16.11.15

ĦADDIEMA MA’ OPERATURI FIL-QASAM TAS-SAĦĦA, TINDIF JEW SIGURTÀ - ĦLAS




20808. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tal-ħlas għal kull siegħa għal dawk il-ħaddiema li huma impjegati ma’ operaturi u/jew kuntratturi li jagħtu servizz fl-oqsma tas-saħħa, tindif jew sigurtà wara sejħa għall-offerti fil-bidu tas-sena 2014 u 2015? Jista’ jgħid x’kienet ir-rata tal-ħlas għal dawn il-ħaddiema f’każ ta’ overtime matul il-ġimgħa, fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi dejjem għal kull siegħa u għall-istess snin?

05/11/2015



  ONOR. JOE MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li waħda mill-kriterji li tintuża rigward għoti ta’ kuntratti li jinvolvu servizzi ta’ fl-oqsma tas-saħħa, tindif jew sigurtà hija li r-rata tal-ħlas lill-ħaddiema ma tkunx inqas mir-rata ta’ paga stabbilita b’ċirkolarijiet numru 27/2014 u 4/2015 maħruga mid-Dipartiment tal-Kuntratti.

Seduta  325
16/11/2015

No comments:

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI

18540. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid x’dire...