27.1.15

KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA – FGURA – KWALITÀ TAL-ILMA

 13616. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jara jekk il-kwalità tal-ilma tal-vit li qed jirċievu r-residenti tal-Fgura huwiex tajjeb għax-xorb billi kien hemm numru ta’ lmenti dwar dan lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’dawn l-aħħar xhur?

20/01/2015

  ONOR. KONRAD MIZZI:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn diversi kampjuni li jittieħdu mil-lokalita’ tal-Fgura bħala parti mill-programm ta’ moniteraġġ, irriżulta li l-kwalita’ tal-ilma tal-vit hija tajba għax-xorb.

Seduta  231

26/01/2015

1 comment:

Unknown said...

Jien nixtieq ninforma lil-Ministru li ahna li noqghodu fi Triq il-Falkunier il-Fgura il-kwalita tal-ilma hi hazina u ilna min Settembru tas-sena l-ohra. L-ilma toghma qawwija u rieha ta chlorine. Bil-fors inriedu nixtru l-ilma biex niehdu naqra te' jew kafe. Anke fit-tisjir itieghem. Gew hadu samples u jghidu li hu tajjeb, 0.5, imma it-toghma w ir-rieha tal-chlorine hemm qieghda. Nispera li jirrimedjaw din is-sitwazzjoni. Grazzi.

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...