27.1.15

LIBRERIJI PUBBLIĊI – XIRI TA’ KOTBA.


13620. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba għal-libreriji pubbliċi tul is-snin 2013 u 2014?

20/01/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fis-sena 2013 inxtraw 9,591 ktieb filwaqt li fis-sena 2014 inxtraw 11,254.

Seduta  231
26/01/2015


FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN – BORD TAL-VIŻITATURI – LAQGĦAT.



13619. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba ltaqa’ l-Bord tal-Viżitaturi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-snin 2013 u 2014?

20/01/2015

ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-snin 2013 u 2014 l-Bord tal-Vizitaturi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin iltaqa’ ħmistax il-darba. Matul is-sena 2013 iltaqa’ erba’ darbiet u matul is-sena 2014 iltaqa’ ħdax il-darba.


Ninfurmah ukoll li dawn l-istatistici jindikaw laqgħat formali li zamm il-Bord kif kompost.  Zjarat oħra ġewwa l-faċilitajiet li jaqgħu taħt l-attenzjoni tal-Bord inzammu, pero’ kienu bħala parti mill-ħidma tal-istess bord u bi ftehim bejn l-istess membri tal-bord.

Seduta 231
26/01/2015


ATT DWAR IL-ĠUSTIZZJA RIPARATRIĊI – PAROLE BOARD - LAQGĦAT.


13618. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Parole Board taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi fis-snin 2013 u 2014?

20/01/2015

ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-snin 2013 u 2014 il- Bord tal-Vizitaturi tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin b’kollox iltaqa’ erba u għoxrin darba. Matul is-sena 2013 iltaqa’ seba’ darbiet, filwaqt matul is-sena 2014 iltaqa’ sbatax il-darba.

Seduta 231

26/01/2015

QRATI KRIMINALI – SENTENZI SOSPIŻA.



13617. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm-il sentenza sospiża ġiet mogħtija mill-Qrati Kriminali fis-sena 2013 u 2014?

20/01/2015

  
  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 13617 hi kif ġej fejn qed jingħad kemm ingħataw sentenzi sospiżi mill-Qrati Kriminali ta’ Malta u Għawdex fis-snin 2013 u 2014 maqsumin bejn dawk mogħtija mill-Qrati tal-Maġistrati u dawk mogħtija mill-Qrati Superjuri ta’ Malta u dawk tal-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex.







SENA

2013

2014







QRATI TAL-MAĠISTRATI MALTA











Sentenzi sospiżi

479

426













QRATI KRIMINAL SUPERJURI MALTA











Sentenzi sospiżi

38

24







TOTAL

517

450













SENA

2013

2014







QRATI TAL-MAĠISTRATI GĦAWDEX











Sentenzi sospiżi

7

9







Seduta  231

26/01/2015

KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA – FGURA – KWALITÀ TAL-ILMA

 13616. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jara jekk il-kwalità tal-ilma tal-vit li qed jirċievu r-residenti tal-Fgura huwiex tajjeb għax-xorb billi kien hemm numru ta’ lmenti dwar dan lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’dawn l-aħħar xhur?

20/01/2015

  ONOR. KONRAD MIZZI:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn diversi kampjuni li jittieħdu mil-lokalita’ tal-Fgura bħala parti mill-programm ta’ moniteraġġ, irriżulta li l-kwalita’ tal-ilma tal-vit hija tajba għax-xorb.

Seduta  231

26/01/2015

PERSUNI LI JIRĊIEVU PENSJONI.



13622. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni fl-aħħar sena 2014?

20/01/2015

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onorevoli interpellant lin-numru ta’ persuni li kienu jirċievu xi forma ta’ pensjoni matul is-sena 2014 kien ta’ 92,133 skont it-tabella t’hawn taħt.

Inżid li hemm numru ta’ persuni li minħabba li matul is-sena msemmija nbidlet it-tip ta’ pensjoni li kellhom dritt għaliha, qegħdin jidhru darbtejn fl-ammonti murija.  Hemm ukoll uħud li jkollhom dritt għall-pensjoni kontributorja b’rata anqas minn dik tal-eta’ mhux kontributorja u għalhekk jieħdu wkoll id-differenza minn din ta’ l-aħħar.

Sena 2014
Tip ta’ pensjoni
Numru ta’ pensjonanti
Pensjoni Kontributorja għall-Irtirar
61,495
Pensjoni għar-Romol
16,981
Pensjoni għall-Invalidità
5,363
Pensjoni għall-Età Mhux Kontributorja
5,353
Pensjoni għall-Disabilità
2,795
Pensjoni għall-Wens
146

Seduta  232

27/01/2015

LIBRERIJI PUBBLIĊI – KOTBA BL-ISPANJOL.

