19.1.16

KOLLEZZJONI TA’ MAPEP.-Albert Ganado.





22560. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tul din is-sena jew matul din il-Leġiżlatura, jiġu esposti permanentement il-mapep li jiffurmaw il-kollezzjoni mogħtija mill-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

15/01/2016

  ONOR. OWEN BONNICI:  Il-Mapep imsemmija ser jkunu parti mill-wirja permanenti f’MUŻA u ser ikunu fuq sistema ta’ rotazzjoni skont prassi mużeografiċi moderni. Dawk li ma jkunux esibiti jkunu wkoll aċċessibli għal riċerkaturi u l-pubbliku in ġenerali. Jinżammu wkoll wirjiet speċjalizzati minn żmien għal żmien.    

Il-kollezzjoni ta’ mapep tal- individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hija biss parti minn kollezzjoni akbar ta’ mapep li għandha fil-kustodja tagħha Heritage Malta. Fil-fatt, fil-ġranet li ġejjin ser tiġi inawgurata wirja temporanja ta’ mapep li ser ikunu proposti għar-reġistru tal-UNESCO (Memory of the World Register).  Dan qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Charles University ta’ Praga ġewwa r-Repubblika Ċeka. 

Seduta  346
19/01/2016

No comments: