26.4.23

Ħajja stramba

1.   Hemm min jikteb ktieb wieħed li fih jirrakkonta ħajtu. Hemm min jikteb diversi riflessjonijiet awtobijografiċi. Daqqa mxerrda f’kitbiet qosra u daqqa f’kotba varji li jitwieldu biċċa biċċa tul il-mixja ta’ ħajtu. Titgħallem kif il-bniedem iressaq lilu nnifsu lill-oħrajn. Titgħallem sew fir-rakkonti ta’ dak li jkun ġarrab, il-fatti li joħorġu, il-lezzjonijiet u d-direzzjonijiet li wieħed jista’ jieħu minnhom. Tara, ċertament, jekk tafdax dak kollu li jingħad. Tipprova wkoll tifhem dak li jixtieq jgħid u ma jgħidx, jew dak li tistennih li ser jgħid imma ma jgħidux. Tapprezza però dejjem li l-bnedmin, ġejjin minn fejn ġejjin, huwa tajjeb li jaqsmu ħafna minn dak li qabel ikun jinżamm fl-intern tagħhom.

Osservazzjonijiet

2.   Ħafna drabi naraw kitbiet awtobijografiċi jew semi-bijografiċi li jaqbdu t-triq ‘il fuq. Rari dawk i jkunu ‘l isfel. Jibdew minn bidu umli sakemm jieqfu fl-aqwa tal-karriera jew tal-ħajja tal-bniedem. Dan jiddependi minn min ikun qiegħed jikteb u f’liema fażi ta’ ħajtu jkun qiegħed iwettaq dan. Ħafna drabi, bnedmin iħallu għal ta’ warajhom biex jiktbu dwarhom. Dan jew għax ikunu jixtiequ jiktbu imma ma jsibux il-ħin. Inkella wkoll għax jidhrilhom li m’għandhomx jibqgħu mfakkra, mentri tajjeb li jitfakkru. Oħrajn ikollhom bżonn lil min jimbuttahom u jgħinhom. Biex ukoll, fil-fatt, jiftakru korrettement dak li għaddew minnu. Biex forsi jniżżlu dak li verament ġarrbu minn oħrajn, u hemm jiġihom id-dubju jekk humhiex jiżbaljaw li jiżvelaw kif ittrattahom ħaddieħor, u kemm ipprova jċekkinhom.

Għadni kif lestejt ktieb

3.   Missejt iktar ma’ dan mal-aħħar ktieb ta’ Romano Prodi, Strana vita, la mia. Ktieb maħruġ reċentement, fl-2021, u miktub f’forma ta’ domanda ‘moħbija’ ta’ Marco Ascione, ġurnalista tal-Corriere Della Sera. Qrajt kitbiet oħra tiegħu, però naħseb li dan huwa uniku fuq żewġ livelli. L-ewwel: miktub b’kelma faċli. It-tieni: mimli b’riflessjonijiet ta’ qabel, kif ukoll mill-iktar riċenti. Prodi jeħodna miegħu fil-vjaġġ ta’ ħajtu mingħajr dettalji żejda jew pedantiċi, imma fl-istess ħin mhux nieqsa mill-kontenut qawwi tagħhom. Għandu, f’dan, żewġ livelli. L-ewwel: il-karigi prestiġġjużi li okkupa, u dawk li le. It-tieni: dawk marbuta mal-protagonisti attwali ta’ dak li qiegħed iseħħ fil-politika internazzjonali. Ideat, fatti u riflessjonijiet uniċi.

Karriera

4.   Prodi għadda minn toroq varji sabiex iservi ‘l-proxxmu. Kattoliku konvint, ħadem sabiex jibdel u jirriforma dak li ħass li hemm bżonn. Oriġinarjament parti mid-Demokrazija Kristjana, aktar tard il-fundatur tal-Ulivo. Serva darbtejn bħala Prim Ministru ta’ pajjiżu, bejn l-1996 u l-1998, u bejn l-2006 u l-2008. Fil-frattemp ġie maħtur u mexxi lill-Unjoni Ewropea, bejn l-1999 u l-2004. F’kull darba, ħadem b’ideat ġodda u differenti. Iktar u iktar meta taqra u tifhem kemm il-bniedem għandu viżjoni soċjali u ekonomika li jġorr miegħu. Bniedem organizzat u loġiku f’ħidmietu. Persuna li fl-umiltà tiegħu ried dejjem iktar djalogu u inqas pożizzjonijiet riġidi. Fil-konvinzjoni li kull pajjiż jitlob li jkollu l-għajnuna ta’ kulħadd. Huwa, hemm jgħid: “Questo Paese a volte sembra dimenticare che tutti i compiti propri della politica, del governo e delle imprese debbono essere svolti con rettitudine, con competenza ma, sopratutto, con un quotidiano e faticoso lavoro di squadra.”

