17.4.23

MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA – IMPLIMENTAZZJONI TA’ DIRETTIVI TAL-UE

7433. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

 

17/03/2023

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea li kellha data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali fis-sena 2022 u li ġiet trasposta hija s-segwenti:

 

Ministeru

Titlu

Data ta’ Skadenza

MFAA

Direttiva (UE) 2022/642 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2022 li temenda d-Direttivi 2001/20/KE u 2001/83/KE fir-rigward ta’ derogi minn ċerti obbligi li jikkonċernaw id-disponibbiltà ta’ ċerti prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, u f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta

20/08/2022

 

Seduta  109

29/03/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...