29.1.24

INFAKKRU U NIFTAKRU

1. Forsi f’dan il-pajjiż ma narawx biżżejjed l-importanza ta’ dawn il-jiem. Ma nagħrfux kemm huwa importanti li bħala poplu niftakru f’dak li ġara tul it-Tieni Gwerra Dinjija fil-kampijiet tal-konċentrament. Fil-postijiet fejn ir-reġimi Nażi-Faxxisti bagħtu għall-mewt miljuni ta’ bnedmin, ta’ Lhud prinċipalment. Dawk li nqatlu, fl-akkuża infami li kienu parti mir-razza Lhudija. Is-27 ta’ Jannar ta’ kull sena huwa dak il-jum li l-Ġnus Magħquda għażlu biex niftakru meta, fl-1945, t-truppi Russi kienu daħlu fil-kamp ta’ Auschwitz biex jilliberaw lil dawk li kienu għadhom ħajjin u li fl-istess kixfu għal għajnejn l-umanità l-orruri li kienu saru hemm ġew. Forsi hawn min jiġi mmexxi mill-ħsieb skorrett li din hija memorja limitata għall-poplu Lhudi u għal Iżrael, u xejn aktar. Kemm għandhom żball, għax dan jgħodd għalina lkoll kull jum tas-sena f’dak li ngħaddu minnu.

Valuri

2. Nixtieq iktar li f’pajjiżna, speċjalment għal dawk li għadhom qed jidħlu fil-ħajja, li l-lezzjonijiet ta’ dak li seħħ jiġu trasmessi. Aħna, għall-kuntrarju ta’ oħrajn, niddependu mill-qari jew mid-dokumentarji biex nifhmu għax m’għandniex xhieda magħna. Minn pajjiżna ma ttiħdux Lhud għax ma waqajniex għal dik il-ħakma kerha. Riccardo di Segni (1949), ir-Rabbi Kap f’Ruma, f’intervista din il-ġimgħa stqarr hekk: “La memoria è basata sui testimoni.” (Il-memorja hija ibbażata fuq ix-xiehda diretta ħajja ta’ dawk li ġarrbu.) Dawk li llum, ukoll fl-Ewropa, qed jonqsu bit-trapass taż-żmien. Ċertament ta’ żvantaġġ għalina, imma dan ma jnaqqasx mir-responsabbiltà morali u ċivika tagħna li niftakru u nfakkru. M’hemm xejn xi jżommna milli ngħaddu l-valuri li ħadna u li nieħdu minn fuq dik l-esperjenza mill-iktar atroċi u ngħadduhom għall-ġid tal-komunità. Il-valur tal-ħajja, tad-dinjità tal-bniedem u l-bini ta’ soċjetà li tħares li jkollha prinċipji etiċi sodi. Dawk li fuqhom għandu jkollna d-demokrazija.

Il-Mibgħeda

3. F’dan il-proċess, l-iktar li hu determinanti hu li nifhmu li dan kollu seħħ minħabba l-mibgħeda lejn l-oħrajn. Dik li tiżra’ ż-żerriegħa li minnha titwettaq biss il-ħsara. Dik li minnha ma tirrispettax lill-oħrajn, imma li tikkunsidrahom bħala oġġetti bla ruħ. Dik li ġġib iktar inkwiet u iktar vjolenza verbali u fiżika, li twassal għal riżentimenti li jibqgħu għaddejjin fis-sekli. Minkejja dak kollu li seħħ fil-kampijiet tal-konċentrament għad hemm min irid jinjora din il-lezzjoni bażika. Jaħseb li l-ideat politiċi tal-partiti tal-lemin estrem għadhom validi u li minnhom jispiċċa, direttament jew indirettament, jiċħad ix-Shoah. F’dan għandna nagħrfu kemm qegħdin lura għax għad għandna dawk li jitkellmu u jindirizzaw lill-oħrajn fid-dinja sewda tal-mibgħeda. Kull ġurnata nara persuni pubbliċi li jridu jaffermaw il-preżenza politika tagħhom billi jħajru lill-oħrajn għall-mibgħeda. Jaħsbu li ser jingħataw attenzjoni għax jużaw il-mibgħeda. Kliem mhux xieraq, u li fir-realtà jwassal biss sabiex jingħalqu t-toroq tad-djalogu u tal-progress demokratiku. Reazzjonijiet umani bla sens f’ċirkostanzi varji tal-ħajja.

Victor E. Frankl

4. Fost il-kotba li missejt magħhom, proprju għax m’għandix l-opportunità li niltaqa’ ma’ bnedmin li ġarrbu, sibt dak ta’ dan il-bniedem. Frankl (1905-1997) għex l-esperjenza f’Auschwitz u wara l-gwerra beda jikteb, b’diffikultà, dak li għadda minnu. Laqatni ħafna, imma iktar ukoll għax missejt ma’ dawn il-punti. Dawk li joħorġu mill-bniedem fil-mumenti diffiċli tal-eżistenza tiegħu. Huwa jgħid dan fil-ktieb Man’s search for meaning (1946): “ ... he may remain brave, dignified and unselfish, or in the bitter fight for self preservation he may forget his human dignity and become no more than an animal.” (... jista’ jibqa’ kuraġġuż, dinjituż u mhux egoist, jew fil-ġlieda iebsa biex jippriserva lilu nnifsu jista’ jinsa d-dinjità umana u ma jsir xejn iktar minn annimal.) Kliem li bħalma kien rilevanti għal dak kollu li n-Nażi-Faxxiżmu għadda minnu lil bnedmin bħalna, huwa wkoll illum magħna fi triqitna. Nammetti li f’diversi deċiżjonijiet politiċi li segwejt, dawn il-lezzjonijiet żammejthom bħala gwida.

Mument iebes

5. F’dan kollu huwa evidenti fuq naħa u essenzjali fuq l-oħra li nħajru aktar il-qari ta’ dak li seħħ. Nibnu programm nazzjonali sabiex ikun hemm għarfien veru ta’ dak kollu li ġarrbu dawn il-bnedmin kaġun tal-ideat żbaljati ta’ oħrajn. Ikun hemm, bħala parti mis-sistema demokratika tagħna, li nassiguraw li ma jkunx hemm ripetizzjonijiet varji. Proċess intern li jrid jinbena. Għax kif l-awtur jispirana biex naħsbu: “Forces beyond your control can take away everything you possess except one thing, your freedom to chose how you will respond to the situation.” (Forzi esterni ’l bgħid mill-kontroll tiegħek jistgħu jeħdulek kull m’għandek salv ħaġa waħda, il-libertà li tagħżel kif ser twieġeb għas-sitwazzjoni partikolari.) Dawk li għaddew minn dawk il-kampijiet, fil-maġġoranza mietu. Baqgħu l-ftit li tawna lura dak kollu li batew fih. Dawl għal dawk li jridu jimxu ’l quddiem fil-ħajja. Dawl ikbar illum fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha.

Minn xhieda għal akkużati

6. F’dan kollu, wieħed irid jirrifletti quddiem dak li hu għaddej f’Gaża u fil-Qorti magħrufa bħala l-International Criminal Court f’The Hague. Riccardo di Segni, fuq dan jagħmel żewġ punti. L-ewwel, li dan kollu ġieb miegħu passi kbar lura fil-progress ta’ djalogu neċessarju u żieda fl-ostilità lejn il-poplu Lhudi. It-tieni, li fil-Qorti Internazzjonali, minn persuni li jagħtu xiehda u jirrakkuntaw dak li seħħ kontra tagħhom, illum qegħdin jiġu akkużati li kisru dawk l-istess liġijiet li batew taħthom qabel. Mhux l-aħjar żmien għar-riflessjoni, imma li m’għandux iżommna milli nfakkru. Iżommna milli nibqgħu lura u nagħrfu li aġir bħalma d-dinja rat iseħħ m’għandux jirrepeti ruħu. Huwa proċess fiċ-ċiviltà u l-progress uman. Għax, fil-verità, hemm lezzjonijiet kbar li għandna nieħdu waqt li nfakkru u niftakru.

26.1.24

SPTAR MATER DEI - EMERGENCY VEHICLES - ĦADDIEMA ‘L FUQ MINN 63 SENA

15278. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid għala ħaddiema ta’ ’l fuq minn 63 sena mhumiex jitħallew isuqu emergency vehicles fl-Isptar Mater Dei?

 

17/01/2024

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA: Ninsab infurmat illi f’Lulju tas-sena 2023 sar tibdil fil-policy biex b’hekk Emergency Ambulance Responders jistgħu jġeddu l-impjieg sal-età ta’ 65 sena, suġġett għall-eżami mediku u test tal-għajnejn.

 

Seduta 199

24/01/2024

IL-FGURA – TRIQ IL-KAMPANELLA - XOGĦLIJIET

15277. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fi Triq il-Kampanella, il-Fgura, u meta huwa mistenni li jkunu lesti u kemm ser tkun l-ispiża relattiva?

 

17/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta 199

24/01/2024

IL-FGURA – TRIQ IL-KAMPANELLA - XOGĦLIJIET

15276. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fi Triq il-Kampanella, il-Fgura, u meta huwa mistenni li jkunu lesti u kemm ser tkun l-ispiża relattiva?

 

17/01/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq il-Kampanella, il-Fgura, tlestew fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. F’din it-triq saru xogħlijiet ta’ trinek tal-ilma tax-xorb u d-drenaġġ, trinek tal-Enemalta u t-telekomunikazzjoni, sistema ta’ stormwater li tingħaqad ma’ dik eżistenti, bankini ġodda, skavar u bini tat-triq mill-ġdid u linji taż-żebgħa, tul it-triq kollha. L-investiment fuq dan il-proġett kien ta’ madwar €800,000.

 

Seduta 199

24/01/2024

RAĦAL ĠDID - ŻBIR TA’ SIĠRA LI QIEGĦDA TAGĦMEL IL-ĦSARA LILL-PROPRJETÀ

14537. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14146, fejn ġejt informat li l-eks ground ta' Pace Grasso, f’Raħal Ġdid, jaqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa u tal-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx tibdil fil-pożizzjoni għar-rigward taż-żbir tas-siġra li hemm fuq wara tal-proprjetà li d-dettalji dwarha qed tingħata separatament?

 

04/01/2024

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta 199

24/01/2024

ĦAŻ-ŻEBBUĠ – DELITTI RAPPURTATI

14506. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ (Malta), u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

 

03/01/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ, kienu ta’ mitejn u tlieta u disgħin (293). Minn dawn sebgħin (70) rapport kienu dwar serq.

 

Seduta 199

24/01/2024

MARSAXLOKK – DELITTI RAPPURTATI

14505. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità ta’ Marsaxlokk, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

 

03/01/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERINinsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità ta’ Marsaxlokk, kienu ta’ mija u sittin (160). Minn dawn sitta u sittin (66) rapport kienu dwar serq.

 

Seduta 199

24/01/2024

24.1.24

IŻ-ŻEJTUN – DELITTI RAPPURTATI

14504. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità taż-Żejtun, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

 

03/01/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità taż-Żejtun kienu ta’ tliet mija u tlieta u erbgħin (343). Minn dawn ħamsa u sittin (65) rapport kienu dwar serq.

 

Seduta 198

23/01/2024

WIED IL-GĦAJN – DELITTI RAPPURTATI

14503. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

 

03/01/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità ta’ Wied il-Għajn kienu ta’ tliet mija u wieħed u tmenin (381). Minn dawn tnejn u sebgħin (72) rapport kienu dwar serq.