Missjoni storika

5.   Interessanti r-riflessjonijiet tiegħu dwar il-ħidma tiegħu bħala President tal-Kummissjoni Ewropea. Hemm diversi punti ta’ fatti li ftit kienu jafu bihom, u li ħarġu. Diversi li jispjegaw is-suċċess jew le ta’ diversi inizjattivi Ewropej u demokratiċi. Dehret ukoll iktar il-konvinzjoni tiegħu u l-abbiltà li jifhem li l-Unjoni Ewropea m’għandhiex tibqa’ wieqfa, imma trid timxi ‘l quddiem. Daħal f’mument meta kellu libertà akbar fl-għażla tar-responsabbiltajiet lill-Kummissarji l-oħra. Jgħid li ried li kull wieħed ikun protagonista, b’tifħir partikolari għal dak Tedesk li f’pajjiżna kien magħruf sew. Huwa jgħid hekk: “Se è per questo, ho cercato sempre di lasciare ai singoli commissari anche la ribalta della conferenza stampa. Così la penso, così ho agito. Un progetto, un idea cammina se ogni componente del gruppo si sente non solo coinvolto, ma protagonista. L’allargamento a Est dell’Europa non ci sarebbe mai stato se non avessi affidato quel compito a un Tedesco Gunter Verheugen, perché lui era l’uomo giusto e perché la Germania doveva sentirsi per prima impegnata in quella missione storica.”

Cattolico adulto

6.   Hemm kapitoli varji dwar il-politika barranija li huma minjiera ta’ informazzjoni għal min isegwi dak li għadda, u dak li għadu għaddej, speċjalment fil-gwerra tal-Ukrajna. Imma għandu partikolarment wieħed li jmiss mar-relazzjonijiet tiegħu mal-Kardinal Camillo Ruini, li għadu bil-għomor. Minn ħbiberija kbira għal nuqqas ta’ qbil daqshekk ieħor qawwija. Il-Kardinal, li huwa wkoll ċertament bniedem intelliġenti ħafna, quddiem id-deklin tal-Partit Demokristjan qal: “... avrebbe voluto la trasformazione della DC sul modello della CDU tedesca; un partito secolarizzato, ma vicino alle posizioni dei cattolici conservatori.” Mentri Prodi, minflok ried: “... puntavo a riunire i riformisti che proprio dalla Guerra fredda erano stati divisi.” Punti li setgħu jingħaqdu, imma li f’dak il-mument storiku ġiebu kunflitti politiċi.

Demokrazija fraġli

7.   Il-ktieb, li nħajjarkom taqraw, jagħlaq b’kapitolu dwar id-demokrazija. Wieħed li l-kontenut tiegħu jimmerita artikolu ieħor fil-futur, imma li fih imiss ma’ numru ta’ punti ta’ riflessjoni f’dan iż-żmien fejn id-dinja ħierġa mill-pandemija. Huwa jfakkarna li l-affarijiet inbidlu. Waqt li wara t-Tieni Gwerra Mondjali t-trijonf tad-demokrazija ma seta’ jżommu ħadd, illum dan m’għadux aktar hekk. Mhux biss għax m’għadx hemm din l-ammissjoni fl-aġendi Ewropej u Amerikani, imma wkoll għax hemm, kif jgħidha hu: “Un crescente degrado delle campagne elettorali, sempre più dominate dalla quantità di denaro e della Potenza di fuoco che i vecchi e i nuovi media riescono a mobilitare, anche attraverso un’esorbitante quantità di risorse finanziarie.

Bidliet

8.   Il-bniedem jibqa’ dak li dejjem kien: persuna li trid tibdel għas-sewwa. Persuna li jrid jirriforma dak li jara l-bżonn veru tiegħu. Persuna li jafda fid-djalogu, għax: “Chi dialoga non ha nessun bisogno di abbandonare i principi e le proprie convinzioni. Semplicemente non li impone ed è pronto ad ascoltare le opinioni degli altri.” Persuna li, għal darb’oħra, kiteb ktieb li ħaqqu jinqara. Bniedem li għamel il-ġid u għadu għaddej. Bniedem li kellu sehem determinanti sabiex pajjiżna jsir membru tal-Unjoni Ewropea. Bniedem normali li ħaddem it-talenti tiegħu sew, u li ħajtu hija ċertament differenti, però mhix tant stramba.

