23.6.15

ATTENDENZA TAL-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL GĦAL LAQGĦAT BARRA MINN MALTA.





16820. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat barra mill-pajjiż u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li se jattendi fis-sitt xhur li jibdew mal-presidenza l-ġdida tal-Unjoni Ewropea?

09/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li se nattendi l-laqgħa informali għall-Ministri tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali fil-Lussemburgu fis-16 u s-17 ta’ Lulju.

Laqgħat oħra li se jsiru fis-sitt xhur li jmiss li jibdew mal-presidenza l-ġdida tal-Unjoni Ewropea huma:

-               Il-laqgħa għall-Ministri tal-Isport li se ssir fis-6 u s-7 ta’ Lulju u li se jattendi għaliha l-Onor. Chris Agius.
-               Il-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Kompetittività tal-20 u l-21 ta’ Lulju.  L-Onor. Chris Agius se jkun qed jattendi t-tieni ġurnata ċioé fil-21 ta’ Lulju fejn se tiġi diskussa r-riċerka u l-innovazzjoni.

Għadu ma ġiex deċiż min se jattendi għal-laqgħat tal-Kunsill għall-Ministri tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali tal-5 u s-6 ta’ Ottubru u tas-7 u t-8 ta’ Diċembru. Għadu ma ġiex deċiż lanqas min se jattendi għal-laqgħa tal-Kunsill għall-Ministri tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport tat-23 u l-24 ta’ Novembru.

Seduta  279
22/06/2015

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...