 

Seduta 198

23/01/2024

IL-FGURA - DELITTI RAPPURTATI

14502. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità tal-Fgura, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

 

03/01/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità tal-Fgura kienu ta’ tliet mija u disgħa (309). Minn dawn erbgħa u sittin (64) rapport kienu dwar serq.

 

Seduta 198

23/01/2024

ĦAL GĦAXAQ - DELITTI RAPPURTATI

14501. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità ta’ Ħal Għaxaq, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

 

03/01/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità ta’ Ħal Għaxaq kienu ta’ mija u għaxra (110). Minn dawn erbgħa u għoxrin (24) rapport kienu dwar serq.

 

Seduta 198

23/01/2024

IL-GUDJA - DELITTI RAPPURTATI

14500. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità tal-Gudja, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

 

03/01/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità tal-Gudja, kienu ta’ mija u ħamsin (150). Minn dawn tnejn u ħamsin (52) rapport kienu dwar serq.

 

Seduta 198

23/01/2024

SANTA LUĊIJA - DELITTI RAPPURTATI

14499. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità ta’ Santa Luċija, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

 

03/01/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità ta’ Santa Luċija, kienu ta’ sitta u ħamsin (56). Minn dawn tmienja (8) rapport kienu dwar serq.

 

Seduta  198

23/01/2024

23.1.24

STAT FI STAT

1. Għandu raġun l-Arċisqof Charles J. Scicluna li qiegħed isejjaħ sabiex jikber iktar is-Sens tal-Istat (Sense of State) f’ħidmietna bħala politiċi f’pajjiżna. Għax l-interessi tal-poplu jimxu ’l quddiem mhux fuq linji politiċi partiġġjani, tal-mument, imma meta jkunu jaħsbu fit-tul. Meta jikkunsidraw fil-fond u b’attenzjoni dak li jkunu ser iġibu fuq il-bnedmin fis-soċjetà. B’għarfien lejn dak li hu u dak li għandu jkun. Dak li huwa nazzjonali u dak li huwa biss paġna fil-politika indirizzata biex togħġob temporanjament parti mill-elettorat. Ħidmietna għandha tkompli tkun indirizzata li nħarsu lejn dak li bih ikun hemm iktar sewwa, iktar ġustizzja u iktar ordni u stabilità. Iktar sens li aħna għandna nservu interessi aktar nobbli u superjuri li bihom jitwettaq il-ġid.

7 ta’ Jannar 2024

2. Dik l-intervista ħarġet fl-ewwel Ħadd tas-sena u bl-ideat u bil-pożizzjonijiet varji tagħha ġiebet diskussjoni f’pajjiżna u barra. Fl-istess jum, f’pajjiż ieħor seħħew eventi li minnhom wieħed għandu jifhem kemm is-Sens tal-Istat huwa importanti f’soċjetà demokratika. Ngħid dan fil-kuntest ta’ dak li seħħ fl-Ekwador. Wieħed li huwa ’l bgħid minna fid-distanza, imma li jitlob riflessjoni fil-qrubija tiegħu. F’dik il-ġurnata, f’dak il-pajjiż ħarab mill-ħabs ċertu Adolfo Marcias, magħruf bħala ‘Fito’. Kien qiegħed iservi sentenza ta’ sitta u tletin sena ħabs fuq kundanni varji marbuta mat-traffikar tad-droga. Il-bniedem huwa figura ċentrali fl-aġenda ta’ dak li huwa magħruf bħala ‘Los Choneros’, il-grupp ċentrali tad-droga fil-pajjiż u fil-madwar.

Ħidma xejn faċli


3. Din il-ħarba ġiebet magħha forma ta’ gwerra ċivili interna li l-President Daniel Naboa (1987) qiegħed jaffronta. Huwa l-iżgħar President, elett ta’ ħamsa u tletin sena, li għadu kif ħa l-ġurament fit-23 ta’ Novembru 2023. Kif fuq dan iddikjara stat ta’ emerġenza u kuntrast lil dawn l-organizzazzjonijiet terroristiċi, fid-9 ta’ Jannar il-pajjiż ra grupp armat iwaqqaf programm fuq stazzjon segwit sew. Segwa l-ġlied fit-toroq u ftit jiem wara, fis-17 ta’ Jannar, inqatel Cesar Suarez (1985-2024), prosekutur li kellu diversi kunflitti ma’ setturi kriminali tan-narkopolitika. Is-sitwazzjoni m’hi faċli xejn, speċjalment għal din il-ġenerazzjoni żagħżugħa li qed taffronta stat kriminali fi Stat leġittimu.

Kibret

4. Is-sitwazzjoni kibret u ikkumplikat ruħha sew. Il-gazzetta prestiġġjuża The Guardian, fuq dan kollu qalet hekk: “Few Ecuadoreans were prepared for just how swiftly and steeply the security situation in their country could plummet. Murder and violence linked to drug trafficking has soared, as the country has become one of the most dangerous in Latin America.” (Ftit Ekwadorjani kienu ippreparati għal kif b’daqstant ħeffa kellha togħdos ’l isfel is-sigurtà ta’ pajjiżhom. L-omiċidji u l-vjolenza marbuta mat-traffikar tad-droga kibru b’mod qawwi, hekk kif il-pajjiż sar wieħed mill-iktar perikolużi fl-Amerika Latina.) Dan fih iktar piż meta wieħed iqis li Naboa ġie elett preċiżament għax għandu l-aġenda politika tiegħu li biha jitnaqqas il-konsum tad-droga u li jipprovdi iktar mezzi għat-trattament mediku tal-abbuż li hija ġġib.

