28.4.20

Sabar fid-demokrazija.




1.     Waqt li l-mument partikolari, diffiċli u kumplikat għaddej, irridu nżidu d-dożi tas-sabar.  Ma nwettqux l-iżball li nitilfu l-paċenzja u l-ħila li nissaportu dawn il-piżijiet.  Ma nħallux in-nervożiżmu u l-inkwiet igerfxuna.  M’għandniex nitilfu sabarna biex nieħdu deċiżjonijiet żbaljati.  Irridu noqogħdu għar-regoli li qed jinħarġulna, anki jekk dawn huma verament diffiċli u iebsa.  Is-saħħa tal-poplu trid tiġi protetta b’kull mod leġittimu u neċessarju.  Kull ħajja trid tiġi protetta, hija x’inhija l-età ta’ dak li jkun.  Il-ħajja, huma x’inhuma ċ-ċirkostanzi tibqa’ prezzjuża, u mill-ġuf sal-aħħar trid tibqa’ tiħi difiża.

Dixxiplina

2.     Biex dan iseħħ, hemm bżonn li aktar jiddixxiplinaw ruħhom.  Jekk ma nkunux magħquda lkoll, niżbaljaw.  Jekk ma nagħrfux li l-mod li bih inġibu ruħna ser jolqot lill-oħrajn, ma nkunux qed nifhmu.  Dan huwa mument meta għandna niġu aktar flimkien.  Mument meta nkunu iktar f’solidarjetà ma’ xulxin.  Mhux biss, imma li nifhmu u napprezzaw il-ħidma li qed issir minn dawk li qed jissugraw ħajjithom għalina.  Napprezzaw li dawk kollha li qegħdin fil-kamp mediku qed jaħdmu sigħat twal, bi pressjoni kbira.  Persuni li jippretendu mingħandna li noqogħdu għaċ-ċirkostanzi u d-dixxiplina.      

Sagrifiċċji

3.     Dawn huma sagrifiċċji għal-libertà tagħna li jagħmlu sens, sakemm ikun hemm is-saħħa fiżika involuta.  Biss, f’dan ma hemmx bżonn li nħallsu l-prezz li nnaqqsu mill-valuri tad-demokrazija tagħna.  Nafu li hemm soċjetajiet li ppermettew bnedmin fil-politika, fi żminijiet oħra, li jnaqqsu mill-kontenut tagħhom.  Anzi, għandna l-eżempju ta’ dak li kienu jaħtru ‘Dictator’, uffiċjal f’Ruma Repubblikana, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza eċċezzjonali.  Dawk l-esperjenzi qegħdin hemm biex ma jiġux imitati.  Qegħdin hemm biex nifhmu li l-istat demokratiku jrid, huwa wkoll, jirbaħ din l-isfida mingħajr ma jitlef mill-pilastri legali fundamentali tiegħu.  Fit-Tieni Gwerra Dinjija, minkejja kull diffikultajiet, l-istati demokratiċi baqgħu hekk: ma sarux dittatorjati biex jikkumbattu d-dittaturi.

Differenza

4.     Il-vuċijiet differenti fl-istat demokratiku tagħna għandhom jibqgħu jinstemgħu.  Din hija sfida mill-iktar qawwija għal min, jum wara jum, għandu fuqu r-responsabbiltà ta’ mezz ta’ informazzjoni.  Ma hemm xejn x’jiġġustifika li dawn jitħallew jitbielu.  Wisq anqas li jinżammu nieqsa mill-finanzi biex joperaw.  Huwa neċessarju li jibqa’ jkun hemm il-ħruġ u l-operat sħiħ tagħhom, iktar minn qabel.  Anzi, ngħid li għandu jkun hemm iktar ħeġġa, minn dawk li jiktbu, biex jiktbu u ma jibqgħux lura.  Dan huwa bżonn mhux traskurabbli.

Direzzjoni

5.     Hemm bżonn iktar spazju.  Hemm bżonn li l-vuċijiet demokratiċi jinstemgħu iktar minn qabel.  Jekk sa xi żmien ilu seta’ kien hemm min ħass li għandu l-‘lussu’ li jiddeċiedi liema vuċijiet jinstemgħu fuq il-mezzi tiegħu issa, iktar minn qabel, għandu jifhem li qegħdin fi stat ta’ neċessità.  L-Oppożizzjoni baqgħet, tul dan iż-żmien, titkellem.  Baqgħet tissuġġerixxi, tipproponi u ssemmgħa leħinha.  Toħroġ l-id tal-koperazzjoni.  Kemm ġiet rappurtata u f’liema grad ta’ importanza nafu.  Sfortunatament, tħalla għaddej il-messaġġ tal-Gvern.  Nafu li dan huwa l-ewwel, li għax nitkellmu, qed immorru kontra l-“interess nazzjonali” tiegħu; u t-tieni, li dak li ngħidu jrid jiġi mqiegħed f’suspett u dell ikrah.  Il-vuċi tagħna qegħda tinħonoq doppjament.

