeċċew mis-Servizz Pubbliku.

 

Seduta  410

14/12/2020

IŻ-ŻEJTUN – LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA

 

 

17563. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni lil-librerija pubblika taż-Żejtun tul din is-sena? Jista’ jgħid kemm ġew mislufa kotba?

 

30/11/2020

 

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi il-librerija taż-Żejtun akkwistat 285 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet.  852 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.

 

Seduta 410

14/12/2020

RAĦAL ĠDID, ĦAL TARXIEN, SANTA LUĊIJA, IL-GUDJA U L-FGURA - PERSUNI IRREĠISTRATI BĦALA PART-TIME

 

 

 

17556. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati li qed jaħdmu part-time f’Ottubru 2020 li jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura? Jista’ jgħid  kemm kienu nisa u kemm rġiel u dan kollettivament u skont l-lokalità rispettiva?

 

27/11/2020

 

  ONOR. CLYDE CARUANA:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tabella li turi n-numru ta’ ħaddiema, nisa u rġiel, li qed jaħdmu part-time fl-aħħar ta' Jannar 2020 u li jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Jannar 2020.

 

Seduta  408

07/12/2020

SANTA LUĊIJA - SKOLA SEKONDARJA - XOGĦLIJIET

 

 

 

17555. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni: Tista’ l-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta'  natura ordinarja u straordinarja saru tul din is-sena fl-iskola sekondarja ta’ Santa Lucija (Malta)?

 

27/11/2020

 

  ONOR. JUSTYNE CARUANA:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-Iskola Sekondarja ta' Santa Luċija, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) bdiet il-proġett ta' bini tal-ewwel sala għall-iskola kif ukoll għall-faċilitajiet sportivi fuq ġewwa. 

 

Sadanittant, infurmata li tul din is-sena fl-iskola sekondarja saru dawn ix-xogħlijiet:

 

·               Żebgħa f’partijiet minn kurituri

·               Tiswija ta' pajpijiet tal-ilma

·               Tiswija tas-sistema ta’ drenaġġ

·               Tibjid ta' klassijiet

·               Tibjid ta’ turġien mad-dawra tal-iskola

·               Kamra b'faċilità sanitarja ġdida

·               Linji biż-żebgħa tal-parking tad-dawra tal-iskola

·               Inżebgħu l-bankijiet tal-grawnd tal-iskola b'kuluri differenti

·               Sar xogħol ta' ġardinaġġ inkluż il-qtugħ ta’ siġar tal-palm mejta u tħawwlu siġar ġodda  

·               Manutenzjoni ta' dawl f'postijiet differenti

·               Inqala' grawnd fl-iskola u reġa' sarlu l-konkos mill-ġdid

·               Installazzjoni ta’ lift ġdid

 

 

·               Preparazzjoni għat-twettiq tal-protokol biex jinfetħu l-iskejjel fosthom sinjali fil-grawnd biex jifirdu d-designated areas, twaħħil ta' stickers skont il-linji gwida, irranġar ta' spazji fil-klassijiet u ċaqlieq ta' staff rooms.

 

Seduta  408

07/12/2020

 

IL-GUDJA - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA

 

 

 

17554. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika tal-Gudja tul din is-sena? Jista' jinforma l-kamra kemm ġew mislufa kotba?

 

27/11/2020

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-librerija tal-Gudja akkwistat 549 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet.  1,244 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.

 

Seduta  408

07/12/2020

PERSUNI REĠISTRATI JAĦDMU PART-TIME

  

 

17553. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati li qed jaħdmu part-time f’Ottubru 2020? Jista’ jinforma l-kamra kemm kienu nisa u kemm rġiel?

 

27/11/2020

 

  ONOR. CLYDE CARUANA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tabella turi n-numru ta’ ħaddiema, nisa u rġiel, li qed jaħdmu part-time fl-aħħar ta' Jannar 2020.

 

 

Part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom

Part-time ma’ full-time

Total ta' Part-Time f’Malta u Għawdex

Rġiel

Nisa

Total

Rġiel

Nisa

Total

Rġiel

Nisa

Total

14,605

19,905

34,510

20,103

10,430

30,533

34,708

30,335

65,043

 

L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Jannar 2020.

 

Seduta  408

07/12/2020

SANTA LUĊIJA MALTA - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA

 

 

17552. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika f'Santa Luċija (Malta) tul din is-sena? Jista' jinforma l-kamra kemm ġew mislufa kotba?