Kif inbidlu

5. Ftit snin ilu, fl-2019, dan kien il-pajjiż li kien ikkunsidrat bħala l-iktar wieħed sigur, fejn il-kriminalità kienet l-iktar baxxa. Imma dan inbidel, mertu tal-korruzzjoni qawwija u politika favur id-droga. Waħda li flok tavversa l-konsum, inkorraġġietu. U kif nafu, dan jibdel ix-xenarji. Flok ikun hemm il-miżuri ta’ kontroll ikun hemm dawk li jgħinu, jiffaċilitaw it-traffikanti mondjali. Kif intqal tajjeb fl-aħħar edizzjoni ta’ The Economist: “Ecuadorean gangs have generated cashflows by establishing a lucrative foothold in Europe, where cocaine consumption is growing.” (Ċorom Ekwadorjani iġġeneraw id-dħul ta’ ħafna flus billi stabbilew ruħhom ġewwa l-Ewropa fejn il-konsum tal-kokaina qiegħed jikber.) U dawn huma armati: “They possess machineguns, rifles and grenades that enable them to take on Ecuador’s poorly trained armed forces.” (Dawn għandhom fil-pussess tagħhom machineguns, azzarini u granati li permezz tagħhom huma kapaċi jisfidaw l-armata tal-pajjiż li mhix imħarrġa biżżejjed.)

Diana Salazar

6. Il-pajjiż għaddej minn żmien diffiċli ħafna, proprju minħabba din il-politika żbalajta li flok tikkuntrasta qed tħajjar it-teħid tad-droga. Il-piż waqa’ iktar fuq l-Avukat Ġenerali, Diana Salazar (1981), li għalkemm diġà kellha suċċessi varji passati, is-sitwazzjoni ta’ issa hija ferm iktar diffiċli u ikkumplikata. Permezz ta’ ħidmietha spiċċaw il-ħabs diversi persuni nvoluti f’din il-linja ta’ narkopolitika, fosthom membri tal-ġudikatura u tal-korpi dixxiplinati. Din hija verament sfida ferm iktar qawwija għaliha – waħda ta’ ħajja jew mewt. Però jidher ċar li taf fejn sejra. Mhux biss fid-direzzjoni, imma wkoll fil-viżjoni sħiħa tagħha. Anzi aħjar, fis-Sens tal-Istat tagħha meta iddikjarat: “The criminals, the terrorists, will not hold back our commitment to Ecuadorian society.” (Il-kriminali, it-terroristi mhux ser iżommuna lura mill-impenn u dmirijietna lejn is-soċjetà Ekwadorjana.)

Lezzjonijiet

7. Dak li seħħ u li hu għaddej minnu dak il-poplu għandu jservina ta’ gwida. Sfortunatament, pajjiżna llum huwa mifni bid-droga. It-traffikar tagħha kiber b’passi sproporzjonati, kif jaf kulħadd. L-eroina waħedha titkellem. U dan kiber minħabba numru ta’ raġunijiet, fosthom il-messaġġi indiretti mill-Gvern. M’hemmx dubju li dan ġieb ukoll iktar kriminalità organizzata u sofistikata magħna. Id-droga ma tistax tiġi biss minn toroq legali. Kif din tiġi stabbilita, jidħol kukkużejt baħar inkontrollabbli. F’dan diġà qed naraw li hemm żoni fejn il-forzi tal-ordni ma jistgħux jintervjenu kif iridu. B’dak li qiegħed jiġi propost f’White Paper dwar id-droga, ċertament issa l-pożizzjoni ser taggrava. Fl-opinjoni tiegħi huwa diġà irresponsabbli li tvaraha, iżda huwa daqshekk ieħor ferm u ferm iktar irresponsabbli jekk tiġi implimentata legalment.

Nifhmu

8. Proprju għalhekk is-Sens tal-Istat għandu jagħtina d-direzzjoni neċessarja biex dak li ġej għalina jitwaqqaf. Jekk irridu nġibu lura l-ordni f’ġajjiżna. Jekk irridu nikkumbattu l-kriminalità li hawn irridu nikkontrollaw it-traffikar tad-droga, u mhux nissudawh. Għax soċjetà li jkollha fiha bnedmin maħkuma mid-droga titlef. Titlef fl-abbiltajiet umani. Titlef fis-settur tal-ekonomija n-nadifa. Titlef fin-normalità u tkabbar l-inkwiet. Bl-emendi li saru qbadna triq perikoluża u jekk se nibqgħu sejrin b’dak li qed jiġi propost se niġu f’dak li ma jistax jiġi ikkontrollat. Tikber fina ż-żerriegħa tas-sikrana, li diġà qed tħarbat u tkisser familji u persuni varji. Jikbru biha s-serq u d-delinkwenza varja. Nispiċċaw bi Stat ġewwa Stat. Stat Kriminali li jitpaxxa jgħix fuq il-ġid u s-saħħa li Stat leġittimu u demokratiku kapaċi jipproduċi.


RAĦAL ĠDID - DELITTI RAPPURTATI

14498. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

 

03/01/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità ta’ Raħal Ġdid, kienu ta’ erba’ mija u ħmistax (415). Minn dawn mija u sebgħa u għoxrin (127) rapport kienu dwar serq.

 

Seduta 197

22/01/2024

ĦAL TARXIEN - DELITTI RAPPURTATI

14497. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

 

03/01/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità ta’ Ħal Tarxien, kienu ta’ mitejn u ħamsa (205). Minn dawn erbgħa u erbgħin (44) rapport kienu dwar serq.

 

Seduta 197

22/01/2024

L-ISLA – LIBRERIJA PUBBLIKA – KOTBA ĠODDA

14496. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Isla u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

03/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.

 

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023

Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023

Isla

92

€ 575.22

117

Intant ninsab infurmat illi l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

 

Seduta 197

22/01/2024

BORMLA - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA ĠODDA

14495. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Bormla u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

03/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’ hawn taħt.

