29.1.16

GAZZETTI – REKLAMI TA’ ATTIVITAJIET




22723. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus minnu u minn entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għall-promozzjoni  tal-Milied f’Għawdex fosthom ta’ Betlem f’Għajnsielem f’reklami fil-gazzetti tal-Ħadd u matul il-ġimgħa? Jista’ jindika x’kien l-ammont ta’ reklami mogħtija lil kull gazzetta tal-Ħadd?

20/01/2016

  ONOR. ANTON REFALO:  Ninsab nfurmat li l-Ministeru għal Għawdex nefaq is-somma ta’ €6,850.39  għall-promozzjoni tal-Milied f’Għawdex f’reklami fil-gazzetti tal-Ħadd u ta’ matul il-ġimgħa.  L-ammont ta’ reklami lil kull gazzetta tal-Ħadd hu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta  350

27/01/2016

UNIVERSITÀ TA’ MALTA – STUDENTI LI QED JATTENDU L-KORS TAL-MEDJAZZJONI



22694. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm studenti fl-Università ta’ Malta li qed jattendu għall-kors tal-Medjazzjoni u kemm minnhom fil-grad ta’ Masters?

19/01/2016
  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li bħalissa hemm total ta’ ħames studenti li qed isegwu kors li jwassal għall-grad ta’ Master of Arts in Mediation offrut mill-Fakultà tal-Liġi.

Seduta  350

27/01/2016

QRATI TA’ MALTA U GĦAWDEX – EŻEKUZZJONI TAL-KAMBJALI




22691. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali eżekuttivi għall-eżekuzzjoni tal-kambjali tul is-sena 2014 fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex?

19/01/2016

  ONOR. OWEN BONNICI:  L-ammont ta’ ittri uffiċjali eżekuttivi għall-eżekuzzjoni tal-kambjali ppreżentati fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex matul is-snin hawn taħt inidikati kien hekk:

Sena
Ittri uffiċjali eżekuzzjoni tal-kambjali


2010
266
2011
176
2012
133
2013
224
2014
167
2015
99

Seduta  350
27/01/2016

ARBITRAĠĠI REĠISTRATI



22688. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi tul is-sena 2014 u jista’ jindika n-natura tagħhom? Jista’ jindika wkoll kemm ġew deċiżi jew kemm ġew irtirati? Kemm għadhom pendenti?

19/01/2016

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor Interpellant li skont informazzjoni li ngħatajt mill-Malta Arbitration Centre.

 Fl-2014 kien hemm 338-il każ ġdid, li jinkludi 2 każijiet internazzjonali, 299 kawżi mandatorji u 37-il każ volontarju, li minnhom hemm 173 każ li għadhom pendenti. Filwaqt li fl-2015 kien hemm 354-il każ ġdid, li jinkludi 6 każijiet internazzjonali, 294 kawżi mandatorji u 54-il każ volontarju li minnhom għad hemm 267 li għadhom pendenti.

Ta’ min wieħed jinnota li sal-aħħar ta’ Diċembru 2015 kien hemm total ta’ 886 każ pendenti minn total ta’ 4608-il każ li ġie introdott mill 2003

Seduta  349

26/01/2016

QRATI – COMMUNITY SERVICES ORDERS



22685. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw community service orders permezz ta’ sentenzi mill-Qrati tagħna fis-sena 2014? Jista’ jindika s-sigħat komplessivi u l-organizzazzjonijiet li ġew servuti magħhom?

19/01/2016

  ONOR. OWEN BONNICI:  Qorti ta’ Malta

Sena
Ordni ta’ Servizz fil-Komunità (CSO)
Ordni ta’ Probation u Servizz (CO)
Numru ta’ sigħat
Placement Provider (NGO)
Placement Provider (LC)
2010
7
8
1950
6   
9
2011
4
8
1000
4
5
2012
7
11
2000
13
2
2013
10
22
2550
23
7
2014
20
12
3265
21
7
2015
37
8
5820
24
3


Wieħed ta’ min jinnota li fil-kolonna tal-Placement Provider in-numri jistgħu jkunu inqas mit-total ta’ Ordnijiet mogħtija mill-Qrati, u dan minħabba f’każijiet ta’ Appell li jkun sar mill-individwu, kif ukoll minħabba f’każijiet fejn il-persuna ma tkunx idonea biex twettaq Ordni ta’ Servizz fil-Komunità u għaldaqstant każijiet bħal dawn ma jkunux ġew allokati.