IL-KALKARA – BAJJA TAR-RINELLA - XOGĦLIJIET

7953. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru jew hemm il-ħsieb li jsiru tul dawn ix-xhur sabiex il-bajja tar-Rinella ġewwa l-Kalkara jsirilha x-xogħol neċessarju sabiex tkun tista’ tintuża tul is-sajf li ġej?

 

11/04/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara li r-responsabilità tal-bajja ma taqax uffiċjalment fir-responsabilità tal-istess Kunsill. Madanakollu, infurmat illi l-Kunsill Lokali tal-Kalkara talab għall-għajnuna sabiex il-bajja u ż-żona ta' Rinella tiġi riġenerata.

 

Seduta  114

25/04/2023

IL-KALKARA – BAJJA TAR-RINELLA – XOGĦLIJIET

7952. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru jew hemm il-ħsieb li jsiru tul dawn ix-xhur sabiex il-Bajja tar-Rinella ġewwa l-Kalkara, isirilha x-xogħol neċessarju sabiex tkun tista’ tintuża tul is-sajf li ġej?

 

11/04/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru m’għandux xogħol pjanat għal din iż-żona.

 

Seduta  114

25/04/2023

IL-BELT VALLETTA – TRIQ SAN ĠWANN – XOGĦOL

7951. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex se jsir ix-xogħol neċessarju u urġenti biex tissewwa l-ħsara li hemm fiċ-ċangatura tat-triq fi Triq San Ġwann, fil-Belt Valletta, fil-parti li tibda minn Triq ir-Repubblika sa Strada Stretta?

 

11/04/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja bi pjan ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali, inkluż dak tal-Belt Valletta.

 

Din it-triq ġiet identifikata għall-intervent bħala parti minn dan il-pjan. Madanakollu, diskussjonijiet għadhom ma ġewx konklużi.

 

Seduta  114

25/04/2023

SANTA LUĊIJA – ĠNIEN TAĊ-ĊINIŻI – XOGĦLIJIET

7950. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2321 tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi tibdil fix-xogħlijiet li huma previsti li jsiru fil-Ġnien taċ-Ċiniżi ġewwa Santa Luċija?

 

11/04/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin jiġu prodotti l-Fabrication Drawings kif stipulat fil-kuntratt mill-operatur li ser jesegwixxi x-xogħol fuq is-sit indikat.

 

Seduta  114

25/04/2023

KALKARA – BAJJA TAR-RINELLA - XOGĦLIJIET

7949. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru, jew hemm il-ħsieb li jsiru, tul dawn ix-xhur sabiex il-Bajja tar-Rinella ġewwa l-Kalkara jsirilha x-xogħol neċessarju sabiex tkun tista’ tintuża tul is-sajf li ġej?

 

11/04/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar m’għandux xogħlijiet pjanati dwar il-Bajja tar-Rinella.

 

Seduta  114

25/04/2023

IL-KALKARA - BIGHI - XOGĦLIJIET

7948. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-ħsara li ġiet imġarrba kaġun tax-xita ġewwa Bighi, il-Kalkara, u jekk huwiex previst li x-xogħlijiet relattivi jibdew tul din is-sena?

 

11/04/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-akbar ħsara li ġarrbet il-penisula ta’ Bighi fil-parti amministrata minn Heritage Malta, wara l-maltemp tad-9/10 ta’ Frar 2023, huwa tiġrif ta’ parti mill-ħajt għoli li jdawwar il-perimetru tal-penisula. Infurmat li bħalissa qed isiru l-istudji meħtieġa, anke ma’ entitajiet oħra kompetenti, sabiex jiġi stabbilit l-aħajr mod ta’ kif jista' jiġi kkonsolidat il-blat biex sussegwentement ikun jista’ jinbena l-ħajt.

 

Intant infurmat ukoll li għadu prematur f’dan l-istadju li tiġi kommessa data meta ser jinbeda dan ix-xogħol.