 

Lokalita’

Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023

Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali –

Jan sa Nov 2023

Bormla

6

€ 94.99

124


Intant ninsab infurmat illi l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

 

Seduta 197

22/01/2024

IL-BIRGU - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA ĠODDA

14494. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Birgu u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

03/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.

 

Lokalita’

Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023

Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023

Birgu

164

€ 1,376.85

391

 

Intant infurmat illi l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

 

Seduta 197

22/01/2024

SANTA LUĊIJA - LIBRERIJA PUBBLIKA – KOTBA ĠODDA

14493. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Santa Luċija (Malta) u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

03/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’ hawn taħt.

 

Lokalita’

Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023

Infiq fuq kotba fi¿iċi ġodda – Jan sa Nov 2023

Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023

Santa Luċija

130

€ 793.40

104

 

Intant infurmat illi l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

 

Seduta 197

22/01/2024

NIES B'INTEGRITÀ

1. Il-kriterji tal-għażla mhumiex l-istess għal kull bniedem. Diversi drabi hemm min jippretendi kompetenza, imma fir-realtà jidħlu iktar dawk marbuta ma’ simpatiji u antipatiji. Ċertament, id-deċiżjonijiet jiddependu mill-persuna li tkun ser teħodhom, imma wkoll ta’ dawk li effettivament jinfluwenzawha. Dawk li jkollha madwarha jkollhom huma wkoll piż f’dak li jgħaddu bħala ħsibijiet u ġudizzji fuq il-karattri. Fuq dak li jaraw bħala difett veru jew dak li huma jidhrilhom li għandu jkun vizzju. Nuqqasijiet varji sabiex bihom jiġi, jew tiġi magħżula persuna minn oħra. Rajt u nibqa’ nara varjetajiet imħallta minnhom.

Konsegwenzi

2. Il-bnedmin jiġu ipproċessati fuq dan l-għarbiel. Għax ħafna drabi hemm il-ħsieb żbaljat li min għandu l-poter jaf x’inhuwa jagħmel, u għalhekk, il-ġudizzju tiegħu huwa suprem. Għalhekk, flok wieħed jistaqsi jekk dak li bniedem ieħor iddeċieda fuq persuna oħra huwiex tajjeb jew ħażin, ġust jew inġust, jaċċettah. Rajt, u għadni nara lil dawk li jingħataw ġudizzji simili li, fil-fatt, ma jixirqilhomx. Jidħlu wkoll fin-nofs il-misħuta għira, tpattija, prepotenza, u l-effett huwa li xi bnedmin jipu pubblikament umiljati. Dawk li jitwieled fihom ir-‘riżentiment’ f’dak li ġarrbu. Dawk li dak li jgħaddu minnu jimmarkahom u jibdilhom. Xi drabi aktar jgħaddu l-esperjenza, direttament jew indirettament, lil ġenerazzjonijiet oħra. Proċess li f’ħafna tarah li ma jieqafx.

Fit-tul tal-bniedem


3. Nipperswadi ruħi li deċiżjonijiet bħal dawn jibqgħu jsejħu s-smewwiet sabiex jiġu rettifikati. Jgħaddu kemm jgħaddu snin, ikun hemm il-bżonn li soċjetà tirrikonoxxi li sar dak li ma kellux isir. Kif rajna, diversi stati jirrikonoxxu li kienu għamlu azzjonijiet żbaljati fil-konfront ta’ bnedmin oħra. Kif għamlet ukoll il-Knisja Kattolika fil-konfront ta’ min bata minħabba l-aġir żbaljat ta’ xi membri tagħha. Hemm att ta’ umiltà li jrid u jista’ jsir f’dan, imma l-bniedem jaf ikun iktar supperv. Nifhem dejjem iktar il-passi li ħadu l-qaddisin Karol Woytyla (1920-2005) u Joseph Ratzinger (1927-2022) biex mexxew l-umanità timxi biex tirrikonoxxi li dan huwa proċess uman li jrid isir f’tul ħajjet u l-memorja ta’ bniedem. Eżempji li ma jiġux segwiti u anzi, minn dak li qed naraw qed jiġu ipperpetrati deċiżjonijiet li jattakkaw lill-bniedem.

Nies fil-komunità


4. Ftit jiem ilu qrajt kitbet G.M. Bonnici f’Il-Leħen, li fih qal hekk: “Irridu li fl-għażliet li nagħmlu għal min ser imexxina – u din is-sena se jkollna l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali u għall-Ewropa – ngħelbu l-preġudizzji u nagħżlu nies ta’ integrità li jpoġġu l-ewwel il-ġid komuni. Irridu nieħdu ħsieb is-saħħa tal-poplu tagħna.” Għandu raġun f’ħafna, sija fil-preġudizzji kif ukoll fl-integrità. Imma f’dan il-poplu, fil-kriterju tal-għażla tiegħu jdur, ħafna drabi, fuq dak li jitressaq lilhom minn oħrajn bħala li huwa tajjeb. Iktar u iktar fil-ħsieb li l-persuna tiġi mkejla skont lil min il-partiti jressqulhom ’il quddiem bħala dawk li għandhom jagħżlu. Dan għax hemm il-ħsieb li dawn jafu “aktar”. Biss, ċertament, hemm bżonn dixxerniment aqwa u għajnuna aħjar sabiex dawk li huma verament u mhux apparentement ta’ integrità jiġu identifikati. Wara l-poplu jiddeċiedi jekk iridhomx jew le.

