26.12.21

RIFUŻJONI FUQ IL-VAT

 

 

17568. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta’ flus li kellhom jiġu mħallsa lura f’rifużjoni fuq il-VAT sal-aħħar ta’ Settembru 2020 u kemm tħallsu sal-aħħar ta’ Novembru 2020?

 

30/11/2020

 

  ONOR. CLYDE CARUANA:  Ninforma lill-Onorevoli Membru li minn Jannar 2020 sa Settembru 2020 saru Ewro 250,997,179.07 f’talbiet għal rifuzjoni fuq il-VAT, li minnhom tħallsu Ewro 204,314,672.83 sa l-aħħar ta’ Novembru 2020.

L-ammont f’talbiet mhux imħallsa jirrizulta minn talbiet li għadhom ma mmaturawx, kif ukoll talbiet mizmuma għal diversi raġunijiet, bħal ordnijiet ta’ ffrizar u mandati kawtelatorji tal-qorti, nuqqas ta’ sottomissjoni fil-ħin ta’ denunzji dwar taxxa, talbiet pendenti għal korrezzjoni ta’ denunzji jew oġġezzjoni għal stimi, investigazzjoni jew verifika ta’ talbiet għal rifuzjoni, nuqqas ta’ dettalji provduti dwar kontijiet bankarji fejn isir ħlas ta’ rifuzjoni, u talbiet li ma jeċċedux l-ammont minimu ta’ rifuzjoni.

It-talbiet għal rifuzjoni fil-perjodu msemmi, kif ukoll il-ħlasijiet rilevanti, saru fil-kuntest tal-ambjent diffiċli għan-negozju u għad-dħul tal-Gvern, kawza tal-pandemija COVID-19.

 

Seduta  410

14/12/2020

 

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...