30.6.15

IL-BELT VALLETTA - PALAZZ U L-ARMERIJA.





17135. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ħalsu biex daħlu jaraw il-Palazz u l-Armerija fil-Belt tul is-sena 2014 u jista’ jindika jekk kienx hemm żjarat minn tfal tal-iskola u jekk iva, kemm kien hemm żjarat? Kemm kien hemmżjarat minn skejjel primarji u kemm minn skejjel sekondarji?

16/06/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fl-2014 kien hemm 155,375 persuna li żaru l-Palazz u 102,841 persuna li żaru l-Armerija fil-Belt bi ħlas, kif inhu elenkat fir-Rapport Annwali 2014 ta’ Heritage Malta li jinsab fis-sit elettroniku ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org.
Matul l-istess sena kien hemm 46 żjara organizzata għat-tfal tal-iskola fil-Palazz u l-Armerija fil-Belt. B’kollox attendew 1,154 student minn skejjel primarji u 54 oħra minn skejjel sekondarji.

Seduta  282
30/06/2015

FLEMISH PUBLIC EMPLOYMENT SERVICES - XIRI.





16835. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiswa x-xiri tal-Flemish Public Employment Service li għandu jsir mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ u jistax jiġi indikat x’se jkunu l-punti ta’ ftehim?

09/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xiri tas-sistema tat-tqabbil awtomatiku tal-impjiegi mill-Flemish Public Employment Services se tiswa €72,900 barra mill-ħlas ta’ manutenzjoni ta’ €34,074 fis-sena.

Fir-rigward tal-ftehim fuq is-sistema tat-tqabbil awtomatiku tal-impjiegi mal-Flemish Public Employment Services (VDAB), il-punti maqbula magħhom fil-qosor huwa kif gej:

a)            Li l-VDAB iridu jagħmlu numru ta’ modifikazzjonijiet fis-sistemi tagħhom biex jakkomodaw is-sistemi tat-tqabbil tal-impjiegi hekk kif huma użati hawn Malta, u li wara jitpoġġew fuq sistema kompjuterizzata għaliha biex tkun tista’ tintuża minn Malta biss;
b)            Li tintuża il-magna tat-tqabbil tal-impjiegi li tinsab fil-VDAB, u li din kapaċi tipproċessa numru kbir ta’ tranżazzjonijiet f’ħin qasir ħafna (peress li kollox se jkun kodifikat sabiex informazzjoni personali ma tintużax waqt it-tqabbil);
c)             Li ssir traduzzjoni ta’ madwar 10,000 kompetenza mill-Flemish għall-Malti. Dawn il-kompetenzi se jkunu mehmużin ma’ kull impjieg li jeżisti f’Malta, biex b’hekk it-tqabbil tal-impjiegi bejn imprendituri u dawk li qegħdin ifittxu x-xogħol jkun jista’ jseħħ. Informazzjoni dettaljata fuq kemm wieħed se jkun qabel jew le ma' xogħol battal offrut mill-imprenditur se jkun possibbli li jsir għal kull persuna magħżula u mqabbel mis-sistema;
d)            Li jkun hemm appoġġ kontinwu fuq medda ta’ ħames snin fejn kompetenzi ġodda jkunu miżjudin jew modifikati skont kif jirrekjedi s-suq tax-xogħol, kif ukoll appoġġ fuq bażi teknoloġika tas-sistema użata għat-tqabbil awtomatiku tal-impjiegi.

Seduta  282
30/06/2015

ETC – UNLICENSED FOREIGNERS - APPLIKAZZJONIJIET.





16834. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu persuni li huma Unlicensed Foreigners fl-ispezzjonijiet tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2015?

09/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li l-għadd ta` kemm instabu persuni li huma Unlicensed Foreigners fl-ispezzjonijiet  tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ minn Jannar sa April ta` din is-sena hu kif ġej:


Infringements (Persuni barranin)
2015
EU Nationals
Non-EU Nationals
Total barranin
Minn Jannar sa April
118
107
225


Seduta  282
30/06/2015

EMPLOYMENT AID PROGRAMME – GRANTS AGREEMENTS.




16833. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm grant agreements taħt l-Employment Aid Programme fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2015?

09/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmatli fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2015 ma kien hemm l-ebda grant agreement taħt l-Employment Aid Programme. L-aħħar grant agreements ta’ din l-iskema għalqu f’Diċembru 2014.

Seduta  282
30/06/2015

25.6.15

COMMUNITY WORK SCHEME - APPLIKAZZJONIJIET.





16832. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-Community Work Scheme fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2015 u kemm minnhom kienu eliġibbli?

09/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fit-tħaddim tal-Community Work Scheme ma jkunx hemm applikazzjonijiet kif qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant. Fit-tħaddim tal-Community Work Scheme entitajiet Governattivi u/jew NGOs jagħmlu talba mal-ETC għal nies biex jagħmlu xogħol partikolari skont il-kriterji tal-iskema. Min-naħa tagħha l-ETC tidentifika reġistranti li jkunu eliġibbli skont il-kriterji tal-iskema, tibgħat għalihom u tispjegalhom kif taħdem l-iskema, u jekk dawn jaċċettaw, jintbagħtu għand l-entita/NGO.

Din is-sena, bejn Jannar u l-aħħar ta’ Mejju, kien hemm 61 reġistrant li daħlu fuq l-iskema filwaqt li kien hemm 59 li spiċċaw.

Seduta  281
24/06/2015

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...