On giving up

5. Fost il-kotba li sibt riklamati ltqajt ma’ dan tal-psikologu Adam Phillips (1954) li fih hemm din l-introduzzjoni online “Giving up our supposed vices is one thing; giving up on life itself is quite another.” (Li ċċedi dawk li huma s-suppost vizzju tiegħek hija ħaġa; imma li ċċedi fuq il-ħajja hija ċertament ħaġ’oħra. Għax kif tista’ tagħmel atti lejn il-ġid komuni u li jħarsu lejn is-saħħa tal-poplu jekk ma jieħux ħsieb li ċerti prattiċi, speċjalment fil-kamp politiku, jispiċċaw? Fejn għad hemm il-ħsieb li l-mexxej “ta’ veru” jrid juri li kapaċi joħroġ id-demm u li jaqta’ l-irjus ta’ bnedmin oħra? Jeżerċita varjetà ta’ għodda, fosthom il-famuża promozzjoni Irlandiża? Qisu jrid juri li kapaċi juża l-giljottina politika u f’dan jaqbeż il-bżonn li jispjega u jiġġustifika dak li jkun qiegħed jagħmel. Ngħid li dan huwa vizzju fil-kultura li tħaddan is-soċjetà, li għandha timxi ’l bgħid minnu.

Tibdiliet


6. Fuq dan il-ktieb, biex iħajrek tixtrih iktar, jingħad hekk: “We give something up because we believe we can no longer go on as we are. In this sense, giving up is a critical moment – an attempt to make a different future.” (Inċedu xi ħaġa għax nemmnu li ma nistgħux nibqgħu dak li aħna. F’dan is-sens, li ċċedi huwa mument kritiku – attentat sabiex ikollok futur differenti.) Fuq dan, u b’rispett, dak li seħħ f’dawn il-jiem bit-tibdiliet fil-karigi tal-Kabinett u dawk fid-Dell tiegħu, jinkwadra ruħu. Għal dawk li tkellimt fit-triq magħhom, dak li sar, għalihom m’għamilx wisq sens, salv ħaġa waħda. Ma kienx hemm kriterji ta’ għażla ibbażata fuq merti jew demerti, jew fuq ġustizzja jew le, imma fuq kif jitħaddem il-poter intern. Għax kif qaluli, għandna l-ħsieb, il-vizzju, li bħalissa prevalenti li f’partit politiku mhux it-tastieri sħaħ tiegħu jiġu rispettati. Fejn l-opinjonijiet ta’ dawk li ma jaqblux jiġu mqegħda fil-ġenb.

Argumenti, mhux preżenzi


7. F’dan, għalhekk joħroġ iktar ċar li għal min irid jibni billi jagħmel użu tajjeb mill-komponenti kollha tiegħu jrid jaħrab minn din il-linja. Analiżi oġġettiva u iktar ibbażata fuq ir-raġuni u mhux fuqkemm wieħed għandu preżenzi. Il-fiduċja politika tintrebaħ mill-għaqal u l-intelliġenza li proċess bħal dan jesiġi. Tirrispetta aktar l-għażliet elettorali u tifhem xi Gvern u x’Oppożizzjoni qiegħed isejjaħ huwa li jkollu. L-abbiltà ta’ min għandu fuqu r-responsabbiltà u ta’ dawk li jrid l-għajnuna mingħandhom huma dawk li jiddeċiedu l-futur tal-pajjiż. Kriterji u ideat li politika aktar avvanzata u żviluppata qed titlob. Dawk li nemmen fihom u dawk li nibqa’ naħdem sabiex iseħħu, huma x’inhuma l-avversitajiet. Għax jekk dan isir inkunu qegħdin verament ngħelbu l-preġudizzji u nagħżlu nies ta’ integrità li jpoġġu l-ewwel il-ġid tal-poplu.

L-IBEN DENJU, PATRI EWSEBIO

1. Ftit jiem ilu ġiet nieqsa persuna speċjali. Bniedem li nista’ ngħid li akkumpanjani tul parti kbira minn ħajti. Persuna li messejt miegħu minn meta kont tifel u baqa’ miegħi. Mhux il-ħin kollu. Wisq inqas b’insistenza; anzi, bi prudenza. Imma fl-appuntamenti li l-ħajja tagħti lil kull wieħed u waħda minna. Niftakar sew lil Patri Ewsebio (1936-2023), kif kien magħruf ma’ kulħadd fit-tfulija, kif ukoll aktar ’il quddiem f’ħajti. Ta’ tifel fil-primarja, kont immur għall-quddiesa tas-7:30 ta’ filgħodu u nservi ta’ abbati fil-Knisja ta’ Santa Tereża, Bormla. Niftakar bdejt ma’ Patri Elija u wara ftit sibt ruħi ma’ żewġ persuni friski friski ġejjin minn barra. Ġejjin mill-istudji tagħhom, mimlija intelliġenza u ħeġġa sabiex jibdlu u jiġbdu. Kien minnu nnifsu żmien ta’ bidla u huwa wieġbu għas-sejħa.

Kienu f’daqqa

2. Kienu differenti mill-patrijiet l-oħra li konna drajna. Ta’ qabel kienu iktar riservati u kien hemm linja li ma tistax tinqabeż. Riservati u dedikati għall-ordni fl-ispirtu pre-Vatikan it-Tieni. Iktar lejn il-Latin, iktar lejn sistema li kienet sawwret u nbniet fil-Knisja Kattolika f’sekli twal qabel. Però kien hemm kuntrasti kbar f’dan. Niftakar proprju lil Patri Redent u lilu flimkien f’dak l-ispirtu tal-Knisja jiġbru kwantità ta’ tfal tampari fil-ftuħ u r-riħ frisk li kien ġej. Għal kull raġuni. Daqqa għall-kor u daqqa għal-logħob tal-ballun. Imma fuq kollox riedu jinfluwenzaw għat-tajjeb. Il-kunvent kien, f’daqqa waħda, ċentru ta’ attività ikbar. Nies deħlin u ħerġin, illkoll b’missjoni partikolari li huma kienu jagħtu. Kienu aktar żewġ ulied inseparabbli. It-tnejn bil-karattri partikolari u distinti tagħhom. It-tnejn, però, mimlija determinazzjoni sabiex jevanġelizzaw. Hemm għamlu miegħi u ma’ diversi oħrajn bħali.

