16.11.15

IL-FGURA – TRIQ HOMPESCH – BUS STOP SHELTERS





20805. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jara jekk iż-żewġ bus stops shelters li hemm faċċata ta’ xulxin fit-tarf ta’ Triq Hompesch fil-Fgura, jistgħux jiġu mibdula billi huma malandati u msadda sew?

05/11/2015

  ONOR. JOE MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa ppjanat li l-bus shelter li hemm fid-direzzjoni lejn il-Fgura ser jiġi mibdul b’wieħed ġdid. Mill-banda l-oħra, il-bus shelter li hemm fuq ix-xaqliba l-oħra tat-triq, minħabba restrizzjoni fil-wisa’ tal-bankina, m’hemmx spazju biżżejjed sabiex jitwaħħal bus shelter ġdid minn dawk li qegħdin jintużaw fil-preżent. Minħabba f’hekk, Transport Malta qegħda tevalwa alternattivi oħra sabiex tkun tista’ tibdel dan il-bus shelter.

Seduta  325
16/11/2015

No comments:

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI

18540. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid x’dire...