13621. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il ktieb bil-lingwa Spanjola nxtara għal-libreriji pubbliċi tul is-snin 2013 u 2014?

20/01/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmat li fis-sena 2013 inxtraw 11-il ktieb bil-lingwa Spanjola filwaqt li fis-sena 2014 inxtraw 17.

Seduta  232

27/01/2015

23.1.15

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – IMPJIEG/INGAĠĠ TA’ PERSUNI.



13580. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni ġew impjegati u ingaġġati mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu fl-2014?

16/01/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fid-Direttorati/Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi fl-2014 ġew impjegati 618-il persuna li minnhom 467 ġew impjegati bħala Għalliema, Supply Teachers, Supply Learning Support Assistants u Supply Kindergarten Assistants fl-iskejjel. Kien hemm ukoll l-ingaġġ ta' 40 Edukaturi tal-Adulti fuq bażi part-time mad-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja.

Rigward l-entitajiet li jiffurmaw parti minn dan id-dekasteru, ħlief għall-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) li l-informazzjoni dwarha qed tingħata fil-paragrafu li jmiss, infurmat li fl-2014 ġew impjegati 381 persuna, fosthom 81 mal-MCAST, 101 mal-Università ta' Malta,  u 156 mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) li 143 minnhom fuq kuntratt definit.

Rigward l-FES, fl-2014 din il-Fondazzjoni impjegat 131 persuna bħala external recruits kemm full-time kif ukoll part-time, u wkoll 1,361 persuna li ġew ingaġġati fuq kuntratt definit bejn l-1 ta' Ġunju 2014 u t-30 ta' Settembru 2014 sabiex jaħdmu fuq bażi part-time fiċ-centri tal-Klabb 3-16 u Skola Sajf 2014.

Seduta  230

21/01/2015

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - KONSULENTI.



13578. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il persuna hemm impjegata bħala konsulent mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu u jagħti wkoll il-kondizzjonijiet tal-kuntratt tagħhom?

16/01/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fil-Ministeru u l-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi b'kollox hemm 27 persuna impjegati bħala konsulenti, kif se nsemmi:-


Ġewwa l-MCAST hemm żewġ konsulenti.  L-ewwel konsulent ġie ingaġġat fit-2 ta’ Dicembru 2013. Dan il-konsulent qed jagħti servizz ta’ konsulenza fuq Intraprenditorija u Kummerċ ġewwa l-MCAST (Consultant in Entrepreneurship to MCAST).  Il-konsulent huwa għad-diżpozizzjoni tal-MCAST għal ghoxrin (20) siegħa fil-ġimgħa u jithallas remunerazzjoni ta’ €1,350 fix-xahar. Il-kuntratt huwa għal perjodu definit u jiskadi fit-28 ta’ Frar 2015.

It-tieni konsulent ġie ingaġġat fid-29 ta' Awwissu 2014 fuq bażi ta’ Part-Time Contract of Service fir-rwol ta’ Konsulent fir-Riżorsi Umani (Consultant, Human Resources).  Dan il-konsulent jaħdem għoxrin (20) siegħa fil-ġimgħa.  Ir-remunerazzjoni hija ta’ €2,166 fix-xahar u l-kuntratt huwa għal perjodu definit u jiskadi fit-28 ta’ Frar 2015.

Fil-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija hemm żewġ konsulenti, wieħed ingaġġat fuq bażi ta' kuntratt indefinit għal għaxar (10) sigħat fil-ġimgħa, u l-persuna l-oħra b'kuntratt ta' position of trust għal sitt (6) sigħat fil-ġimgħa.

L-informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet tal-kuntratt tal-konsulenti l-oħra fil-Ministeru qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta  229

20/01/2015

ATT DWAR IL-ĠUSTIZZJA RIPARATRIĊI – BORD TAR-REMISSJONI



13577. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba ltaqa’ l-Bord tar-Remissjoni taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi fis-snin 2013 u 2014 u kemm-il talba għar-remissjoni ġiet milqugħa u kemm-il waħda ġiet miċħuda?

16/01/2015

ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2013 saru 5 seduti fejn saru total ta’ 80 talba biex jingħataw ġranet ta’ Remission lura.

48 talba ġew milqugħa filwaqt li 32 talba ġew miċħuda.

Matul is-sena 2014 saru 10 seduti fejn saru total ta’ 195 talba biex jingħataw ġranet ta’ Remission lura.

109 talba ġew milqugħa filwaqt li 86 talba ġew miċħuda.