 

Finalment infurmat li bħalissa qiegħed jitkompla wkoll ix-xogħol ta’ ‘waterproofing’ fil-bjut tal-binjiet u qed jinbeda x-xogħol ta’ restawr f’partijiet tal-kumpless.

 

Seduta  114

25/04/2023

IL-KALKARA – SMOKING ROOM F’BIGHI - XOGĦLIJIET

7947. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2319 dwar xogħlijiet fuq dik li tissejjaħ ‘Smoking Room’ ġewwa Bighi, il-Kalkara, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet għadhomx ser jibdew u jitkomplew tul din is-sena?

 

11/04/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat liHeritage Malta tinsab fil-proċess relatat mal-permess tal-Awtorità kkonċernata kif ukoll qed jiġi ppreparat it-tender relattiv sabiex jinħareġ mill-aktar fiss.

 

Intant infurmat li x-xogħlijiet strutturali mistennija jibdew iktar tard din is-sena.

 

Seduta  113

24/04/2023

IŻ-ŻEJTUN – MISRAĦ KARMNU GRIMA – XOGĦLIJIET

7946. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2318, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx stabbilita l-ġurnata li fiha ser jibda jsir ix-xogħol f’Misraħ Karmnu Grima ġewwa ż-Żejtun?

 

11/04/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħdidiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex isir pjan ta’ xogħol ta’ toroq residenzjali f’kull lokalità. Fid-dawl li dawn id-diskussjonijiet għadhom ma ġewx konklużi, ir-responsabiltà tat-tiswijiet u l-manutenzjoni regolari ta’ toroq lokali bħal din imsemmija hija tal-kunsill lokali. Dawn għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.

 

Seduta  113

24/04/2023

IŻ-ŻEJTUN – MISRAĦ KARMNU GRIMA – XOGĦLIJIET

7945. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2315, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx stabbilita l-ġurnata li fiha ser jibda x-xogħol f’Misraħ Karmnu Grima ġewwa ż-Żejtun?

 

11/04/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun illi l-Kunsill ħejja lista ta’ prijoritajiet ta’ toroq sabiex jiġu mwettqa minn l-entità kkonċernata fis-sena 2023. Dawn infurmat li kienu magħżula mis-Sindku bl-approvazzjoni tal-Kunsill skont l-urġenza u l-kundizzjoni tal-wiċċ tat-triq.

 

Infurmat ukoll li Misraħ Karmnu Grima hi elenkata mal-lista li ser tgħaddi lill-entità kkonċernata aktar tard din is-sena sabiex issir fl-2024.

 

Rigward il-parti tad-domanda dwar ġurnata li fiha ser jibda definittivament ix-xogħol fl-imsemmi misraħ, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  113

24/04/2023

ĦAL GĦAXAQ – SKOLA PRIMARJA – XOGĦLIJIET

7944. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2312 dwar ix-xogħlijiet li huma previsti li jsiru fl-Iskola Primarja ta' Ħal Għaxaq, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett sabiex tiġi rranġata u rinnovata din l-iskola?

 

11/04/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6553.

 

Seduta  113

24/04/2023

ĦAL GĦAXAQ – TRIQ DUN ĠUŻEPP DEMICOLI - XOGĦOL

7943. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li tkun lesta Triq Dun Ġużepp Demicoli ġewwa Ħal Għaxaq, u kemm ser tkun l-ispiża biex tiġi rranġata?

 

11/04/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Dun Ġuzepp Demicoli Għaxaq, fil-parti bejn Triq il-Belt Valletta u Triq Ġuzepp D’Arena, għandhom ikunu lesti sal-bidu ta’ Mejju 2023. Ix-xogħlijiet huma stmati li ser jiswew madwar €600,000.

 

Seduta  113

24/04/2023

ĦAL GĦAXAQ – TRIQ DUN ĠUŻEPP DEMICOLI - XOGĦOL

7942. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li tkun lesta Triq Dun Ġużepp Demicoli ġewwa Ħal Għaxaq, u kemm ser tkun l-ispiża biex tiġi rranġata?

 

11/04/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq li x-xogħlijiet mexjin skont id-deadlines stipulati mill-entità kkonċernata.

 

Intant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  113

24/04/2023

24.4.23

ĦAL TARXIEN - TEMPJI NEOLITIĊI - VIŻITATURI

5422. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fit-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien possibbilment skont is-sess tagħhom tul is-sena 2022 u kemm kien hemm dħul u nfiq fl-istess?