 

27/11/2020

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-librerija ta’ Santa Luċija akkwistat 693 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet.  1,457 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.

 

Seduta  408

07/12/2020

WIED IL-GĦAJN, IŻ-ŻEJTUN, ĦAL GĦAXAQ U MARSAXLOKK - PERSUNI LI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

 


17551. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali sal-aħħar ta’ Ottubru 2020 li huma reġistrati li jgħixu ż-Żejtun. Wied il-Għajn, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk, kif ukoll kemm applikaw u kemm ma baqgħux jirċievu dan? Jista' jindika dan kollettivament u skont il-lokalità?

 

27/11/2020

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

 

Seduta  408

07/12/2020

Bormla – Peppi Delceppo Ground - xogħlijiet

 

 

*22874. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru f’Peppi Delceppo Ground Bormla billi bħalissa x-xogħlijiet jinsabu wieqfa?

02/11/2021

 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li fil-ġimgħat li għaddew, il-kuntrattur ħa ħsieb illi tiġi mwaqqa’ l-infrastruttura antika, jitneħħa l-materjal ¿ejjed u jsir invellar tas-sit skont il-ħtieġa. Huwa mistenni illi x-xogħlijiet fuq il-post jitkomplew matul Novembru 2021.

Seduta Numru 520
16/11/2021

Santa Luċija – in work benefit

 

 

*22872. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti f’Santa Luċija (Malta) bbenefikaw mill-In work Benefit minn Novembru 2020 sal-aħħar ta’ Ottubru 2021? Kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew mibgħuta?

02/11/2021

 ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm 39 benefiċjarju/a li tħallsu s-somma ta’ €54,961.86 għall-perjodu minn 03/10/2020 sa 02/10/2021.

Infakkar li l-pagamenti jinħarġu kull 3 xhur b’lura, f’April, f’Lulju, f’Ottubru u f’Jannar ta’ kull sena. Għalhekk, il-figura mogħtija hija minn Ottubru 2020 u mhux minn Novembru 2020.

Seduta Numru 520
16/11/2021

Ġnien is-Serenità - riġenerazzjoni

 *22873. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli: Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu s’issa fir-rigward ir-riġenerazzjoni ta’ Ġnien is-Serenità f’Santa Luċija wara dak dikjarat f’Lulju 2021?

02/11/2021

 ONOR. MIRIAM DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, wara snin ta’ telqa, dan l-ispazju miftuħ ġewwa Ġnien is-Serenita se jkun qed jiġi riġenerat għat-tgawdija tar-residenti.

Parks Malta lestew diversi xogħolijiet amministrattivi u tekniċi bi preparazzjoni għax-xogħolijiet fiżiċi u ambjentali li jridu jsiru. Dan jinkludi t-tħejjija tal-pubblikazzjoni għas-sejħa tal-offerti u d-disinn tal-proġett li qed isir bl-għan li jikkomplimenta Ġnien is-Serenita.

Permezz ta’ dan l-investiment ta’ nofs miljun ewro, se jinħoloq spazju rikreattiv ieħor fin-Nofsinhar ta’ Malta għal individwi ta’ kull eta’. Se jkun post ideali fejn wieħed jista’ jirrilassa, jissoċċjalizza jew jagħmel attivita’ fiżika. Se jkun mammar biex iservi għall-attivitajiet mużikali, kulturali u edukattivi.

Ix-xogħolijiet f’dan l-ispazju miftuħ huma mistennija li jitlestew s-sena d-dieħla.

Seduta Numru 520
16/11/2021

Il-Ġappun – Ambaxxata - ħidma

 

 

*22871. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Ġappun tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

02/11/2021

 ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Intrepellant li qed inpoġġi fuq Mejda tal-.Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Ġappun tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Seduta Numru 520
16/11/2021

Wied il-Għajn – sussidju fuq il-kirjiet

 

 

*22869. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Wied il-Għajn ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ ukoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

02/11/2021

 ONOR. RODERICK GALDES: L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995.

L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Seduta Numru 520
16/11/2021

Il-Fgura – servizzi ta’ lift

 *22870. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm bini tal-Gvern fil-Fgura li ġie installat lilhom is-servizz ta’ lift u kemm hemm pendenti u għala?