Ta’ min isemmi li fir-rigward tas-sena 2015 għad hemm każijiet li għad iridu jiġu allokati ma’ NGO jew ma’ Kunsill Lokali sabiex ikunu jistgħu jwettqu n-numru ta’ sigħat ta’ xogħol.  


Qorti ta’ Għawdex


Sena
Numru ta’ community service orders
Numru ta’ siegħat
Organizazzjonijiet li ġew servuti magħhom
2010
0
0
Mhux applikabbli
2011
0
0
Mhux applikabbli
2012
0
0
Mhux applikabbli
2013
0
0
Mhux applikabbli
2014
1
100
Gozo Football Association
2015
0
0
Mhux applikabbli


Seduta  349

26/01/2016

FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN - PERSUNI



22684. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sal-aħħar tas-sena 2015? Kemm minnhom kienu kkundannati u kemm kienu qed jistennew li jingħataw il-libertà proviżorja?

19/01/2016

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-31 ta’ Diċembru 2015 il-popolazzjoni tal-Faċilita` Korrettiva ta’ Kordin kienet ta’ ħames mija disa’ u sittin (569). Mija disa’ u għoxrin (129)  kienu taħt arrest preventiv filwaqt li erba’ mija u erbgħin (440) kienu ssentezzjati.

Seduta  349

26/01/2016

25.1.16

FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN - PERSUNI.





22683. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sal-aħħar tas-sena 2014? Kemm minnhom kienu kkundannati u kemm kienu qed jistennew li jingħataw il-libertà proviżorja?

19/01/2016

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-31 ta’ Diċembru 2014 il-popolazzjoni tal-Faċilita` Korrettiva ta’ Kordin kienet ta’ ħames mija wieħed u tmenin (581). Mija tmienja u tletin (138)  kienu taħt arrest preventiv filwaqt li erba’ mija tlieta u erbgħin (443) kienu ssentenzjati.

Seduta  348
25/01/2016

FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN – BORD TAR-REMISSJONI - KAŻIJIET.





22682. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet li ġew ikkunsidrati mill-Bord tar-Remissjoni ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tul is-sena 2015? X’kien l-eżitu ta’ dawn il-każijiet, jiġiferi kemm ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati?
19/01/2016

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2015 saru 7 seduti mill-Bord tar-Remissjoni. B’kollox intlaqgħu 127 talba li minnhom 62 ġew milqugħa filwaqt li 65 ġew miċħuda.

Seduta  348
25/01/2016

FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN - BORD TAR-REMISSJONI - KAŻIJIET





22681. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet li ġew ikkunsidrati mill-Bord tar-Remissjoni ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tul is-sena 2014? X’kien l-eżitu ta’ dawn il-każijiet, jiġifieri kemm ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati?

19/01/2016

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2014 saru 10 seduti mill-Bord tar-Remissjoni. B’kollox intlaqgħu 195 talba li minnhom 109 ġew milqugħa filwaqt li 86 ġew miċħuda.

Seduta  348
25/01/2016

PRIM’ AWLA TAL-QORTI ĊIVILI – KAWŻI DEĊIŻI





22573. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jindika kemm ġew deċiżi kawżi quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili tul is-snin 2013, 2014 u 2015, sena b’sena?

15/01/2016

  ONOR. OWEN BONNICI:  In-numru ta’ kawżi deċiżi mill-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili matul is-snin indikati huma dawn:

Sena
Numru ta’ Kawżi deċiżi
2013
1985
2014
1797
2015
1851

Għandu jingħad ukoll illi dawn il-figuri jinkludi wkoll il-kawżi deċiżi mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza superjuri tagħha.

Seduta  348
25/01/2016

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...