12.11.15

PERSUNI EU NATIONALS - JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL





20802. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li huma EU Nationals li kienu jirreġistrawgħax-xogħol regolarment f’pajjiżna sal-aħħar ta’ Ottubru 2015? Jista’ jindika ta’ liema nazzjonalità huma (dejjem jekk l-informazzjoni hi disponibbli)?

05/11/2015



  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li huma EU Nationals (il-Maltin mhumiex inklużi), TCNs Dependants on EU Nationals* u EEA Nationals** li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru tal-qgħad sal-aħħar ta’ Settembru 2015 (l-aħħar ippubblikat)  kien ta’ 101 persuna. In-nazzjonalitajiet ta’ dawn il-persuni huma:

-               Awstrija
-               Belġju
-               Brażil*
-               Bulgarija
-               Repubblika Ċeka
-               Danimarka
-               Franza
-               Ġermanja
-               Greċja
-               Ungerija
-               Irlanda
-               Italja
-               Latvja
-               Libja*
-               Litwanja
-               Olanda
-               Norveġja**
-               Polonja
-               Portugal
-               Rumanija
-               Spanja
-               Svezja
-               Sirja*
-               Renju Unit


*It-TCNs Dependants on EU Nationals huma dawk il-persuni li mhumiex ċittadini tal-Unjoni Ewropeja imma minħabba li huma miżżewġa lil ċittadini tal-Unjoni Ewropeja jgawdu mill-istess drittijiet.

** In-Norveġja tifforma parti mill-EEA Agreement u dawn iċ-ċittadini jgawdu mill-istess drittijiet ta’ ċittadini Ewropej.

Seduta  323
09/11/2015

No comments:

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI

18540. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid x’dire...