Flimkien

3. Redent tas-Salib u Ewsebio ta’ San Mikiel kellhom karattru kompletament differenti, imma kienu jaħdmu flimkien b’sintonija perfetta. Għexu flimkien f’diversi sitwazzjonijiet. Niftakarhom f’Bormla u f’Tas-Silġ. Fit-tieni sirt iktar viċin tagħhom it-tnejn. Kont nifhem kif qasmu d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet li dak il-post sabiħ tal-irtiri kien jitlob. Wieħed kellu żgur il-kmand fil-kċina u l-ieħor iktar fit-tiżjin tal-knisja. Niftakar fil-jiem li kont ninġabar magħhom, l-iktar fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira. Nidħol f’Jum id-Duluri u nibqa’ magħhom sat-Tlieta. Meta kienu jkunu barra t-tnejn iqaddsu, speċjalment fid-Duluri stess, mad-diversi postijiet li kienu jmorru fihom kienu dejjem milqugħa. Meta kienu jiġu lura, kienu jkunu t-tnejn imkissrin u għajjenin bil-ħidma li kienu jidħlu għaliha, fejn il-kunvent kien jaqa’ f’silenzju kważi assolut salv għat-tvenvin tar-riħ. Kienu, f’dan, jafdawni hemm ġew. Jippreparawli l-ikel bl-abbundanza li l-karattru ġeneruż tagħhom kien jesiġi u jippretendu li nieklu.

Diskorsi

4. F’dan kien ikun sabiħ l-għada s-Sibt, meta Patri Redent kien jinsisti li f’nofsinhar ninġabru isfel għall-ikel. U hemm kien il-ħin li Patri Ewsebio kien jiġi ħdejja sabiex nieqaf mill-ewwel minn dak li nkun qiegħed mitluf naqra u ningħaqad magħhom. Tul dawk il-mumenti kont nifhem aktar is-sabiħ tal-Ordni. Kont nifhem il-ferħ kbir li kellhom f’qalbhom it-tnejn li huma. Rakkonti ta’ dak li kienu t-tnejn jaqraw f’kotba reliġjużi ma kienux jonqsu. Rakkonti oħra ma kienux jonqsu lanqas, marbuta ma’ kemm persuni b’esperjenzi varji kienu ħabbtu wiċċhom magħhom. Bħal ta’ dak il-bniedem li kien qajjem lil Ewsebio proprju meta kienet għadha kif marret għajnejh bih wara ġurnata iebsa sew, jitlob li jiskorri. Flok bagħtu, qam u niżel biex jisimgħu. Niftakru jirrakkonta kemm kien grat ta’ din l-esperjenza. Għax dak li kien qallu li kien ilu snin ma jqerr, imma għax ħabib tilef ħajtu ried jitqarben fil-funeral tiegħu. Ftit jiem wara ġie msejjaħ lura lejn il-Ħallieq huwa wkoll.

Ħadd il-Palm

5. F’dan kollu kien ikun hemm il-preparazzjoni għal Ħadd il-Palm. Kappella mżejna, kull sena trid tissupera lil ta’ qabilha. Imexxi kien ikun Ewsebio. Nibdew bil-purċissjoni u l-weraq taż-żebbuġ u l-priedka tiegħu kienet tkun mimlija b’għerf u informazzjoni. Hemm ukoll kien ikun hemm baħar ta’ nies, l-iktar Xlukkajri, li kienu jieħdu sehem f’kollox u jekk ma taħsibx qabel ma kontx issib post sew fejn toqgħod. L-għada filgħodu bil-quddies fil-ħamsa u fis-sitta kien jerġa’ jkun hemm. Biss, fl-ikla tal-Ħadd f’nofsinhar kien ikollu ħin ikellimni. Rakkonti varji ġejjin fuq dak kollu li rnexxa f’kunvent li ġie trasformat. Niftakru jgħidli li kellu persuni varji jgħinu, benefatturi speċjalment minn barra minn pajjiżna. Dettalji varji kif post li kien ġie abbandunat wara li l-missjoni Taljana li kienet qed tiegħu ħsieb l-iskavi telqet. Niftakru jurini r-ritratti li kien ħa ta’ kif kienu sabu l-post u kif, bis-saħħa u bl-enerġija tagħhom, bidluh. Biss kont nibqa’ impressjonat bl-umiltà u bl-imħabba li kellu lejn l-oħrajn. Aktar minn hekk, l-innoċenza tant fonda u pura li skoprejt.

Tas-Silġ

6. Niftakru f’dan li baqa’ jhewden dwar fejn ittieħdu l-kaxxi varji ta’ oġġetti li l-iskavi irrendew. Jekk kienux kurati, inkella le. Kien inkwetat sew dwar dan u kellu skruplu li naqas b’xi mod għax il-prijorità tiegħu kienet li l-kunvent jiġi lura għall-ħidma reliġjuża u mhux fejn kienu ser jittieħdu dawn. Kont indagajt u sibt li kollox kien f’postu. Miżmuma u ikkurati, jistennew li jirċievu attenzjoni aqwa. Kont għidtlu, imma ħassejt li ried prova ikbar. Għalhekk, xi ġimgħat wara t-tnejn li aħna, flimkien mal-uffiċjali tad-Dipartiment, morna narawhom. Waqt li kien qiegħed jimxi fil-kuriduri reġa’ għaraf diversi u hemm wiċċu nbidel. Straħ fit-tjubija kbira tiegħu li ma kienx naqas lil pajjiżu. Niftakru aktar f’dan kollu meta fiċ-ċelebrazzjoni tas-saċerdozju tiegħu ġabar il-ħbieb u lill-familja biex niċċelebraw flimkien. Festa fl-umiltà u fl-isbuħija. Jifraħ b’kulħadd u jisma’.