02/11/2021

 ONOR. RODERICK GALDES: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s’issa ġew installati ħames lifts f’binjiet mikrija ġewwa l-Fgura. Talba oħra qed tiġi pproċessata u l-lift se jitwaħħal fis-snin li ġejjin.

Seduta Numru 520
16/11/2021

Gudja – Librerija Pubblika

 

 

*22868. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika fil-Gudja u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?

02/11/2021

 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika tal-Gudja ġew mislufa 23,834 ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 19,297 bejn Jannar u Ottubru tal-2021.

Il-librerija inagħtat mitejn u tlett (203) kotba b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mija disgħa u tletin (139) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021.

Seduta Numru 519
15/11/2021

Raħal Ġdid - Ġnien il-Mediterran

  

*22864. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għad-domanda parlamentari 21108, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex Ġnien il-Mediterran jiġi riabilitat u kkurat kif għandu?

02/11/2021

 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Paola għaddej b'disskusjonijiet ma’ Parks Malta sabiex din l-entità tassisti fil-kura tal-ġnien. Apparti minn hekk il-Kunsill Lokali Paola ħadem u qiegħed fil-proċess li jdaħħal applikazzjoni l-Awtorita tal-Ippjanar sabiex isir ukoll proġett tar-riġenerazzjoni ta' dan il-ġnien; ġnien li ser jinkorpora fih fost l-oħrajn il-Covid Garden kif ukoll Dog Park.

Seduta Numru 519
15/11/2021

Teknoloġija moderna u sigurtà fl-ambaxxati

 *22865. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet senjatament fit-teknoloġija moderna u fis-sigurtà saru fl-ambaxxati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet?

02/11/2021

 ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-pandemija ta’ Covid 19, fis-sena 2020, proġetti relatati mas-sigurtà kienu limitati meta mqabbel mas-snin preċedenti.

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej, investa u implimenta diversi sistemi li minnhom ibbenefikaw kemm il-Ministeru f’Malta kif ukoll l-Ambaxxati li għandna imferrxin madwar id-dinja.

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma li sarret mill-Uffiċċju tal-Immaniġjar tad-data f’ambaxxati dawn l-aħħar 12-il xahar.

Seduta Numru 519
15/11/2021

Marsaxlokk – sussidju fuq il-kirjiet

*22866. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Marsaxlokk ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ ukoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

02/11/2021

 ONOR. RODERICK GALDES: L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995.

L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Seduta Numru 519
15/11/2021

Santa Luċija (Malta) – sussidju fuq il-kirjiet

 

 

*22863. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Santa Luċija (Malta) bbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ ukoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

02/11/2021

 ONOR. RODERICK GALDES: L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995.

L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Seduta Numru 519
15/11/2021

Il-Gudja - Għassa

 

 

*22861. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il jum kienet miftuħa l-Għassa tal-Gudja tul dawn l-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm ġew rappurtati delitti u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

02/11/2021

 ONOR. BYRON CAMILLERI: Infurmat li l-għassa tal-Gudja li hija għassa sekondarja li tiftah skont il-bzonn, filwaqt li hemm ghassa ohra gewwa l-Ajruport li tkun miftuha kulljum. Infurmat illi fiz-zona tal-Gudja ssir ronda regulari permezz ta’ vetturi tad-distrett taz-Zejtun u dawk tal-RIU biex il-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija fil-lokalita, jiġu milħuqa. Ma din l-għassa hemm stallata sistema ta’ intercom li permezz tagħha l-pubbliku jista jikkomunika mal-Kwartieri Generali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, u tingħata kull assistenza mitluba. Fiż-żmien li ġej ġewwa din il-lokalità ser ikun introdott wkoll is-servizz ta’ community policing. L-ammont ta’ delitti rappurtati f’din il-lokalita li jkopri il-perjodu bejn Jannar 2020 u l-aħħar ta’ Ottubru 2021, jidher fit-tabella hawn taħt li tinkludi wkoll dawk marbuta ma’ serq. In-numru ta’ delitti rrapurtati jinkludu dawk li seħħew fl-ajruport internazzjonali li jaqa taħt l-istess lokalita u għalhekk l-ammonti fit-tabella jidhru separatament:

Sena

Ammont ta’ delitti rrapurtati (inkluz serq)

Ammont ta’ kazijiet ta’ serq irrapurtat

2020

Airport 56

Gudja 57

Airport 35

Gudja 25

2021 (sa Ottubru)