 

19/01/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li filwaqt li Heritage Malta ma żżommx dettalji dwar is-sess tal-viżitaturi, n-numru ta’ viżitaturi li żaru t-Tempji ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2022 kien ta’ 45,340.

 

Infurmat ukoll li d-dħul jammonta għal €202,584.37 filwaqt li l-infiq jammonta għal €62,306.

 

Seduta  81

25/01/2023

 

SANTA LUĊIJA – PERSUNI LI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

5421. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet li huma residenti ta’ Santa Luċija u jistax jgħid ukoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?

 

19/01/2023

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti Santa Luċija,  kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:

 

Santa Luċija

Irġiel

Nisa

Total

SA/SUP/UA

7

51

58

SUA

0

0

0

Total

7

51

58

 

SA    – Għajnuna Soċjali

SUP  -  Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet

UA   -  Għajnuna Soċjali tal-Qgħad

SUA -  Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.

 

Seduta  81

25/01/2023

GUDJA – PERSUNI LI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

5420. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet li huma residenti tal-Gudja u jistax jgħid ukoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?

 

19/01/2023

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti l-Gudja, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:

 

Gudja

Irġiel

Nisa

Total

SA/SUP/UA

2

13

15

SUA

0

2

2

Total

2

15

17

 

SA    – Għajnuna Soċjali

SUP  -  Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet

UA   -  Għajnuna Soċjali tal-Qgħad

SUA -  Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.

 

Seduta  81

25/01/2023

ĦAL GĦAXAQ – BENEFIĊĊJARJI TA’ PENSJONIJIET

5419. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4463 u 5172 u jgħid kemm hemm persuni residenti Ħal Għaxaq li qed jibbenefikaw minn xi forma ta’ pensjoni u jistax jindika s-sess tal-istess?

 

19/01/2023

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm 992 persuna li bbenefikaw minn pensjoni tas-sigurtà soċjali. Minnhom kien hemm 558 raġel filwaqt li kien hemm 434 mara.

 

Seduta  81

25/01/2023

MUŻEW MARITTIMU TAL-BIRGU – FTUĦ GĦALL-PUBBLIKU

5418. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq il-Mużew Marittimu tal-Birgu tul is-sena li għaddiet u jekk kemm-il-darba huwiex reġa' miftuħ għall-pubbliku?

 

19/01/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-infiq fuq il-Mużew Marittimu matul is-sena 2022 kien ta’ €2,888,463.74 li tinkludi nefqa kemm rikurrenti kif ukoll kapitali, minn fondi Nazzjonali u fondi tan-Norveġja.

 

Intant infurmat ukoll li l-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Mużew Marittimu għadu għaddej għalhekk l-imsemmi mużew għadu jinsab magħluq għall-pubbliku.

 

Seduta  81

25/01/2023

MARSAXLOKK – PERSUNI LI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

5417. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet li huma residenti ta’ Marsaxlokk u jistax jgħid ukoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?

 

19/01/2023

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti Marsaxlokk, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:

 

Marsaxlokk

Irġiel

Nisa

Total

SA/SUP/UA

5

26

31

SUA

6

0

6

Total

11

26

37

 

SA    – Għajnuna Soċjali

SUP  -  Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet

UA   -  Għajnuna Soċjali tal-Qgħad

SUA -  Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.

 

Seduta  81

25/01/2023

MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA - LAQGĦAT IN KONNESSJONI MAX-XOGĦOL MINISTERJALI

5416. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5177 u jgħid kemm-il darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?

 

19/01/2023

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:   Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

 

Seduta  80

24/01/2023

IŻ-ŻEJTUN – PERSUNI LI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

5415. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul s-sena li għaddiet residenti ż-Żejtun u jistax jgħid ukoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?

 

19/01/2023

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta persuni li kienu qed jircievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti ż-Żejtun, kien kif jidher fit-tabella aktar ‘l isfel:

 

Żejtun

Irġiel

Nisa

Total

SA/SUP/UA

24

139

163

SUA

4

5

9

Total

28

144

172

 

SA    – Għajnuna Soċjali

SUP  -  Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet

UA   -  Għajnuna Soċjali tal-Qgħad

SUA -  Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.

 

Seduta  80

24/01/2023

MINISTRU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI - LAQGĦAT IN KONNESSJONI MAX-XOGĦOL MINISTERJALI

5414. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5174 u jgħid kemm-il darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?

