23.1.15

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - KONSULENTI.



13578. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il persuna hemm impjegata bħala konsulent mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu u jagħti wkoll il-kondizzjonijiet tal-kuntratt tagħhom?

16/01/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fil-Ministeru u l-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi b'kollox hemm 27 persuna impjegati bħala konsulenti, kif se nsemmi:-


Ġewwa l-MCAST hemm żewġ konsulenti.  L-ewwel konsulent ġie ingaġġat fit-2 ta’ Dicembru 2013. Dan il-konsulent qed jagħti servizz ta’ konsulenza fuq Intraprenditorija u Kummerċ ġewwa l-MCAST (Consultant in Entrepreneurship to MCAST).  Il-konsulent huwa għad-diżpozizzjoni tal-MCAST għal ghoxrin (20) siegħa fil-ġimgħa u jithallas remunerazzjoni ta’ €1,350 fix-xahar. Il-kuntratt huwa għal perjodu definit u jiskadi fit-28 ta’ Frar 2015.

It-tieni konsulent ġie ingaġġat fid-29 ta' Awwissu 2014 fuq bażi ta’ Part-Time Contract of Service fir-rwol ta’ Konsulent fir-Riżorsi Umani (Consultant, Human Resources).  Dan il-konsulent jaħdem għoxrin (20) siegħa fil-ġimgħa.  Ir-remunerazzjoni hija ta’ €2,166 fix-xahar u l-kuntratt huwa għal perjodu definit u jiskadi fit-28 ta’ Frar 2015.

Fil-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija hemm żewġ konsulenti, wieħed ingaġġat fuq bażi ta' kuntratt indefinit għal għaxar (10) sigħat fil-ġimgħa, u l-persuna l-oħra b'kuntratt ta' position of trust għal sitt (6) sigħat fil-ġimgħa.

L-informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet tal-kuntratt tal-konsulenti l-oħra fil-Ministeru qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta  229

20/01/2015

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...