Airport 152

Gudja 53

Airport 21

Gudja 16

Seduta Numru 518
10/11/2021

Ħal Tarxien - Għassa

  

*22858. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il jum kienet miftuħa l-Għassa ta’ Ħal Tarxien tul dawn l-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm ġew rappurtati delitti u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

02/11/2021

 ONOR. BYRON CAMILLERI: Matul din is-sena ir-residenti ta’ Hal Tarxien bdew jircievu servizz mill-Pulizija ahjar minn dak li kienu jesperjenzaw qabel, u dan wara li gie estiz is-servizz ta’ community policing gewwa Hal Tarxien. Infurmat illi fiż-żona ta’ Hal-Tarxien ukoll issir ronda regulari permezz ta’ vetturi tad-distrett ta’ Raħal Gdid, u dawk tal-RIU biex il-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija fil-lokalita, jiġu milħuqa. Ma din l-għassa hemm stallata sistema ta’ intercom li permezz tagħha l-pubbliku jista jikkomunika mal-Kwartieri Generali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, u tingħata kull assistenza mitluba. L-ammont ta’ delitti rappurtati f’din il-lokalita li jkopri il-perjodu bejn Jannar 2020 u l-aħħar ta’ Ottubru 2021, jidher fit-tabella hawn taħt li tinkludi wkoll dawk marbuta ma’ serq :-

Sena

Ammont ta’ delitti rrapurtati (inkluz serq)

Ammont ta’ kazijiet ta’ serq irrapurtat

2020

189

65

2021 (sa Ottubru)

160

26

Seduta Numru 518
10/11/2021

Dublin – Ambaxxata - ħidma

  *22867. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Dublin tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

02/11/2021

 ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Dublin tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Seduta Numru 519
15/11/2021

Budget – fondi għal Kapital

*22862. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew minfuqa l-fondi għall-kapital kif provdut fil-Budget tas-sena li għaddiet u fuq liema proġetti?

02/11/2021

 ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi għall-kapital kif ipprovdut fil-Budget tas-sena li għaddiet u kif intefqu jinsabu hawn taħt:

Infiq mill-vot Kapitali 7600:

Xogħol ta’ rinovar fl-Ambaxxati (għamara u tagħmir tas-sigurta’) €157,848

Xiri ta’ karozzi għall-Ambaxxati - €131,240

Pagament fuq is-self tar-residenza f’Londra - €81,892

Spejjez professjonali residenza fl-Londra - €64,559

Xogħol ta’rinovar fil-kantina ta’ Palazzo Parisio - €349,037

Xiri ta’ għamara u tagħmir €78,264

Xogħol ta’rinovar fl-uffiċini ta’ Triq Melita - €34,838

Xogħol ta’rinovar fl-uffiċini Triq Zakkarija - €1,059

Xogħol ta’rinovar fl-uffiċini tal-Allied House -€2,452

Installazzjoni ta’ sistema tas-sigurta’ - €3,733

Total €904,922

Infiq mill-vot Kapitali 7836 – Fondi Strutturali:

Xogħol ta’ rinovar fl-Ambaxxati - €565,150

Seduta Numru 518
10/11/2021

Il-Fgura – sussidju fuq il-kirjiet

 

 *22860. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni mill-Fgura bbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

02/11/2021

 ONOR. RODERICK GALDES: L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995.

L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Seduta Numru 518
10/11/2021

Posting Order

 

 

*22859. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid għala fl-aħħar Posting Order No: 2/2021 (MFA/1537/68/VII) ħarġet numru ta’ punti barra mill-ordinarju u ċjoè li fost l-oħrajn hija mimlija b’postings ta’ persuni li mhumiex membri fil-korp diplomatiku b’tibdil fil-kondizzjonijiet tal-impieg u kif numru ta’ membri tal-Korp li tħaltilhom il-grad tagħhom fejn mhuwiex preċiż, x’inhija l-pożizzjoni u d-dħul rispettiv tagħhom?

