19.4.23

MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI – IMPLIMENTAZZJONI TA’ DIRETTIVI TAL-UE

7441. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

 

17/03/2023

 

ONOR. ANTON REFALO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi tal-Unjoni Ewropea li kellhom data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali fis-sena 2022 u li ġew trasposti huma s-segwenti:

 

Ministeru

Titlu

Data ta’ Skadenza

MAFA

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-kummissjoni (UE) 2021/415 tat-8 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE u 66/402/KEE sabiex tadatta l-gruppi tassonomiċi u l-ismijiet ta’ ċerti speċi ta’ żrieragħ u ħaxix ħażin għall-evoluzzjoni tal-għarfien xjentifiku u tekniku

31/01/2022

MAFA

Direttiva ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2021/2171 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE fir-rigward tal-piżijiet tal-lottijiet ta¿-żerriegħa u tal-kampjuni tal-Avena nuda

31/01/2022

MAFA

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/971 tas-16 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE dwar il-bejgħ fis-suq taż-żerriegħa tal-pitravi, l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ħxejjex u l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE dwar il-marketing taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra, fir-rigward tal-użu ta’ tekniki bijokimiċi u molekulari

31/08/2022

MAFA

Direttiva ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2022/905 tad-9 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u ta’ speċijiet ta’ ħxejjex

31/12/2022

 

Seduta  110

17/04/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...