Żmien iebes

6.     Meta l-vuċi tal-Oppożizzjoni tiġi miżmuma lura, jew imqegħda fin-negattiv f’linji ta’ populiżmu aridu, id-demokrazija tagħna titlef.  Jekk il-mezzi tax-xandir liberi u indipendenti dan ma jifhmuhx, ikunu qed jassiguraw li waqt, jew wara din l-esperjenza, id-demokrazija tagħna tiġi mċekkna.  M’għandniex bżonn xi forom strambi ta’ dittatorjati, anqas ta’ demokraziji virtwali jew artifiċjali.  Għandna bżonn nirreżistu u naħdmu lejn ġid komuni li huwa dak li stat demokratiku u Ewropew jiggarantixxi.  Din hija sfida ta’ saħħa, imma warajha hija wkoll waħda demokratika.

Għajnuna

7.     Huwa, f’dan, valur li aħna parti mill-Unjoni Ewropea.  Forsi aħna, fil-Partit Nazzjonalista, inħossuha aktar din, imma m’għandniex nippermettu li nidħlu f’negattività bla sens.  Pajjiżna għandu vantaġġi kbar li qiegħed fl-Unjoni.  Imma jrid jagħmel użu minnhom fil-mekkaniżmi legali u demokratiċi tagħna.  Meta l-ilmijiet, li għandna d-dritt li nixorbu minnhom, indardruhom, niżbaljaw.  Pajjiżna huwa f’pożizzjoni diffiċli, imma m’għandux bżonn jidher li qiegħed fi kriżi u jidħol f’tentazzjonijiet estremi f’forom ta’ tqanqil żejjed fis-sistema ta’ nervi demokratiċi.

Kalma u żmien

8.     Il-pressjoni, ċertament, titla’ ‘l fuq speċjalment meta tkun kostanti l-problema.  Imma din ma tfissirx li aħna għandna nieħdu deċiżjonijiet żbaljati.  Ma tfissirx li għandna nitilfu mis-sewwa tagħna.  Ma tiġġustifikaw li r-regoli jiġu njorati, jew jitneħħew.  Irridu nibqgħu dak li aħna, għax dak huwa l-eżami tal-irġulija tagħna.  L-eżami li, fid-doloruż, żammejna l-kolp u ma żbaljajniex.  Il-kalma hija neċessarja.  L-attenzjoni għad-dettalji tas-sewwa, iktar.  Nagħrfu li ż-żminijiet jinbidlu.  Nagħrfu iktar kif missirijietna kienu jgħidu li bis-sabar u biż-żmien, kollox jasal fi tmiem.


     

FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN – XIRI/DONAZZJONIJIET TA’ KOTBA FIL-LIBRERIJA



13779. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13386, jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew ingħataw kotba fil-librerija tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin f’dawn l-aħħar ħames snin?

20/04/2020

  ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar snin iż-żieda ta’ kotba fil-librerija tal-faċilità korrettiva ta’ Kordin kienet kollha kemm hi frott għotjiet ta’ paroċċi u NGOs li għamlu numru ta’ donazzjonijiet. 

Għaż-żmien li ġej it-tmexxija tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi se tkun qed tfittex li tikkolabora ma’ entitajiet li jippromwovu l-qari mhux biss biex jiżdied l-ammont ta’ kotba, iżda iktar minn hekk biex iktar priġunieri jkunu mħeġġa jużaw din il-librerija hekk kif sal-lum dan in-numru hu wieħed minimu.

Seduta  321
27/04/2020

TALBIET GĦALL-PAROLE




13777. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13392, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet ta’ parole li ġew effettivament milqugħa u kemm għadhom pendenti?

20/04/2020

  ONOR. BYRON CAMILLERI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku għal liema perjodu qed jirreferi.

Seduta  321
27/04/2020

HAGUE CONFERENCE ON PRIVATE INTERNATIONAL LAW - CONVENTION OF 2 JULY 2019 ON THE RECOGNITION AND ENFORCEMENT OF FOREIGN JUDGEMENTS IN CIVIL OR COMMERCIAL MATTERS

 13776. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx intenzjoni li Malta taċċedi għall-Convention of 2 July 2019 on the Recognition and Enforcement of Foreign Judgments in Civil or Commercial Matters tal-Hague Conference on Private International Law? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti indikazzjoni ta' x'miżuri se jittieħdu biex dan isir? Jekk fin-negattiv, jista' jagħti r-raġunijiet għala?

20/04/2020

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  In vista tal-fatt li l-isfera tal-applikazzjoni tal-Konferenza f’The Hague dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta’ Sentenzi f’oqsma Ċivili jew Kummerċjali ma taqax fi ħdan il-mandat tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Seduta  321
27/04/2020

PERSUNI REĠISTRATI VOLONTARJAMENT BĦALA RESIDENTI BARRA



13775. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li rreġistraw volontarjament bħala residenti barra permezz tan-Notifika D tal-Ministeru skont il-pajjiż li joqogħdu fih sal-aħħar ta’ Marzu 2020?