 

19/01/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht:

 

Name of Meeting

Dates

Delegates

Cost of Flight

Cost of Accomodation

Opening of Malta Stand in the Venice Biennale, in Venice, Italy. *1

19/04/2022 - 22/04/2022

Minister, Permanent Secretary and 1 member of the Secretariat staff

€1,002.95

€1,661.00

 

Conference of the Ministers of Culture of the Euro Mediterranean region culture mini-serial meeting of the EU-southern partnership, in Naples, Italy.

16/06/2022 - 17/06/2022

Minister, Permanent Secretary and 1 member of the secretariat staff.

€1,107.00

€450.00

 

UNESCO World Conference on Culture Policies and Sustainable Development - Mondiacult 2022 in Mexico. *2

26/09/2022 - 02/10/2022

Minister, Permanent Secretary and 1 member of the secretariat staff.

€32,790

€3,201.88

 

Accompanying President George Vella in a State Visit to Estonia

12/09/2022 - 15/09/2022

Minister and Advisor

€4,175.00

€1,815.00

 

Opening of an exhibiton by Maltese artists at the European Parliament - The Aftermath of War, in Brussels, Belgium.

25/10/2022 - 26/10/2022

Minister and 1 member of secretariat staff

€2,000.00

€562.64

 

Council of the European Union - Education, Youth, Culture and Sport, in Brussels, Belgium.

28/11/2022 - 29-11-2022

Minister and 1 member of secretariat staff

€1,120.00

€648.24

 


*1 – Minister and 1 member of the Secretariat staff attended from 21/04/2022 till 22/04/2022

 

*2 – Minister and 1 member of the Secretariat staff attended from 26/09/2022 till 30/09/2022

 

 

Seduta  80

24/01/2023

ĦAL TARXIEN – PERSUNI LI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

5413. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet li huma residenti ta’ Ħal Tarxien u jistax jgħid ukoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?

 

19/01/2023

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti Hal Tarxien, kien kif jidher fit-tabella aktar l-isfel:

 

Tarxien

Irġiel

Nisa

Total

SA/SUP/UA

22

85

107

SUA

7

3

10

Total

29

88

117

 

 

 

 

SA    - Għajnuna Soċjali

SUP  -  Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet

UA   -  Għajnuna Soċjali tal-Qgħad

SUA -  Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.

 

Seduta  80

24/01/2023

IL-BELT VALLETTA– TRIQ SAN ĠWANN U STRADA STRETTA – TISWIJIET FIĊ-ĊANGATURA TAT-TRIQ

5412. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jara li l-ħsara li hemm fiċ-ċangatura fi Triq San Ġwann il-Belt Valletta, kantuniera ma’ Strada Stretta, tiġi msewwija billi hija ta’ inkonvenjent u perikolu kbir għal min jkun qiegħed jagħmel użu minnha?

 

19/01/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Nistieden lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta 80

24/01/2023

WIED IL-GĦAJN – PERSUNI LI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

5411. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet residenti ta’ Wied il-Għajn u jistax jgħid ukoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?

 

19/01/2023

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti Wied il-Għajn kien kif jidher fit-tabella aktar ‘l isfel:

 

 

 

 

Wied il-Għajn

Irġiel

Nisa

Total

SA/SUP/UA

36

111

147

SUA

31

38

69

Total

67

149

216

 

 

 

 

 

 

 

 

SA    – Għajnuna Soċjali

SUP  -  Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet

UA   -  Għajnuna Soċjali tal-Qgħad

SUA -  Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.

 

Seduta  80

24/01/2023

IL-BELT VALLETTA – TRIQ SAN ĠWANN U STRADA STRETTA – TISWIJIET FIĊ-ĊANGATURA TAT-TRIQ

5410. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara li l-ħsara li hemm fiċ-ċangatura fi Triq San Ġwann il-Belt Valletta, kantuniera ma’ Strada Stretta, tiġi msewwija billi hija ta’ inkonvenjent u perikolu kbir għal min jkun qiegħed jagħmel użu minnha?

 

19/01/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li minhabba li ċ-ċangaturi msemmija sfrondaw wara li kien sar xogħol mill-Gvern Ċentrali, l-Kunsill għamel pressjoni mal-entita kkoncernata biex isiru x-xogħlijiet ta’ tiswija.

 

 

Infurmat ukoll li din it-triq hi indikata bħala triq ta’ prjorita’ biex tissewwa.

