23.1.15

QRATI - VIDEO CONFERENCING – XHIEDA MISMUGĦA.



13574. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm xhieda ġew mismugħa bl-użu tal-video conferencing fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex f’dawn l-aħħar għaxar snin sena b’sena?

16/01/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ xhieda li ġew mismugħa bl-użu tal-video conferencing hu kif ġej:




Malta **
Għawdex *
Sena
Numru ta’ Xhieda
Numru ta’ Xhieda



2005
**
Xejn
2006
**
Xejn
2007
**
Xejn
2008
**
2
2009
**
2
2010
**
3
2011
2
Xejn
2012
1
2
2013
1
4
2014
11
4
2015 (as at 20th January 2015)
0
0

**Statistika bdiet tinżamm mis-sena 2011


* Dawn il-figuri jirrapreżentaw biss is-seduti fejn xhieda ttieħdu mill-Maġistrati f’kawżi tal- Qorti tal-Maġistrati, Ġurisdizzjoni Ċivili u ma jinkludux xhieda li ttieħdu mill-Assistent Ġudizzjarju, peress li dan ma jżommx t-tali statistika.

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...