16.6.15

RAĦAL ĠDID, ĦAL TARXIEN, ĦAL GĦAXAQ, IL-GUDJA U SANTA LUĊIJA – PENSJONANTI.





16789. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentament f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, il-Gudja u Santa Luċija li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €500 fix-xahar? Jista’ jindika dan lokalità b’lokalità?

09/06/2015

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentament fil-lokalitajiet imsemmija li dħul mill-pensjoni tagħhom hu anqas minn €500 fix-xahar hu ta’ 1,476, hu kif muri fit-tablella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta  277
16/06/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...