19.1.15

Il-falliment ta’ Muscat qed inħallsu għalih fil-pompi tal-petrol



Ma nistgħux inħallu lill-Gvern jisraq lin-nies kull darba li jmorru jagħtu l-petrol jew id-diesel lill-karozza u jħallsu għall-falliment ta’ Muscat. Din xi ħaġa li tolqot il-but tal-familji Maltin u Għawdxin u l-Oppożizzjoni mhix se toqgħod kwieta sakemm tara dan is-serq sfaċċat jispiċċa.

Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt laqgħa tradizzjonali li jorganizza l-Partit Nazzjonalista fil-bidu ta’ kull sena f’Għawdex.

Simon Busuttil tkellem ukoll dwar is-settur tas-saħħa u qal li minkejja li Muscat qed jiġi jaqa u jqum mid-dinjità tal-pazjent, l-Oppożizzjoni se tkompli taħdem biex dan is-settur jiġi ndirizzat mill-aktar fis possibli, u titkellem ukoll dwar stili ta’ ħajja b’saħħithom u prevenzjoni.

Fuq dawn l-oqsma diġà hemm ix-Shadow Ministers li nħatru fil-jiem li għaddew li qed jaħdmu biex il-politika tal-Partit Nazzjonalista tinħass aktar fil-ħajja tan-nies. Dwar ir-reshuffle, Simon Busuttil qal li dan sar bil-ħsieb li l-ħidma tal-Oppożizzjoni tkun iffukata u kkordinata tajjeb.

Dwar ir-referendum tal-kaċċa, Simon Busuttil reġa’ spjega l-pożizzjoni tiegħu u fakkar li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jieħu pass lura mid-diskussjoni biex ikunu n-nies li jiddeċiedu l-vot tagħhom. Hu sostna li hu se jkun qed jivvota favur id-deroga li nkisbet mill-Gvern Nazzjonalista għaliex huwa konsistenti. Minn naħa l-oħra, Joseph Muscat se jivvota favur id-deroga li tant xewwex kontriha għaliex huwa opportunist.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li se ssir fil-11 ta’ April u filwaqt li sostna li diġà bdew jiġu approvati l-kandidati, bdiet il-ħidma wkoll fuq it-tfassil tal-programmi elettorali għal-lokalitajiet. “Minkejja li l-Gvern Laburista jrid li joħnoq il-Kunsilli Lokali, aħna rridu nispjegaw lir-residenti x’beħsiebna nagħmlu fil-lokalitajiet,” sostna Simon Busuttil.

18.01.15

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...