3.6.15

X’Wirt Ghandna.



1. Pajjizna mimli b’wirt differenti li hallewlna missierijitna. F’kull rokna ta’ dawn l-gzejjer wiehed jsib parti mill-istorja u l-kultura taghna. Iktar mal-belt jew ir-rahal jkollhom zmen iktar ssib x’tara u x’tapprezza. Fortunatament ghalina wiehed mill-passi l-kbar li saru taht amministrazzjonijiet nazzjonalisti varji kien proprju li nassiguraw li kemm jistgha jkun dak li ghandna ma nitifluhx. Li l-wirt storiku jibqa preservat. Jigi restawrat u jinghata l-glorja li kellu qabel. Xprunajna l-pajjiz sabiex dan jsir u biddilna l-mentalita li konna mmissu qabel b’idejna.

2. Il-Kottonera kienet xhieda principali ta din il-bidla. R-restawr li sar fil-Birgu inizjalment tax-xatt , tal-palazzi, l-knejjes , l-muzew gdid dak Marittimu, l-Palazz tal-Inkwizitur kompla u firex. Biddilna mentalita socjali. L-antik ma baqax dak li ghandu jitkisser jew jitwaqqa imma sar dak li jaghti lura r-ruh li belt kellha. Kwantita kbira ta nies illum jgawdu l-wirt storiku taghna kull imkien. Biss l-process ta bidla beda u kompla b’sahha kbira taht il-partit nazzjonalista. Kompla sabiex assigurajna fondi kbar mill-Unjoni Ewropeja li ahna fihna kemm hija determinanti ghalina bhala poplu. Min jaf l-affarijiet jistgha jixhed proprju li fil-legislatura ta’ qabel s-swar gew restawrati. Dak li nghaddu minn hdejhom qisu ma gara xejn saru bl-impenn u determinazzjoni taghna.

3. Biss il-hidma tal-Gvern ma kienetx solitarja fis-sens li assigurat ukoll li diversi organizzazzjonijiet, knejjes, persuni kkontribwew privatament sabiex jsiru progetti ohra. Ftit jiem ilu kont mistieden appuntu f’attivita fejn socjeta li ghaddejja rrankata tahdem “Wirt iz-Zejtun” ccelebrat hidmitha f’bicca restawr mill-iktar interessanti. Cert li ftit jafu kemm din l-belt ghandha wirt storiku x’toffri. Biss mertu ta’ din l-organizzazzjoni diversi qed jigu introdotti b’intelligenza ghal dak li hemm. Mmexxija minn gabra ta’ persuni motivati u li jharsu l-quddiem qed jitella programm li jixhed li hemm partecipazzjoni demokratika qawwija fil-preservazzjoni tal-wirt kulturali taghna.

4. L-attivita li mort ghalija kienet l-kxif mill-gdid ta’ mappa tal-parti ta’ isfel ta’ pajjizna  li giet mnaqxa fil-gebel. Il-mappa tinsab fuq il-bieb principali tad-dar tas-Sorijiet  Ulied il-Qalb ta Gesu’, fi Triq San Lucjan, liema post kien uzat fil-passat bhala skola illum huwa kunvent. Ghall-okkazzjoni ngieb is-sur Joseph Schiro li huwa s-segretarju onorarju tal-Malta Map Society li ghamel diskors mill-isbah dwar din l-mappa verament unika. Unika f’pajjizna u fid-dinja. Mill-isbah sija f’dak li gie mnaqqax kif ukoll fl-abbilta kbira ta’ dawk ta’ qabilna li rnexxilhom johorgu mill-gebla maltija testament uniku ta’ kif kienu l-gzejjer taghna qabel kull zvilupp.

5. Fil-fatt kif tajjeb inghad l-mappa tal-gebel turi knejjes u fortizzi fl-inhawi principali tax-xlokk. Skond is-sur Schiro hemm zewg torrijiet dak ta’ San Tumas u San Lucjan u numru ta knejjes, ta’ Hal-Tarxien, Hal-Ghaxaq, l-knisja l-Qadima ta’ San Girgor u dik ta’ Haz-Zabbar. Meta wiehed jhares lejha jissahhar ghax jhossu minghajr ma jrid parti minn dak li ghadda minn fuqna. Jara l-ghajn u jhoss l-id ta’ dak l-bennej mill-aqwa li hareg mappa fuq materjal uniku u li fortunatament ghalina ma ntilifx. Anzi min flok mertu ta’ hidmet din l-ghaqda u ta’ restawratrici maltija Jane Marie Vella regghet hadet nifs gdid.


6. Il-lejla ghalqet b’bicciet ta’ muzika kantati minn Michael Fenech u qari ta tlett poeziji wahda ta Daniel Massa, l-ohra ta Guze Orlando u fl-ahhar l-Ghanja Maltija ta’ nannuwi Carmelo Mifsud Bonnici (il-Gross). Min qara u kanta segwa l-ispirtu nazzjonali u stajt nara passjoni li min kien qed jiehu sehem kien qed jiehu pjacir u fl-istess hin kburi b’dak li kien qieghed jaghmel. Kliem nannuwi “Ghalhekk jien niggieled b’din sahhti, b’dan mohhi, biex dak li  hu tieghek jittiefes le xejn, ghalhekk jien nitfittet, nitmashan, nitqabad, biex int ma tkunx icken milli inti u fl-ghajnejn.” zammewni f’dan nahseb iktar u iktar f’din il-bidla li saret. Is-serata ghaddiet bhal ziffa helwa. Illum hemm pero’ ghad-disposizzjoni ta’ kulhadd dan il-wirt storiku , zejtuni u nazzjonali li taghmlu tajjeb li tmorru taraw u tammiraw.            

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...