23.6.15

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – ERASMUS + PROGRAMME COMMITTEE - DISKUSSJONIJIET.





16823. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15516, jista’ l-Ministru jgħid x’ġie diskuss fl-Erasmus + Programme Committee fis-sessjonijiet kollha tal-2014 li għalihom attendew uffiċjali tal-Ministeru?

09/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fl-2014 kien hemm erba’ laqgħat, kollha marbuta mal-programm tal-ERASMUS+ il-ġdid (għas-snin 2014-2020).

Fl-ewwel laqgħa ta’ Frar ġew diskussi:
-               Regoli interni tal-proċeduri tal-kumitat tal-Erasmus+
-               Programm ta’ xogħol (work programme) annwali tal-Erasmus + għas-sena 2014
-               L-edukazzjoni ogħla: aġġornament ta’ informazzjoni dwar fondi
-               Aġġornament ta’ għotjiet simplifikati
-               Sejħiet speċifiċi għall-proposti għas-sena 2014 – Policy Experimentation & Civil Society Cooperation
-               Sitwazzjoni attwali dwar l-Awtoritajiet Nazzjonali (fil-każ ta’ Malta l-FPD fil-MEAIM) u Aġenziji Nazzjonali (fil-każ ta’Malta l-EUPA) tal-Erasmus + / assessjar ta’ konformità (ex-ante)
-               Kwistjonijiet finanzjarji 2015 – Abbozz ta’ metodu għall-kalkulazzjoni għal ħlasijiet ta’ tmexxija għall-Aġenziji Nazzjonali għas-sena 2015.

Fit-tieni laqgħa ta’ Mejju ġew diskussi:
-               Reviżjoni tal-programm ta’ xogħol (work programme) annwali tal-Erasmus+ għas-sena 2014
-               Abbozz tal-metodoloġija għal kontribuzzjonijiet Ewropej għall-infieq tal-Aġenziji Nazzjonali mis-sena 2015
-               Il-programm ta’ xogħol (work programme) tal-Erasmus+ għas-sena 2015 (diskussjoni inizjali)

Fit-tielet laqgħa ta’ Lulju ġew diskussi:
-               L-appoġġ għar-riforma tal-politika marbuta mal-Erasmus+
-               Il-programm ta’ xogħol (work programme) tal-Erasmus+ għas-sena 2015 (it-tieni stadju tad-diskussjoni)
-               Feedback dwar is-selezzjonijiet tal-Erasmus+ għas-sena 2014

Fir-raba’ laqgħa ta’ Diċembru ġew diskussi:
-               L-ewwel riżultati fuq tal-Erasmus+ għas-sena 2014
-               Il-programm ta’ xogħol tal-Eurydice għas-sena 2015
-               Il-ġimgħa Ewropeja tal-iSport għas-sena 2015
-               L-implimentazzjoni tal-programm Youth in Action fis-sena 2013
-               L-istrateġija ta’ inklużjoni u diversità fil-qasam taż-żgħażagħ.


Seduta  280
23/06/2015

No comments:

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...