02/11/2021

 ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill Onor. Interpellant li għall-mistoqsija tiegħu jeħtieġ li jiġi ċċarat illi l-Posting Order Nru. 2/2021 ma għandha l-ebda punt li huwa barra mill-ordinarju. Irid jintqal, li wara ż-żieda tal-Affarijiet Ewropej mal-portafoll ta’ dan il-Ministeru, ir-Rappreżentanza Permanenti għall-Unjoni Ewropea (PREU) reġgħet lura taħt il-mandat ta’ dan il-Ministeru. L-istazzjonar ta' diplomatiċi mhux tal-karriera, jinstab partikolarment f'din il-missjoni speċjali, li tirrekluta ħafna mill-uffiċjali tagħha (ħafna minnhom ikunu esperti tekniċi) permezz ta' sejħiet esterni, u mhux permezz tas-sejħa għal-Second Secretaries fil-Korp Diplomatiku. Dawn ikunu sejħiet li jaqgħu taħt l-iskrutinju tal-Kumissjoni għas-Servizz Pubbliku. Għaldaqstant, ma hemm l-ebda tibdil fil-kundizzjonijiet tal-impjieg dwar il-postings. Dan il-metodu huwa speċifiku għall-PREU li għandha bżonnijiet uniċi, fost il-missjonijiet ta’ Malta barra minn xtutna. Irid jingħad ukoll, illi l-Korp Diplomatiku Malti mhux kbir biżżejjed biex jilqa’ għad-domanda tal-missjonijiet tagħna barra minn xtutna, kif ukoll il-bżonnijiet tal-Ministeru. Għalkemm minn żmien għal żmien jinħarġu sejħiet għal Second Secretaries, il-ħtieġa għal dawn l-uffiċjali qed tirriżulta li tkun iżjed min-numru tal-uffiċjali li jkunu reklutati.

Seduta Numru 518
10/11/2021

Ħaż-Żabbar – servizzi ta’ lift

 

 

*22856. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm bini tal-Gvern f’Ħaż-Żabbar li ġie installat lilhom is-servizz ta’ lift u kemm hemm pendenti u għala?

02/11/2021

 ONOR. RODERICK GALDES: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar installat 8 liftijiet ġewwa Ħaż-Żabbar u qegħda fil-proċess li jiġu nstallati 3 liftijiet oħra u li għalihom sejra tinħareġ l-offerta u/jew l-għoti tax-xogħlijiet.

Seduta Numru 516
09/11/2021

Raħal Ġdid – sussidju fuq il-kirjiet

 *22855. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Raħal Ġdid ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

02/11/2021

 ONOR. RODERICK GALDES: L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995.

L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Seduta Numru 516
09/11/2021

Raħal Ġdid – servizzi ta’ lift

 

 

*22852. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm bini tal-Gvern f’Raħal Ġdid li ġie installat lilhom is-servizz ta’ lift u kemm hemm pendenti u għala?

02/11/2021

 ONOR. RODERICK GALDES: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar installat 2 liftijiet f’Raħal Ġdid u qegħda fil-proċess li tinstalla 6 liftijiet oħra (3 minnhom qed issir analiżi teknika preliminari, u t-3 l-oħra qegħdin fil-proċess li tinħareġ l-offerta u/jew l-għoti tax-xogħlijiet).

Seduta Numru 516
09/11/2021

Ħal Għaxaq – sussidju fuq il-kirjiet

 

 

*22851. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Ħal Għaxaq ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

02/11/2021

 ONOR. RODERICK GALDES: L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995.

L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Seduta Numru 516
09/11/2021

Pariġi – Ambaxxata - ħidma

*22857. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Pariġi tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

02/11/2021

 ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja r-restrizzjonijiet li l-imxija tal-Covid-19 ġabet magħha fil-ħajja ta’ kuljum fi Franza, l-Ambaxxata ta’ Malta f’Pariġi xorta wettqet xogħol fejjiedi fejn setgħet bi preżenza u laqghat fiżika u fejn ma setgħetx permezz ta’ laqgħat u diskussjonijiet virtwali.

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal–Kamra l-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Parigi tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Seduta Numru 518
10/11/2021

Raħal Ġdid - Knisja ta’ Sant Ubaldeska - ħidma

 

 

*22854. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20718, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-programm ta’ ħidma tas-sena li ġejja humiex ser isiru t-toroq madwar il-Knisja ta’ San Ubaldeska f’Raħal Ġdid?

02/11/2021

 ONOR. IAN BORG: Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 750 toroq residenzjali u rurali minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, li jfisser li lestiet medja t’aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa f’dawn l-aħħar snin.

L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna, bħal Marsa Junction Project u l-Breakwater tal-Qrejten, f’Marsaxlokk, filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.

Apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li Infrastructure Malta wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat, waqt li bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop.

