26.12.21

Fondazzjoni Rota

 

*22654. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba ltaqa’ mal-Fondazzjoni Rota tul din l-leġislatura u possibilment dwar liema proġetti tkellem magħhom?

26/10/2021

 ONOR. IAN BORG: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat li l-entitajiet u l-membri tal-Ministeru jiltaqgħu regolarment, kif kelli l-okkazzjonijiet jiena ukoll, u niddiskutu proġetti speċifici u b’vizjoni izjed wiesa’ għal dan il-mezz importanti ta’ trasport. Kemm qabel kif ukoll waqt it-twettiq tal-proġetti li jsiru minnha, Infrastructure Malta tikkonsulta ma’ diversi diversi entitajiet, Kunsilli Lokali, awtoritajiet u anke individwi konċernati biex tassigura li l-pjanti u x-xogħlijiet finali jkunu l-izjed effiċjenti, siguri u sostenibbli. Għaldaqsant il-konsultazzjoni mill-aġenzija tibda fl-istadju tal-ippjanar, tkompli waqt il-proċedura tal-għoti tal-permessi u saħansitra tissokta wkoll waqt li jkunu qegħdin isiru x-xogħlijiet, bħalma sar fil-kaz tal-Marsa Junction Project u Central Link Project fost proġetti oħrajn.

Wara konsultazzjonijet li saru ma’ Fondazzjoni Rota, Infrastructure Malta kienet irrevediet il-pjanti tal-Marsa Junction Project biex Ziedet mina (underpass) ġdida li ffaċilitat l-ivvjaġġar bil-mixi u bir-rota. Minbarra dwar dan il-proġett u Central Link Project, l-aġenzija kellha wkoll diversi laqgħat mal-istess għaqda fuq proġetti oħrajn fosthom dawk tal-Bypass tal-Imrieħel, tal-Bypass tal-Imġarr, ta’ Triq tal-Balal, Luqa Junction Project u l-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP).

Seduta Numru 507
01/11/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...