Vokazzjonijiet

7. Kien, f’dan, mimli attenzjoni u mħabba lejn il-proxxmu. Ebda preferenza, kull persuna ndaqs. Ftit mid-doża li oħrajn ikollhom ta’ simpatija u antipatija. Kien jagħti pariri siewja u direzzjoni lil kull min ried jisma’. Kapaċi jibdel dak li qiegħed tara biex jikkonvinċik. Niftakru fis-sagristija żgħira li hemm mal-kappella sabiħa ta’ Tas-Silġ iqarar lil diversi li kienu jistennewh, speċjalment għall-quddiesa tas-sitta ta’ filgħaxija. Dik li kienet tispiċċa b’talba għall-vokazzjonijiet u li kienet tispirak. Kien jemmen li jekk il-Knisja ma titlobx b’insistenza għal sejħiet ġodda tkun qed tmur lura mill-missjoni tagħha. F’dan, aktar u aktar iż-żmien meta l-medja qed tiddomina b’dak li m’għandhiex. Fejn il-messaġġ huwa kontra s-sejħa reliġjuża. Imma huwa baqa’ sal-aħħar fidil lejn din is-sejħa.

Imħabba lejn il-proxxmu

8. F’ħafna, kien riservat. Imma din id-doża żdiedet, l-ewwel meta Patri Redent ġie assenjat Ta’ Xbiex u wara meta ġie msejjaħ għal għand il-Missier. Kellu miegħu jakkumpanjawh l-aħwa Debono, li kien iqishom bħala wliedu. Mat-tnejn, kif f’jum il-funeral urew, bena rapport fi ħdan l-Ordni. Ħadu ħsiebu sew, iktar u iktar fl-aħħar snin, meta saħħtu marret kompletament lura. Illum ninsab konvint li qiegħed flimkien ma’ Santa Tereża u San Ġwann tas-Salib, jifhem u japprezza ferm aktar dak li pprattika, studja u qara f’kitbiethom. Speċjalment fil-Kastell Interjuri, f’dik il-parti fejn tgħid: “Questi infatti si rallegrerà e si ecciterà ad amare sempre più Colui che, nella sua infinita potenza e maestà, gli usa tanta misericordia.” Ċert li jinsab fl-aħħar tal-Mansjonijiet, igawdi fil-ferħ id-Dawl ta’ Dejjem.

18.1.24

MARSAXLOKK - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA ĠODDA

14492. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għall-librerija pubblika ta’ Marsaxlokk u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

03/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.

 

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023

Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023

Marsaxlokk

238

€ 1,139.21

  156

 

Intant infurmat li l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

 

Seduta  196

17/01/2024

WIED IL-GĦAJN - LIBRERIJA PUBBLIKA – KOTBA ĠODDA

14491. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għall-librerija pubblika ta’ Wied-il-Għajn u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

03/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.

 

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023

Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023

Wied il-Għajn

164

€ 872.15

224

 

Intant infurmat li l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

 

Seduta  196

17/01/2024

IL-FGURA - LIBRERIJA PUBBLIKA – KOTBA ĠODDA

14489. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Fgura u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

03/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.

 

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023

Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023

Fgura

223

€ 1,059.07

422

 

Intant infurmat li l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

 

Seduta  196

17/01/2024

ĦAL TARXIEN - LIBRERIJA PUBBLIKA – KOTBA ĠODDA

14488. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

03/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.

 

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023

Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023

Ħal Tarxien

171

€ 894.26

169

 

Intant infurmat li l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

 

Seduta  196

17/01/2024

RAĦAL ĠDID - LIBRERIJA PUBBLIKA – KOTBA ĠODDA

14487. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Raħal Ġdid u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

03/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-informazzjoni tinsab mitluba fit-tabella t’hawn taħt.

 

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023

Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023

Raħal Ġdid

150

€ 1,481.92

441

 

Intant infurmat li l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

 

Seduta 196

17/01/2024

17.1.24

IL-GUDJA - LIBRERIJA PUBBLIKA – KOTBA ĠODDA

14486. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Gudja u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

03/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.

 

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023

Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023

Gudja

46

€ 372.75

257

 

Intant infurmat illi l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 m'humiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

 

Seduta 195

16/01/2024

ĦAL GĦAXAQ - LIBRERIJA PUBBLIKA – KOTBA ĠODDA

14485. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Għaxaq u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

03/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’ hawn taħt.

 

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023

Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023

Ħal Għaxaq

19

€ 170.29

105

 

Intant infurmat li l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

 

Seduta 195

16/01/2024

LIBRERIJI PUBBLIĊI – KOTBA ĠODDA

14484. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul dawn l-aħħar għaxar snin, u ċjoè komplessivament mill-2014 sal-2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

03/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-informazjoni mitluba tinsab fit-tabella t’ hawn taħt.

 

Sena

Lokalità

Kotba fiżiċi mixtrija ġodda

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda

Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali

2014

Libreriji Pubbliċi

11,254

Eur 82,695

18,662

2015

Libreriji Pubbliċi

12,064

Eur 77,525.02

27,273

2016

Libreriji Pubbliċi

11,301

Eur 81,545.76

33,363

2017

Libreriji Pubbliċi

12,129

Eur 81,251.56

33,862

2018

Libreriji Pubbliċi

10,569

Eur 58,992.95

24,120

2019

Libreriji Pubbliċi

12,413

Eur 71,994.33

34,866

2020

Libreriji Pubbliċi

10,031

Eur 55,651.00

9,947

2021

Libreriji Pubbliċi

9,615

Eur 55,489.78

23,816

2022

Libreriji Pubbliċi

11,031

Eur 78,120.66

19,974

2023

Jan sa Nov 2023

Libreriji Pubbliċi

9,716

Eur 66,074.34

16,398

 

Intant infurmat li l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

 

Seduta 195

16/01/2024

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...