 

Seduta  79

23/01/2023

APPELLI PENDENTI QUDDIEM L-ARBITRU GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI

5409. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti quddiem l-Arbitru għas-Sigurtà Soċjali fl-aħħar tas-sena 2022 u jista’ jgħid ukoll kemm appelli ġew deċiżi jew irtirati tul l-istess sena?

 

19/01/2023

 

ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:

 

Appelli

Diċembru 2022

Appelli pendenti sa Diċembru 2022

753*

Appelli deċiżi sa Diċembru 2022

341

Appelli li ġew irtirati mill-appellant/i sa Diċembru 2022

278

Appelli li ġew revokati mid-Dipartiment sa Diċembru 2022

202

 

*minnhom 306 huma appelli li diġa bdew jinstemgħu

 

Seduta 79

23/01/2023

RAĦAL ĠDID – PERSUNI LI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

5408. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet li huma residenti Raħal Ġdid u jistax jindika wkoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?

 

19/01/2023

 

ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti Raħal Ġdid, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:

 

Raħal Ġdid

Irġiel

Nisa

Total

SA/SUP/UA

39

138

177

SUA

65

13

78

Total

104

151

255

 

SA    – Għajnuna Soċjali

SUP  -  Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet

UA   -  Għajnuna Soċjali tal-Qgħad

SUA -  Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.

 

 

Seduta 79

23/01/2023

IL-BELT VALLETTTA – TRIQ SAN ĠWANN U STRADA STRETTA – TISWIJIET FIĊ-ĊANGATURA TAT-TRIQ

5407. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jara li l-ħsara li hemm fiċ-ċangatura fi Triq San Ġwann il-Belt Valletta, kantuniera ma’ Strada Stretta, tiġi msewwija billi hija ta’ inkonvenjent u perikolu kbir għal min ikun qiegħed jagħmel użu minnha?

 

19/01/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

 

 

Seduta 79

23/01/2023

RAĦAL ĠDID – ĠNIEN LORRY SANT – XOGĦLIJIET

5406. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet li għandhom isiru fi Ġnien  Lorry Sant f’Raħal Ġdid?

 

19/01/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid, ix-xogħlijiet fi Ġnien Lorry Sant jinsab fi stadju avvanzat ferm tant li bħalissa qed jasal fi tmiemu ix-xogħol fuq il-ġebla Maltija li biha huwa imdawwar il-ġnien, kif ukoll waslu minn barra mat-80% tal-pjanti u siġar ġodda li ser jitħawwlu.

 

Barra minn hekk, infurmat li ġew ppreparati il-planters kollha sabiex ikun jista jibda t-tħawwil fil-ġimgħat li ġejjin.

 

Infurmat wkoll li sar xogħol ta’ preparamenti relatati mas-sistema tad-drip irrigation u għad-dwal.

 

Finalment, infurmat li meta dan kollu jitlesta, jkun għad fadal biss il-pavimentar xi jsir u b’hekk jaslu fi tmiemhom ix-xogħlijiet.

 

Seduta 79

23/01/2023

QORTI – RIKORSI ĠURAMENTATI TA’ SEPARAZZJONI

5178. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati rikorsi ġuramentati ta’ separazzjoni fil-Qrati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew deċiżi?

 

12/01/2023

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena li għaddiet fil-Qrati ta’ Malta ġew ippreżentati 106 kawżi ta’ separazzjoni li minnhom 99 għadhom pendenti u 7 ġew deċiżi. Filwaqt li fil-Qrati ta’ Għawdex ġew ippreżentati 39 kawża ta’ separazzjoni li 25 minnhom għadhom pendenti u 14 ġew deċiżi.

 

Apparti dawn, ġew ippreżentati 327 kawża bonarja f'Malta, li minnhom 309 ġew itterminati u 18 għadom pendenti, filwaqt li f'Għawdex ġew ippreżentati 15 -il kawża bonarja, li minnhom 8 ġew itterminati u 7 għadom pendenti.

 

Seduta 79

23/01/2023

SKEJJEL SEKONDARJI – STUDENTI LI QED JISTUDJAW IL-LINGWA GRIEGA U L-LATIN

3376. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm studenti li huma reġistrati fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna li qed jistudjaw il-lingwa Griega kif ukoll il-Latin tul din is-sena akkademika? Jista’ jindika f’liema sena?

 

25/10/2022

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ lingwi msemmija ma jiġux mgħallma fl-iskejjel tal-Istat.

 

Seduta  46

08/11/2022

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...