13.1.15

Att ta’ min jirrikonoxxih minn membri tal-Protezzjoni Ċivili



Il-Partit Nazzjonalista għandu kliem ta’ tifħir għall-membri tal-Protezzjoni Ċivili li lbieraħ, b’riskju għal ħajjithom, daħlu f’dar li kienet qed taqbad f’Ħ’Attard u salvaw tliet iklieb.

Fil-ħin tal-inċident, sid id-dar ma kienx fid-dar u kienet waħda mill-ġirien li ċemplet lill-membri tal-Protezzjoni Ċivili li waslu fil-ħin biex fost l-oħrajn salvaw il-klieb.

Dan l-att iwassal messaġġ ċar : f’pajjiżna hawn bosta persuni li jħobbu u jgħożżu l-annimali. Huwa f’dan l-ispirtu li l-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lill-membri tal-Protezzjoni Ċivili tal-att li wettqu lbieraħ.

Mario Galea
Kelliem għad-Drittijiet tal-Annimali

13.01.15

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...