It-toroq indikati qegħdin ikunu ppjanati mill-aġenzija biex isiru fiż-żmien li ġej, hekk kif l-investiment biex titjieb il-kwalità tat-toroq se jissokta fis-snin li ġejjin bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq fil-lokalitajiet madwar Malta biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Seduta Numru 516
09/11/2021

Ruma – Ambaxxata - ħidma

*22850. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Ruma tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

02/11/2021

 ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-ħidma li saret mill-Ambaxxatta ta’pajjizina f’Ruma tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Seduta Numru 514
08/11/2021

Santa Luċija – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba

  

 

*22848. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika f’Santa Luċija (Malta) u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?

02/11/2021

 ONOR. JOSÈ HERRERA: L-informazzjoni fit-tabella t’hawn isfel hija minn Jannar sa Ottubru 2021:

PQ Number

Lokalita

Donazzjonijiet

Kotba mixtrija ġodda

Kotba mislufa

22484

Santa Luċija

450

167

5907

Kotba mislufa fl-aħħar tnax il-xhar (Settembru 2020 sa Ottubru 2021) mill-Librerija ta’ Santa Luċija jammontaw għal 10,448.

Seduta Numru 514
08/11/2021


Il-Gudja – Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina - xogħlijiet

 

 

*22845. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16368 u 21102, jista’ l-Ministru jgħid għala mit-18 ta’ Mejju 2021 sal-lum, Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina fil-Gudja għadhom ma tlestewx?

02/11/2021

 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li x-xogħol kien wieqaf sakemm saru l-arranġamenti kollha mill-periti u l-kuntrattur biex jinbeda xogħol.

Ix-xogħlijiet fit-toroq imsemmija reġgħu bdew mill-1 ta’ Settembru 2021 u jinsabu fi stadju avvanzat, fejn huma ppjanati li jitlestew lejn l-aħħar tas-sena.

Seduta Numru 514
08/11/2021

Santa Luċija – bini tal-Gvern - lifts

 

 

*22846. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bini tal-Gvern f’Santa Luċija (Malta) li ġie installat lilhom is-servizz ta’ lift u kemm hemm pendenti u għala?

02/11/2021

 ONOR. RODERICK GALDES: Ninsab infurmat illi l-Awtorità tad-Djar installat 17-il lift ġewwa Santa Luċija (Malta). Bħalissa qed isiru l-installazzjonijiet ta’ 3 liftijiet u qegħdin fil-proċess li jiġu nstallati 6 liftijiet oħra (3 minnhom qed issir analiżi teknika preliminari, u t-3 l-oħra qegħdin fil-proċess li tinħareġ l-offerta u/jew l-għoti tax-xogħlijiet).

Seduta Numru 514
08/11/2021

Ħal Tarxien – sussidju fuq il-kirjiet

 

 

*22849. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Ħal Tarxien ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ ukoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

02/11/2021

 ONOR. RODERICK GALDES: L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995.

L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Seduta Numru 514
08/11/2021

Home Equity Release for Pensioners

 

 

*22847. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni tinsab l-implimentazzjoni tal-hekk imsejħa l-Home Equity Release for Pensioners?

02/11/2021

 ONOR. CLYDE CARUANA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-liġi fuq l-Equity Release ġiet fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2019.

L-Awtorità nehdiet regoli u gwida fuq l-istess liġi f’Ottubru 2019.

Sa issa għad m’hemm l-ebda istituzzjoni li ġiet approvata biex toffri dan il-prodott.

Kull meta applikazzjon għal-liċenzja tiġi approvata mill-Awtorità, informazzjoni fuq l-entità li ġiet liċenzjata titpoġġa fuq il-website tal-Awtorità.

Seduta Numru 514
08/11/2021

Santa Luċija – Skola Sekondarja - xogħlijiet

 

 

*22853. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni: Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet saru fl-iskola sekondarja ġewwa Santa Luċija (Malta) senjatament fil-bini ta’ sala ġdida u kemm sa issa ntefaq?

02/11/2021

 ONOR. JUSTYNE CARUANA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Iskola Sekondarja li tifforma parti mil-Kulleġġ San Tumas More f’Santa Luċija qegħdin nibnu żewġ swali, waħda biex isservi bħala multi-purpose hall u l-oħra għall-attivitajiet sportivi.

Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni hu lest filwaqt li s-sejħa pubblika għax-xogħlijiet mekkaniċi, elettriċi u dawk ta’ finishes se tkun ippubblikata fil-ġimgħat li ġejjin.

L-ispiża s’issa eċċediet iż-€2 miljun.

Seduta Numru 516
09/11/2021

Fondazzjoni Rota

 

 

*22655. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kellimx il-Fondazzjoni Rota tul din il-leġislatura u jekk din ġietx konsultata dwar il-Proġett li jrid jsir mill-ġdid ta’ Pjazza A De Paule f’Raħal Ġdid?

26/10/2021

 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ma sarux diskussjonijiet mal-fondazzjoni imsemmija.

Seduta Numru 507
01/11/2021

Pjazza ta’ Raħal Ġdid – Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss - ħamiem

 

 

*22652. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 21379 u 22369, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta effettivament ser jibda dan il-proċess għax ir-residenti qegħdin jum wara jum ibatu minn dan il-konvenjent?

26/10/2021

 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u tingħata f’seduta oħra.

Seduta Numru 507
01/11/2021

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule - xogħol

 

 

*22656. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 20118 u 22246, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra dettaljatament x’inhuma dawn l-“up-grades” u jqiegħed ir-rapport tekniku li sar kif ukoll jindika meta ser jibda jsir ix-xogħol?

26/10/2021

 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li wara laqgħa li saret bejn il-partijiet kollha inkluz il-Kunsill Lokali ta’Rahal Ġdid, ix-xogħlijiet jew upgrades ser jibdew minn issa pass pass skont il-ftehim bejn il-Kunsill Lokali u l-kuntratturi.

Qiegħed inpoġġi r-rapport tekniku u l-Bills of Quantity fuq il-mejda tal-kamra. L-ispejjez ta’ dawn ix-xogħlijiet ser jitħallsu mill-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta.

Seduta Numru 507
01/11/2021

Kalkara – Bajja tar-Rinella - tindif

 *22653. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur: Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex il-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara għas-sajf li ġej titnaddaf aħjar u tiġi rranġata aħjar milli hi?

26/10/2021

 ONOR. CLAYTON BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni tara li t-tindif tal-Bajja tar-Rinella isir regolarment is-sena kollha. Intant l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien mal-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi offriet għajnuna lill-Kunsill Lokali li kellu jipproponi implimentazzjoni ta’ proġett żgħir ta’ tisbieħ għaż-żona msemmija.

Seduta Numru 507
01/11/2021

Fondazzjoni Rota

 

*22654. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba ltaqa’ mal-Fondazzjoni Rota tul din l-leġislatura u possibilment dwar liema proġetti tkellem magħhom?

26/10/2021

 ONOR. IAN BORG: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat li l-entitajiet u l-membri tal-Ministeru jiltaqgħu regolarment, kif kelli l-okkazzjonijiet jiena ukoll, u niddiskutu proġetti speċifici u b’vizjoni izjed wiesa’ għal dan il-mezz importanti ta’ trasport. Kemm qabel kif ukoll waqt it-twettiq tal-proġetti li jsiru minnha, Infrastructure Malta tikkonsulta ma’ diversi diversi entitajiet, Kunsilli Lokali, awtoritajiet u anke individwi konċernati biex tassigura li l-pjanti u x-xogħlijiet finali jkunu l-izjed effiċjenti, siguri u sostenibbli. Għaldaqsant il-konsultazzjoni mill-aġenzija tibda fl-istadju tal-ippjanar, tkompli waqt il-proċedura tal-għoti tal-permessi u saħansitra tissokta wkoll waqt li jkunu qegħdin isiru x-xogħlijiet, bħalma sar fil-kaz tal-Marsa Junction Project u Central Link Project fost proġetti oħrajn.

Wara konsultazzjonijet li saru ma’ Fondazzjoni Rota, Infrastructure Malta kienet irrevediet il-pjanti tal-Marsa Junction Project biex Ziedet mina (underpass) ġdida li ffaċilitat l-ivvjaġġar bil-mixi u bir-rota. Minbarra dwar dan il-proġett u Central Link Project, l-aġenzija kellha wkoll diversi laqgħat mal-istess għaqda fuq proġetti oħrajn fosthom dawk tal-Bypass tal-Imrieħel, tal-Bypass tal-Imġarr, ta’ Triq tal-Balal, Luqa Junction Project u l-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP).

Seduta Numru 507
01/11/2021

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...