19.11.15

ŻGĦAŻAGĦ LI MA KOMPLEWX L-ISTUDJI TAGĦHOM WARA L-EDUKAZZJONI SEKONDARJA.





20815. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19878, jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn iż-żgħażagħ kienu reġistrati li qed jgħixu Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura?

05/11/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ żgħażagħ li ma komplewx l-istudji tagħhom wara l-edukazzjoni sekondarja u li kienu reġistrati li qed jgħixu Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura huwa ta’ 430. Minnhom 177 huma ta’ sess femminil filwaqt li 253 huma ta’ sess maskil.

Seduta  326
17/11/2015

ŻGĦAŻAGĦ LI MA KOMPLEWX L-ISTUDJI TAGĦHOM WARA L-EDUKAZZJONI SEKONDARJA.





20814. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19878, jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn iż-żgħażagħ kienu reġistrati li qed jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Ħal Għaxaq u Santa Luċija?

05/11/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ żgħażagħ li ma komplewx l-istudji tagħhom wara l-edukazzjoni sekondarja u li kienu reġistrati li qed jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Ħal Għaxaq u Santa Luċija huwa ta’ 313. Minnhom 113 huma ta’ sess femminil filwaqt li 200 huma ta’ sess maskil.

Seduta  326
17/11/2015

PERSUNI LI QED JIEĦDU PENSJONI INQAS MINN €500




20813. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar ta’ Settembru 2015? Jista’ jindika dan kategorija b’kategorija,  b’kemm kienu persuni ta’ sess femminili u kemm maskili?

05/11/2015

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa hemm 18,469 pensjonant (minn total ta’ madwar 88,500 pensjonant kontributorju u non-kontributorju) li individwalment jirċievu pensjoni waħda ta’ mhux aktar minn €500 fix-xahar. Dawn jikkonsistu f’5,950 irġiel u 12,519 nisa li jirċievu jew pensjoni kontributorja inkella pensjoni non-kontributorja.

Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament fit-termini taċ-ċifri mogħtija.  Per eżempju l-istatistika pprovduta tinkludi każi fejn l-irġiel u n-nisa imsemmija ikunu miżżewġin lil xulxin (allura bejniethom ikollhom aktar minn €500 fix-xahar) iżda statistikament qed jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar. 

L-istatistka tinkludi ukoll nisa (jew irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €500 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każi bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €500 fix-xahar iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar.

It-tabelli  t’hawn taħt juru n-numru ta’ pensjonanti (irġiel u nisa) skont il-pensjoni li qed jirċievu.


Pensjoni
Irġiel

Nisa

Total

RA & Non-Cont.
SP & Non-Cont.
Pen & Non-Cont.
Pensjoni
Total

RA & Non-Cont.
SP & Non-Cont.
Pen & Non-Cont.
Pensjoni
Total


WRM
0
0
0
10
10

0
0
0
36
36

46
WP 
0
0
0
0
0

0
0
1
12
13

13
TTP
12
0
100
1224
1336

8
0
102
2518
2628

3964
SRP
0
0
0
6
6

2
0
21
326
349

355
SHP
0
0
0
322
322

0
0
0
332
332

654
RPT
0
0
0
0
0

0
0
0
28
28

28
PW 
0
0
0
49
49

0
0
0
42
42

91
NMWP
0
0
2
59
61

13
1
146
1197
1357

1418
NMP
15
0
128
810
953

6
0
156
2179
2341

3294
NMIP
2
0
9
949
960

1
0
7
934
942

1902
IP 
0
0
0
1
1

0
0
0
1
1

2
INMP
0
0
2
52
54

0
0
9
94
103

157
IIP
0
0
0
0
0

0
0
0
1
1

1
HP 
0
0
0
1208
1208

0
0
0
829
829

2037
ESRP
0
0
0
9
9

0
0
5
136
141

150
DNMP
0
1
0
0
1

0
0
0
0
0

1
DNIP
0
0
0
0
0

0
0
0
0
0

0
BLD
0
0
0
131
131

0
0
0
130
130

261
AP 
0
0
0
849
849

0
0
0
3246
3246

4095
Total
29
1
241
5679
5950

30
1
447
12041
12519

18469


Acronyms Explained
AP – Age Pension
BLD – Blind Pension
DNIP – Decreased National Invalidity Pension
DNMP – Decreased National Minimum Pension
ESRP – Early Survivors Retirement Pension
HP – Disability Pension
IIP – Increased Invalidity Pension
INMP – Increased National Minimum Pension
IP – Invalidity Pension
NMIP – National Minimum Invalidity Pension
NMP-  National Minimum Pension
NMWP – National Minimum Widows Pension
PW –carers Pension
RPT – Retirement Pension Top-Up
SHP – Disability Pension
SRP – Survivors Retirement Pension
TTP – Two Thirds Pension
WP – Widows Pension
WRM – Widows Re-Married


Seduta  326
17/11/2015

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...