19.4.23

TRANSPORT MALTA – ĦRUĠ TA’ LIĊENZJA TAS-SEWQAN

7670. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid xi proċeduri jintużaw u kemm huma l-ispejjeż li ġew stabbiliti mill-Awtorità tat-Trasport biex ċittadini Maltin li ġew lura f’pajjiżna mill-Kanada, mill-Istati Uniti tal-Amerika u mill-Awstralja u li għandhom liċenzja tas-sewqan valida maħruġa minn dawn il-pajjiżi, tinħarġilhom liċenzja tas-sewqan Maltija?

 

24/03/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta għandha ftehim mal-Awstralja għar-rikonoxximent reċiproku u l-iskambju tal-liċenzji tas-sewqan rispettivi tagħhom. Il-Kanada u l-Istati Uniti m'għandhomx ftehim bħal dan ma' Malta u għalhekk iridu japplikaw u jagħmlu test prattiku tas-sewqan sabiex jiksbu liċenzja Maltija.

 

Il-proċedura u l-ispejjeż għall-akkwist tal-liċenzji tas-sewqan imsemmija huma kif ġej:

 

Fil-każ ta’ skambju minn liċenzja tas-sewqan Awstraljana għal dik Maltija:

- liċenzja tas-sewqan tinħareġ permezz tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni valida (DRV014)

- il-hlas ikun marbut mal-iskadenza tal-liċenzja Awstraljana, u għalhekk il-ħlasijiet ivarjaw skont it-tali (€7.00 għal kull sena japplikaw)

- €10.00 ħlas amministrattiv

 

Fil-każ tal-Kanada u l-Istati Uniti (u kull pajjiż ieħor mhux tal-UE u li Malta m’għandhiex ftehim simili għal dak tal-Awstralja miegħu):

- Applikazzjoni għall-Permess tat-Tagħlim li jiswa €23.25

- Applikazjjoni għat-Test tat-Teorija li jiswa €30.25

- Applikazzjoni għal test prattiku li jiswa €23.25

- Liċenzja proviżorja għal tliet (3) snin tinħareġ bi ħlas totali ta’ €31.00

 

Infakkru wkoll li dawk li għandhom liċenzji tas-sewqan mhux tal-UE jistgħu jsuqu sa sena mill-aħħar data tad-dħul tagħhom f’Malta bil-liċenzja tas-sewqan (valida) tagħhom.

 

Seduta  110

17/04/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...