19.11.15

ETC – PERSUNI LI WAQFU JIRREĠISTRAW MILL-EWWEL PARTI





20817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19879, jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu reġistrati li qed jgħixu Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura?

05/11/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li l-għadd ta’ persuni li waqfu jirreġistraw (lapses) mill-ewwel parti tar-reġistru u li kienu qed jgħixu fil-lokalitajiet indikati mill-Onor. Interpellant, hu kif ġej: 


Lokalità
Lapses (Waqfu jirreġistraw)
Wied il-Għajn
237
Iż-Żejtun
218
Il-Fgura
246


Seduta  327
18/11/2015

No comments: