30.6.15

FLEMISH PUBLIC EMPLOYMENT SERVICES - XIRI.





16835. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiswa x-xiri tal-Flemish Public Employment Service li għandu jsir mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ u jistax jiġi indikat x’se jkunu l-punti ta’ ftehim?

09/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xiri tas-sistema tat-tqabbil awtomatiku tal-impjiegi mill-Flemish Public Employment Services se tiswa €72,900 barra mill-ħlas ta’ manutenzjoni ta’ €34,074 fis-sena.

Fir-rigward tal-ftehim fuq is-sistema tat-tqabbil awtomatiku tal-impjiegi mal-Flemish Public Employment Services (VDAB), il-punti maqbula magħhom fil-qosor huwa kif gej:

a)            Li l-VDAB iridu jagħmlu numru ta’ modifikazzjonijiet fis-sistemi tagħhom biex jakkomodaw is-sistemi tat-tqabbil tal-impjiegi hekk kif huma użati hawn Malta, u li wara jitpoġġew fuq sistema kompjuterizzata għaliha biex tkun tista’ tintuża minn Malta biss;
b)            Li tintuża il-magna tat-tqabbil tal-impjiegi li tinsab fil-VDAB, u li din kapaċi tipproċessa numru kbir ta’ tranżazzjonijiet f’ħin qasir ħafna (peress li kollox se jkun kodifikat sabiex informazzjoni personali ma tintużax waqt it-tqabbil);
c)             Li ssir traduzzjoni ta’ madwar 10,000 kompetenza mill-Flemish għall-Malti. Dawn il-kompetenzi se jkunu mehmużin ma’ kull impjieg li jeżisti f’Malta, biex b’hekk it-tqabbil tal-impjiegi bejn imprendituri u dawk li qegħdin ifittxu x-xogħol jkun jista’ jseħħ. Informazzjoni dettaljata fuq kemm wieħed se jkun qabel jew le ma' xogħol battal offrut mill-imprenditur se jkun possibbli li jsir għal kull persuna magħżula u mqabbel mis-sistema;
d)            Li jkun hemm appoġġ kontinwu fuq medda ta’ ħames snin fejn kompetenzi ġodda jkunu miżjudin jew modifikati skont kif jirrekjedi s-suq tax-xogħol, kif ukoll appoġġ fuq bażi teknoloġika tas-sistema użata għat-tqabbil awtomatiku tal-impjiegi.

Seduta  282
30/06/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...