4.11.15

Advanced Directives. Kummentarju RTK 3.11.2015.





Id-dinja taghna avvanzat u tibqa ghaddejja l-quddiem. Ix-xjenza medika partikolarment qedha tmiss ma fruntieri godda li jitolbu attenzjoni u twegibiet. Dak li qabel ma konniex nahsbu fih issa qed nmissu mieghu. Dak li kien jdum biex jasal f’pajjizna minn ohrajn tul dawn l-ahhar snin qieghed jigi malajr. Jekk ma nkunux preparati, jekk ma nahsbux sewwa dak li gej u dak li ghandna nilqghu ghalih nispiccaw naghmlu dak li ma rridux.

Proprju ghalhekk li f’kollox hemm l-bzonn tal-hsieb , tal-ghaqal u l-attenzjoni. Ftit snin ilu ddibattitu kien marbut mal-ghoti altruista ta’ organi umani minn hutna li jigu nieqsa. Dhalna u ghadna ghaddejjin fuq l-IVF. Issa qed nmissu mal-hekk msejha Advanced Directives. Hemm kull darba l-ghazla bejn dawk principji etici li jharsu jew jichdu id-dinjita umana, bejn dawk li jemmnu fil-valuri nsara u dawk li jsibu ruhhom komdi f’dawk utilitaristi u materjalisti.

Fid-dinja f’dawn is-snin gie sviluppat mekkanizmu legali sabiex wiehed jahseb minn qabel min ghandu jiehu decizjonijiet dwar sahtu meta huwa jsibu ruhu fl-impossibilita li jiehodhom huwa.  Min ser jiddeciedi ghalik meta qieghed f’koma wara incident tat-traffiku, jew wara incident sportiv, jew ghax sviluppatlek komplikazzjoni medika immedjata li ma kontx qieghed tipprevjeni li pero trid tigi operat malajr, msiefer ghall-iktar kura. Kif inghad barra minn xtutna “AD’s are made while patient is still competent; they specify the course of medical treatment to be provided by caregivers and designate someone to act as a proxy should the patient lose his or her capacity to make decisions.”
   
Fil-principju dan huwa tajjeb u diversi ligijiet u sistemi medici jharsu lejn dan bhala parti mid-dinjita umana ohrajn jiddikjarawh bhala parti mill-liberta umana “for patients right to self-determination” maghmul “to ensure their values are respected at the end of their lives”. Mhux biss imma jharsu lejh bhala “part of a more general plan for end of life”.

Dahal ghalhekk il-kuncett li taghti l-poter permanenti minn qabel lil haddiehor li tafda sija ghal dak li ma tarax gej fuqek kif ukoll meta tkun qed tara marda gejja fuqek bicca bicca li jkun hemm persuna responsabbli ghas-sahha tieghek li jrid jsegwi fuq dak li jissejjah “ a carefully drafted durable power of attorney for health care that has been designated to meet state requirements and to protect the person.”

F’dan hemm hafna x’jistgha jinghad. Jistgha jekk ma jkunx hemm kontrolli sodi fil-ligi jservu bhala bieb miftuh ghall-ewtanazija li ma naqblux maghha. Suggett li qieghed jara iktar parlamenti fl-ewropa u fid-dinja jiddiskutuh sabiex b’xi mod jippermettu lix-xjenza medika flok ssalva l-bniedem tnehhih. toqtlu  taht l-iskuza li “the sufferings of sickness or of the final agony are reduced .”

Proprju fuq din il-biza li numru ta’ sistemi legali gustament dahhlu li anki jekk taghti dan il-poter lil haddiehor fuq hajtek ma ghandux jkunx hemm l-possiblita diretta jew indiretta li tnehhi hajtek u ghalhekk ma jkun qatt permess li ma tigix mitmugh ikel jew ilma sabiex tmut bil-guh jew li jigi permess li jintfew l-magni li qieghed tghix fuqhom jew li jaghtuk xi injezzjoni biex tigi nieqes malajr.

Dawn huma regoli legali bazati fuq principji etici nsara, tas-sewwa. Fuq principji li jharsu d-dinjita tal-persuna umana anki fl-iktar mumenti difficili meta jekk wiehed ma joqghodx attent jitkaxkar f’direzzjonijiet zbaljati , minghajr ma jinduna. Jahseb li qieghed jhenn meta ma huwiex. Jahseb li ghandu dritt fuq il-hajja ta haddiehor jew tieghu meta ma ghandux.

Il-bierah fil-parlament gie ghad-diskussjoni abbozz ta’ ligi li qieghed jipprova jintroduci l-kuncett tal-Advanced Directives. L-opposizzjoni ghalkemm taqbel mal-principju generali qajmet numru ta’ punti marbuta mal-aspett mediku , etiku , prattiku u legali tieghu proprju ghax thoss li hemm bzonn iktar,mekkanizmi sodi, attenzjoni u diskussjoni fuq suggett daqshekk sensittiv. L-intenzjonijiet ma humiex dubitati pero d-direzzjonijiet taghhom jridu jigu mmexxija tajjeb nkella flok naghmlu pass l-quddiem ghall-pajjizna nkunu sejrin lura. Nittamaw li dan jsehh fil-gimghat li gejjin.  

No comments:

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI

18540. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid x’dire...