19.11.15

ETC – PERSUNI LI WAQFU JIRREĠISTRAW MILL-EWWEL PARTI





20816. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19879, jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu reġistrati li qed jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Ħal Għaxaq u Santa Luċija?

05/11/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li l-għadd ta’ persuni li waqfu jirreġistraw (lapses) mill-ewwel parti tar-reġistru u li kienu qed jgħixu fil-lokalitajiet indikati mill-Onor. Interpellant, hu kif ġej: 


Lokalità
Lapses (Waqfu jirreġistraw)
Raħal Ġdid
202
Ħal Tarxien
111
Il-Gudja
31
Ħal Għaxaq
81
Santa Luċija
64


Seduta  327
18/11/2015

No comments:

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI

18540. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid x’dire...