16.6.15

WIED IL-GĦAJN, IŻ-ŻEJTUN U L-FGURA – PENSJONANTI.





16783. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16280 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentament f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jindika dan lokalità b’lokalità?

09/06/2015

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ pensjonati registrati preżentament f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar jammonta għal 3,544, kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.

Lokalità
Pensjoni Kontributorja
Pensjoni Mhux Kontributorja
Total
Fgura
1,102
81
1,183
Marsaskala
701
65
766
Żejtun
1,457
138
1,595
Total
3,260
284
3,544

Seduta  276
15/06/2015

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...