27.1.15

FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN – BORD TAL-VIŻITATURI – LAQGĦAT.



13619. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba ltaqa’ l-Bord tal-Viżitaturi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-snin 2013 u 2014?

20/01/2015

ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-snin 2013 u 2014 l-Bord tal-Vizitaturi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin iltaqa’ ħmistax il-darba. Matul is-sena 2013 iltaqa’ erba’ darbiet u matul is-sena 2014 iltaqa’ ħdax il-darba.


Ninfurmah ukoll li dawn l-istatistici jindikaw laqgħat formali li zamm il-Bord kif kompost.  Zjarat oħra ġewwa l-faċilitajiet li jaqgħu taħt l-attenzjoni tal-Bord inzammu, pero’ kienu bħala parti mill-ħidma tal-istess bord u bi ftehim bejn l-istess membri tal-bord.

Seduta 231
26/01/2015


No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...