Seduta 229

20/01/2015

ATT DWAR IL-ĠUSTIZZJA RIPARATRIĊI – APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-PAROLE



13576. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni applikaw għall-parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi fis-snin 2013 u 2014 u kemm minn dawn ġew milqugħa?

16/01/2015

ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li minn Marzu 2013 kien hemm 93 applikazzjoni  għal-Licenza tal-Parole filwaqt li f’2014 kien hemm 100 applikazzjoni.

Minn dawn l-applikazjonijiet ingħataw 26 Liċenza tal-Parole: tlieta f’2013 u tlieta u għoxrin f’2014.

Seduta 229
20/01/2015


ARBITRAĠĠI.



13575. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm daħlu arbitraġġi fl-aħħar għaxar snin sena b’sena u jista’ wkoll jindika kemm minnhom kienu ta’ natura internazzjonali?

16/01/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ arbitraġġi li daħlu fl-aħħar għaxar snin hu kif ġej:


Sena                                       Numru ta’ Każi                                   Li Minnhom Internazzjonali

2014                                       338                                                                         2                                             
2013                                       487                                                                         4
2012                                       431                                                                         3
2011                                       412                                                                         2
2010                                       386                                                                         1
2009                                       411                                                                         3
2008                                       416                                                                         3
2007                                       453                                                                            1                                                
2006                                       464                                                                         5
2005                                       368                                                                         1

QRATI - VIDEO CONFERENCING – XHIEDA MISMUGĦA.



13574. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm xhieda ġew mismugħa bl-użu tal-video conferencing fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex f’dawn l-aħħar għaxar snin sena b’sena?

16/01/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ xhieda li ġew mismugħa bl-użu tal-video conferencing hu kif ġej:




Malta **
Għawdex *
Sena
Numru ta’ Xhieda
Numru ta’ Xhieda



2005
**
Xejn
2006
**
Xejn
2007
**
Xejn
2008
**
2
2009
**
2
2010
**
3
2011
2
Xejn
2012
1
2
2013
1
4
2014
11
4
2015 (as at 20th January 2015)
0
0

**Statistika bdiet tinżamm mis-sena 2011


* Dawn il-figuri jirrapreżentaw biss is-seduti fejn xhieda ttieħdu mill-Maġistrati f’kawżi tal- Qorti tal-Maġistrati, Ġurisdizzjoni Ċivili u ma jinkludux xhieda li ttieħdu mill-Assistent Ġudizzjarju, peress li dan ma jżommx t-tali statistika.

REĠISTRU GĦALL-PROTEZZJONI TAL-MINURI – PERSUNI RREĠISTRATI.



13573. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew irreġistrati pesuni fir-reġistru għall-protezzjoni tal-minuri taħt l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni għall-Protezzjoni tal-Minuri?

16/01/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sebgħa u għoxrin (27) persuna ġew irreġistrati fir-reġistru għall-protezzjoni tal-minuri taħt l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni għall-Protezzjoni tal-Minuri.  Persuna waħda ġiet reġistrata darbtejn peress li ġiet misjuba ħatja b’żewġ sentenzi.  Għalhekk sa llum hemm tmienja u għoxrin (28) reġistrazzjoni.

Seduta  229

20/01/2015

MEPA – PERMESSI APPROVATI



13527. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm-il permess ġie approvat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fis-sena 2014 u jista’ jagħti lista dettaljata ta’ x’tip kienu?

14/01/2015

  ONOR. JOSEPH MUSCAT:  B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13527, tabella hija hawn  annessa  bin-numru ta’ applikazzjonijiet (Full Development Permits) li ġew approvati  fis-sena 2014 mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar miġbura bit-tip ta’ żvilupp.


Development Type
Total
Advertisement
27
Agriculture & Fisheries
108
Alterations to dwelling/s
947
Boathouses and yacht marinas
1
Change of Use (no substantial works)
467
Community and Health Services
30
Correction of site plan / CPPS Refund
34
Educational
16
Embellishment Projects
54
Hotel/tourist accommodation
29
Industry
30
Infrastructure (including roads)
60
Light Industry
9
Mineral Working
4
Minor new works - not householder
81
Mixed office and retail
13
Mixed other
148
Mixed residential and offices
10
Mixed residential and retail
110
Mixed residential office and retail
9
Monuments
6
New Dwellings (inc by conversion)
1,036
Offices
38
Private Swimming Pool (only)
8
Recreation / Sports facilities
17
Restaurant/cafe/bar/kiosk
38
Restoration
8
Retail Services
136
Satellite Dish / Telecommunication Equipment
4
Vehicle parking and garaging (incld boatyards)
75
Warehousing (Commerce/Industry storage)
20
Waste Management
1
Waste Management Facilities
3
Total
3,577