20/04/2020

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmat li sa Marzu 2020, kien hemm ħamest elef, ħames mija u tnejn u disgħin (5592)-il persuna li rreġistrat volontarjament bħala resident/a barra minn Malta permezz tan-Notifika D tal-Ministeru skont il-pajjiż li toqgħod/joqgħod fih kif ġej:

Albanija
4
Kamerun
1
Alġerija
1
Kanada
308
Arġentina
1
Kenja
11
Angola
1
Korea
1
Awstralja
3632
Kosta Rika
1
Baħamas
2
Kuba
8
Bangladexx
1
Kuwajt
2
Belġju
23
l-Afrika t’Isfel
21
Bolivja
3
l-Arabja Sawdita
1
Brażil
8
l-Filippini
75
Bulgarija
1
l-Istati Uniti
67
Burundi
1
l-Olanda
3
Ċile
2
Libanu
6
Ċina
1
Libja
8
Ċipru
11
Lussemburgu
1
Danimarka
4
Mongolja
1
Eġittu
13
New Zealand
23
Emirati Għarab Magħquda
3
Niġerja
1
Estonja
1
Oħrajn
63
Fiji
2
Pakistan
29
Finlandja
4
Peru
2
Franza
34
Polonja
156
Ġappun
5
Portugall
9
Ġordan
3
Qatar
1
Ġermanja
6
Renju Unit
861
Ghana
1
Republika Ċeka
19
Gibraltar
1
Russja
5
Greċja
10
Rwanda
7
Gwatemala
1
Seychelles
1
Ħonduras
1
Singapor
12
Ħong Kong
6
Spanja
6
Indja
13
Swezja
1
Indonesja
1
Svizzera
3
Iraq
1
Tajlandja
1
Irlanda
7
Turkija
3
Isle Of Man
1
Uganda
2
Italja
45
Ungerija
3
Iżrael
5
Użbekistan
1


Vjetnam
8

Seduta  321
27/04/2020


REĠISTRU TA’ MALTIN PROMINENTI LI JGĦIXU BARRA




13774. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fir-reġistru ta’ Maltin prominenti li jgħixu barra minn Malta hekk kif imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Att dwar Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (Kap. 515) skont il-pajjiż li huma stabbiliti fih u l-qasam li huma prominenti fih? Kemm minn dawn huma ċittadini ta' Malta?

20/04/2020

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmat li r-reġistru ta’ Maltin Prominenti li Jgħixu Barra minn Malta beda jopera b’deċi¿joni tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu barra minn Malta fl-2017, bl-uniku sitt (6) applikazzjonijiet mibgħuta sal-2018 jiġu approvati kollha.

Tajjeb wieħed jgħid li filwaqt li l-Ministeru baqa’ jirċievi numru ta’ applikazzjonijiet, dawn għadhom ma ġewx ikkunsidrati minħabba li bħalissa qed issir revi¿joni ta’ x’jagħmel persuna prominenti f’termini ta’ definizzjoni, u l-metru ta’ ġudizzju li bih persuna titqies prominenti għall-finijiet tar-reġistru kkonċernat.

Il-Ministeru jittama li fix-xhur li ġejjin il-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta jkun f’po¿izzjoni li joħroġ b’linji gwida ċari bil-għan li t-terminu ‘persuna prominenti’ tkun definita kif meħtieġ u l-iskrutinju tal-applikazzjonijiet issir f’konsultazzjoni mal-istess linji gwida rispettivament.

Seduta  321
27/04/2020

HOME EQUITY RELEASE FOR PENSIONERS


 13778. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji: Jista’ l-Ministru jgħid x’pożizzjoni u x’passi ttieħdu dwar ’l hekk indikata Home Equity Release for Pensioners f’dawn l-aħħar sentejn?

20/04/2020

ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li wara li f’Settembru tal-2019, ġew ippubblikati r-Regolamenti dwar l-Equity Release Financial Products, f’Ottubru tal-2019, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, li hija l- Awtorità kompetenti biex tissorvelja dawk l-entitajiet li qed joffru dan il-prodott lill-pensjonanti, ppublikat regoli dwar l-applikazzjoni li trid tiġi sottomessa mingħand il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji li jixtiequ jibdew joffru dan il-prodott. 

Dan ifisser li l-ebda istituzzjoni finanzjarja ma tista’ tibda toffri dan il-prodott jekk ma tkunx reġistrata mal-Awtorità.  Apparti minn hekk, f’ Jannar ta’ din is-sena, l-Awtorità ħarġet ukoll sett ta’ regoli li jridu jkunu segwiti minn dawn l-istituzzjonijiet li qed joffru dan il-prodott fuq bażi kontinwa. 

Fil-ġimgħat li għaddew, l-Awtorità rċeviet applikazzjoni minn bank partikolari biex toffri dan il-prodott. 

Seduta 321
27/04/2020


FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...